Mikea 7:1-20
7 Ħażin għalija!Jien bħal xi ħadd li wara li nġabar il-frott tas-sajfU sar it-tilqit wara l-ħsad tal-għeneb,Ma sibt ebda għeneb x’niekol,U ebda tina misjura li tant xtaqt.*
2 Il-leali spiċċa minn fuq l-art;Fost il-bnedmin m’hemm ħadd li hu ġust.
Kollha kemm huma jistaħbew biex joqtlu.
Huma bħal kaċċaturi li jagħmlu n-nases* biex jaqbdu lil ħuthom.
3 Huma esperti f’li jagħmlu dak li hu ħażin;Mexxej jitlob rigali,L-imħallef jitlob premju,Ir-raġel importanti juri x’inhuma x-xewqat tiegħu,*U dawn jikkonfoffaw flimkien.
4 L-aħjar wieħed minnhom hu bħax-xewk,L-iktar ġust minnhom hu agħar minn ħajt bix-xewk.
Il-jum li tkellmu dwaru l-għassiesa,
Il-jum li se jkollhom jagħtu kont, se jasal.
Huma se jippanikjaw.
5 Tafdax lil sieħbekTemminx lill-ħabib tal-qalb tiegħek.
U oqgħod attent x’tgħid lill-persuna li tgħannqek.
6 Għax tifel jobgħod lil missieru,Tifla tiħodha kontra ommha,U l-mara tat-tifel hi kontra l-kunjata tagħha;L-għedewwa taʼ raġel huma n-nies taʼ daru.
7 Imma jien se nibqaʼ nistenna lil Ġeħova.
Jien se nistenna bil-paċenzja* lill-Alla li jsalvani.
L-Alla tiegħi jismagħni.
8 Għadu* tiegħi, tifraħx għax qiegħed fl-inkwiet.
Għalkemm waqajt, jien se nqum;Għalkemm ngħix fid-dlam, Ġeħova se jkun id-dawl tiegħi.
9 Jien se nissaporti r-rabja kbira taʼ Ġeħova,Għax dnibt kontrih,Sakemm jiddefendi l-każ legali tiegħi u jagħmel ġustizzja għalija.
Hu se joħroġni fid-dawl;Jien se nara l-ġustizzja tiegħu.
10 U anki hi, l-għadu tiegħi, se tara dan,U se tistħi dik li qaltli:
“Fejn hu Ġeħova l-Alla tiegħek?”
Jien se nħares lejha.
Issa se jgħaffġu fuqha bħal tajn fit-toroq.
11 Se jkun il-jum li jibnu l-ħitan tal-ġebel tiegħek;*Dakinhar, se jitkabbru l-fruntieri tiegħek.*
12 Dakinhar, in-nies se jiġu għandekMill-Assirja u mill-bliet tal-Eġittu,Mill-Eġittu sax-Xmara,*Minn baħar sa baħar;U minn muntanja sa muntanja.
13 U l-art se ssir ħerba minħabba n-nies tagħha,Bħala riżultat taʼ dak li għamlu.
14 Alla tiegħi, irgħa l-poplu tiegħek bil-bastun, il-merħla li hi l-wirt tiegħek,Dak li kien jgħix waħdu qisu ġo foresta, f’nofs ġnien tas-siġar tal-frott.
Ħa jirgħaw f’Basan u Gilegħad bħal qabel.
15 “Bħal meta ħriġtu mill-art tal-Eġittu,Jien se nurikom affarijiet tal-għaġeb.
16 Il-popli se jaraw dan u jistħu minkejja s-saħħa kollha tagħhom.
Huma se jqiegħdu idhom fuq ħalqhom;Widnejhom se jittarrxu.
17 Huma se jilagħqu t-trab bħas-sriep;Bħar-rettili, huma se joħorġu mill-fortizzi tagħhom jitriegħdu bil-biżaʼ.
Huma se jmorru mwerwrin lejn Ġeħova l-Alla tagħna,U se jirrispettawh.”*
18 Min hu Alla bħalek,Li jaħfer l-iżball u jħalli għaddej in-nuqqas taʼ dawk li fadal mill-wirt tiegħu?
Hu mhux se jibqaʼ rrabjat għal dejjem,Għax hu jieħu pjaċir bl-imħabba u l-lealtà.*
19 Hu se jurina ħniena; hu se jitfaʼ taħt saqajh* l-iżbalji tagħna.
Int se titfaʼ d-dnubiet kollha tagħna f’baħar fond.
20 Int se turi lealtà maʼ Ġakobb,U mħabba u lealtà m’Abraham,Bħalma ħlift lil missirijietna minn żmien twil ilu.
Noti taʼ taħt
^ Jew “li ruħi tant xtaqet.”
^ Letteralment “xibka kbira.”
^ Jew “taʼ ruħu.”
^ Jew “b’attitudni xierqa.”
^ Bl-Ebrajk il-kelma “għadu” hi femminili.
^ Milli jidher qed jirreferi għal Sijon jew Ġerusalemm.
^ Jew forsi “il-liġi se tkun ’il bogħod.”
^ Jiġifieri l-Ewfrat.
^ Letteralment “jibżgħu minnu.”
^ Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “jirbaħ; jikkontrolla.”

