Mikea 6:1-16

  • Il-każ legali t’Alla kontra Iżrael (1-5)

  • X’qed jitlob minnek Ġeħova? (6-8)

    • Li tkun ġust, leali, u umli (8)

  • L-Iżraelin huma ħatjin u se jiġu kkastigati (9-16)

6  Jekk jogħġobkom, isimgħu dak li qed jgħid Ġeħova. Ejjew u ppreżentaw il-każ legali tagħkom quddiem il-muntanji,U jalla l-għoljiet jisimgħu leħinkom.  2  Muntanji, isimgħu l-każ legali taʼ Ġeħova,U intom il-pedamenti sodi tal-art,Għax Ġeħova għandu każ legali mal-poplu tiegħu;Hu kontra Iżrael li se jġib l-akkużi:  3  “Poplu tiegħi, x’għamiltilkom jien? B’liema mod għejjejtkom? Ixhdu kontrija.  4  Jien ħriġtkom mill-art tal-Eġittu,Fdejtkom* mill-art fejn kontu lsiera;Bgħattilkom lil Mosè, lil Aron, u lil Mirjam.  5  Poplu tiegħi, jekk jogħġobkom, ftakru dak li xtaq jagħmel ir-Re Balak taʼ Mowab,U x’wieġbu Balgħam bin Begħor.Ftakru x’ġara minn Sittim sa Gilgal,Ħalli tkunu tafu li Ġeħova jagħmel dak li hu ġust.”  6  Biex se mmur quddiem Ġeħova? Biex se mmil quddiem l-Alla li hu fis-sema? Se mmur jien quddiemu bl-offerti sħaħ tal-ħruq,B’barri żgħir* taʼ sena?  7  Se jieħu pjaċir Ġeħova b’eluf taʼ mtatenU b’ammont kbir taʼ żejt? Se nagħti lill-ewwel imwieled tiegħi minħabba r-ribelljoni tiegħi,Lil ibni stess minħabba d-dnub tiegħi?*  8  Bniedem, Ġeħova qallek dak li hu tajjeb. Hu x’qed jitlob* minnek? Hu qed jitlob biss li tagħmel dak li hu ġust,* tgħożż il-lealtà,*U tgħix b’mod umli* quddiem l-Alla tiegħek!  9  Ġeħova qed jitkellem b’leħen għoli mal-poplu tal-belt;Dawk li għandhom l-għerf se jirrispettaw ħafna lil ismu.* Oqogħdu attenti għall-kastig* u għall-wieħed li se jġibu. 10  Għad hemm ġid li nkiseb b’mod diżonest fid-dar tal-ħżienaU kejl t’efa* bin-nieqes li Alla jobgħod? 11  Nistaʼ nkun innoċenti* b’miżien ħażinU b’basket b’ġebel tal-użin li jintuża biex iqarraq? 12  Is-sinjuri tal-belt huma vjolenti ħafna,U n-nies tagħha jgħidu l-gideb;Ilsienhom hu qarrieq. 13  “Għalhekk, jien se nikkastigakom bl-aħrax;Nagħmilkom ħerba minħabba d-dnubiet tagħkom. 14  Se tieklu, imma m’intomx se tixbgħu;Se tibqgħu bil-ġuħ. Dak li tieħdu magħkom mhux se jirnexxilkom iżżommuh,U dak li ġġorru se nagħtih lill-għedewwa tagħkom. 15  Se tiżirgħu, imma m’intomx se taħsdu. Se tgħaffġu ż-żebbuġ, imma mhux se tużaw iż-żejt;U se tagħmlu nbid ġdid, imma mhu se tixorbu l-ebda nbid. 16  Għax intom tobdu l-liġijiet t’Għomri u timitaw dak li jagħmlu Aħab u l-familja tiegħu,U tagħmlu skont il-pariri tagħhom. Hu għalhekk li se nikkastigakom.In-nies se jibqgħu mistagħġbin bl-affarijiet li se nagħmlilkom.U l-popli se jxenglu rashom* lejn in-nies taʼ din il-belt u se jmaqdruhom.”

Noti taʼ taħt

Jew “B’għoġol.”
Jew “għad-dnub taʼ ruħi?”
Jew “x’jeħtieġ.”
Jew “li tkun ġust.”
Jew “li tkun qalbek tajba u leali fl-imħabba tiegħek.” Letteralment “li tħobb l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “tkun modest.”
Letteralment “se jibżgħu minn ismek.”
Letteralment “għall-bastun.”
Jew “nadif moralment.”
Letteralment “isaffrulhom.”