Mikea 2:1-13
2 “Ħażin għal dawk li qed jippjanaw li jagħmlu l-ħsara,Dawk li qed jippjanaw kif ħa jagħmlu l-ħażin waqt li jkunu fuq is-sodod tagħhom!
Imbagħad malli jisbaħ jagħmluh,Għax għandhom il-qawwa.
2 Huma jixtiequ għelieqi u jaħtfuhom;Jixtiequ djar u jiħduhom;Jisirqu d-dar taʼ raġel,U anki l-wirt tiegħu.
3 Għalhekk, dan hu dak li jgħid Ġeħova:
‘Jien qed nippjana biex inġib diżastru fuqkom u mhux se jirnexxilkom taħarbu minnu.*
M’intomx se tibqgħu kburin, għax dan se jkun żmien taʼ diżastru.
4 Dakinhar, in-nies se jgħidu proverbju dwarkom,U huma se jibku ħafna minħabba fikom.
Huma se jgħidu: “Ħadulna kollox!
Hu ħa l-art tagħna u taha lil oħrajn.
Hu ta l-art tagħna lil poplu li ma jaqdix lilu.”
5 Għalhekk, mhu se jkollkom lil ħadd mill-poplu* taʼ ĠeħovaBiex juża l-ħabel tal-kejl, ħalli jqassam l-art.
6 Imma huma jgħidu, “Tibqgħux tippritkaw!”“M’għandkomx titkellmu iktar dwar dawn l-affarijiet;Aħna mhux se niġu umiljati!”
7 Dar Ġakobb, għala n-nies qed jgħidu:
“Jaqaw l-ispirtu taʼ Ġeħova m’għadux paċenzjuż?
Huma dawn l-affarijiet li qed jagħmel hu?”
Jaqaw dak li ngħid jien ma jagħmilx il-ġid lil dawk li jagħmlu t-tajjeb?
8 Imma dan l-aħħar, il-poplu tiegħi aġixxa bħal għadu.
Lil dawk li jgħaddu b’rashom mistrieħa, bħal dawk li jkunu ġejjin lura mill-gwerra,Intom tiħdulhom l-ornamenti taʼ valur mal-libsa.*
9 Intom tkeċċu lin-nisa tal-poplu tiegħi mid-dar tagħhom li hi għal qalbhom;U lit-tfal tagħhom tiħdulhom għal dejjem l-affarijiet tajbin li jien berikthom bihom.
10 Qumu u itilqu, għax dan mhux post fejn tistrieħu.
Minħabba n-nuqqas taʼ ndafa hemm qerda, qerda kerha.
11 Jekk raġel ifittex dak li ma jiswa għal xejn* u l-qerq, u jgħid din il-gidba:
“Intom se jkollkom l-inbid u x-xorb alkoħoliku,”
Imbagħad intom mill-ewwel se taċċettawh bħala profeta għal dan il-poplu.
12 Ġakobb, jien żgur li se niġbor lill-poplu tiegħek kollu;Żgur li se niġbor flimkien lil dawk li fadal minn Iżrael.
Se nqegħedhom flimkien bħal nagħaġ fil-maqjel,Bħal merħla li tkun qed tirgħa;Il-post se jkun mimli storbju minħabba n-nies.’
13 Il-wieħed li se jiftaħ it-triq se jmur qabilhom;Imbagħad huma jgħaddu minnha, jgħaddu mill-bieb, u joħorġu minnu.
Ir-re tagħhom se jgħaddi quddiemhom,U Ġeħova se jmexxihom kollha.”
Noti taʼ taħt
^ Letteralment “mhux se tneħħu għonqkom minnu.”
^ Letteralment “mill-kongregazzjoni.”
^ Jew forsi “mil-libsa.”
^ Letteralment “jimxi wara r-riħ.”

