Mikea 5:1-15
5 “Bint* li qiegħda taħt attakk,Issa qed tqattaʼ lilek innifsek;Assedjawna.
Lill-imħallef t’Iżrael tawh daqqa taʼ bastun fuq wiċċu.
2 ‘U int, Betlem t’Efrata,Għalkemm int żgħira ħafna biex tkun fost l-eluf taʼ Ġuda,Minnek se joħroġ mexxej li jagħmel dak li rrid jien,Li l-oriġini tiegħu hi minn żmien il-qedem, minn żmien twil ilu.’
3 Għalhekk, Alla se jabbanduna lin-nies tiegħuSaż-żmien li l-mara* li kienet se twelled, tkun welldet.
U l-bqija taʼ ħut il-mexxej se jmorru lura għand il-poplu t’Iżrael.
4 Hu se jaġixxi u jirgħa l-poplu t’Alla bil-qawwa taʼ Ġeħova,Bl-awtorità taʼ Ġeħova l-Alla tiegħu, li ismu hu glorjuż.
Huma se jgħixu moħħhom mistrieħ,Għax il-kobor tiegħu se jasal sa truf l-art.
5 Hu se jġib il-paċi.
Jekk Assirjan jinvadi l-pajjiż tagħna jew ikisser it-torrijiet iffortifikati tagħna,Aħna ninkarigaw sebaʼ ragħajja, iva, tmien prinċpijiet* minn fost il-bnedmin biex jiġġildulu.
6 Huma se jikkastigaw l-art tal-Assirja bix-xabla,U se jmorru sal-fruntieri tal-art taʼ Nimrod.
U hu se jeħlisna mill-AssirjanMeta dan jidħol fl-art tagħna u jattakka t-territorju tagħna.
7 Dawk li jifdal mid-dar taʼ Ġakobb se jkunu f’nofs ħafna popli,Bħal nida mingħand Ġeħova,Bħal ħalbiet taʼ xita fuq il-ħxejjex,Li ma jittamawx fil-bniedemU ma jistennewx lin-nies.
8 Dawk li jifdal mid-dar taʼ Ġakobb se jkunu f’nofs il-ġnus,F’nofs il-ħafna popli,Bħal iljun qalb l-annimali tal-foresta,Bħal iljun b’saħħtu qalb l-imrieħel tan-nagħaġLi jgħaddi minn nofshom, jattakkahom, u jqattagħhom biċċiet;U ma jkun hemm ħadd biex isalvahom.
9 Intom se tirbħu lill-avversarji tagħkom,U l-għedewwa kollha tagħkom se jinqerdu.”
10 Ġeħova jgħid: “Dakinhar,Jien se nneħħi ż-żwiemel minn nofskom u neqred il-karrijiet tagħkom.
11 Se neqred il-bliet tal-art tagħkomU se nwaqqaʼ l-postijiet iffortifikati kollha tagħkom.
12 Jien se neqred is-sħaħar,U ħadd minn dawk li jipprattikaw il-maġija mhu se jibqaʼ fostkom.
13 Jien se neqred l-istatwi minquxin tagħkom u l-pilastri sagri minn nofskom,U mhux se tmilu iktar quddiem xogħol idejkom.
14 Jien se nneħħi l-arbli sagri* tagħkom minn nofskomU neqred għalkollox il-bliet tagħkom.
15 B’rabja u korla se nagħmel vendettaMinn dawk il-popli li m’obdewx.”
Noti taʼ taħt
^ Din hi espressjoni poetika li tirreferi għal Sijon jew għan-nies tagħha.
^ Milli jidher din tirreferi għal Sijon.
^ Jew “mexxejja.”

