Mikea 1:1-16

  • Ġudizzju kontra s-Samarija u Ġuda (1-16)

    • Id-dnubiet u r-ribelljoni jġibu l-problemi (5)

1  Fi żmien Ġotam, Aħaż, u Ħeżekija, ir-rejiet taʼ Ġuda, jien Mikea* minn Moreset irċivejt dan il-messaġġ mingħand Ġeħova f’viżjoni dwar is-Samarija u Ġerusalemm:  2  “Nies kollha, isimgħu! L-art u kulma fiha, oqogħdu attenti,Ġeħova hu fit-tempju qaddis tiegħu.Ħallu lil Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* ikun xhud kontrikom.  3  Ġeħova se joħroġ mill-post fejn joqgħod;Hu se jinżel u jimxi fuq il-muntanji tal-art.  4  Il-muntanji se jdubu taħtuBħax-xemaʼ quddiem in-nar,U l-widien* se jinqasmuBħall-ilmijiet li jinżlu minn niżla wieqfa.  5  Dan kollu ġara minħabba r-ribelljoni taʼ Ġakobb,U d-dnubiet tal-poplu t’Iżrael. Min hu responsabbli għar-ribelljoni taʼ Ġakobb? Mhux is-Samarija? U min hu responsabbli għall-postijiet tal-qima falza taʼ Ġuda? Mhux Ġerusalemm?  6  Lis-Samarija se nagħmilha ħerba,Post fejn iħawlu d-dwieli;Se nwaddab il-ġebel li ntuża biex jibnuha fil-wied,U se nikxef il-pedamenti tagħha.  7  L-istatwi minquxin kollha tagħha se jitfarrku,U r-rigali kollha li ħadet bħala ħlas* se jinħarqu fin-nar. Jien se neqred l-idoli kollha tagħha. Għax hi ġabithom mill-ħlas tal-prostituzzjoni,U dawn se jerġgħu jsiru ħlas taʼ prostituzzjoni xi mkien ieħor.”  8  Minħabba f’hekk, jien se nibki b’leħen għoli;Se nimxi ħafi u għarwien.* Il-biki tiegħi se jkun bħal tal-klieb slavaġ,U d-dwejjaq tiegħi bħal tan-ngħam.*  9  Għax il-ferita tagħha ma tistax tfiq;Din waslet sa Ġuda. Il-kastig infirex sal-bieb tal-poplu tiegħi, sa Ġerusalemm. 10  “Tħabbrux x’qed jiġri f’Gat;M’għandkomx tibku. Tmiegħku fit-trab f’Bet-afra.* 11  Nies taʼ Safir, itilqu għarwenin u umiljati. Dawk li joqogħdu Sanan ma ħarġux mill-belt. Se jkun hemm biki kbir f’Bet-esel, il-belt li qabel kienet ir-refuġju tagħkom. 12  Dawk li joqogħdu Marot stennew affarijiet tajbin,Imma dak li hu ħażin niżel mingħand Ġeħova fil-bieb taʼ Ġerusalemm. 13  Nies taʼ Lakis, orbtu l-karru maż-żwiemel. Intom kontu l-bidu tad-dnub għal bint Sijon,Għax fik instabet ir-ribelljoni t’Iżrael. 14  Hu għalhekk li se jkollok tagħti rigali lil Moreset-gat meta hi tkun se titlaq. In-nies t’Akżib qarrqu bir-rejiet t’Iżrael. 15  Nies taʼ Maresah, jien se nġib kontrikom l-għadu li jaħtaf kollox. Il-glorja t’Iżrael se tasal s’Għadullam. 16  Aqtgħu u qaxxru xagħarkom minħabba dak li se jiġri lit-tfal tagħkom li tħobbu. Ħa tkun il-qargħa tagħkom bħal dik t’avultun,*Għax dawn ħaduhomlkom fl-eżilju.”

Noti taʼ taħt

Forma mqassra taʼ Mikiel (ifisser “Min Hu bħal Alla?”) jew taʼ Mikaja (ifisser “Min Hu bħal Ġeħova?”).
Jew “lill-Mulej Sovran Ġeħova.”
Jew “il-pjanuri l-baxxi.”
Jew ħlas tal-prostituzzjoni tagħha.”
Jew “kemxejn imlibbes.”
Jiġifieri ostriches.
Jew “fid-dar t’Afra.”
Din il-kelma bl-Ebrajk tistaʼ tirreferi wkoll għal ajkla.