Mikea 3:1-12

  • Il-mexxejja u l-profeti kkundannati (1-12)

    • L-ispirtu taʼ Ġeħova ta l-qawwa lil Mikea (8)

    • Il-qassisin jgħallmu għall-flus (11)

    • Ġerusalemm se ssir ħerba sħiħa (12)

3  Jien għedt: “Jekk jogħġobkom, isimgħu kapijiet taʼ ĠakobbU intom mexxejja tal-poplu t’Iżrael. Ma jmisskomx intom tkunu tafu dak li hu ġust?  2  Imma intom tobogħdu dak li hu tajjeb u tħobbu dak li hu ħażin;Intom tqaxxru l-ġilda tal-poplu tiegħi u tneħħulhom il-laħam tagħhom minn mal-għadam.  3  Intom tieklu l-laħam tal-poplu tiegħi,Tqaxxrulhom il-ġilda tagħhom,U tkissrulhom l-għadam tagħhom u ġġibuh biċċiet,Bħal għadam u laħam li jsir f’borma.  4  F’dak iż-żmien, huma se jgħajtu lil Ġeħova għall-għajnuna,Imma hu mhux se jwiġibhom. F’dak iż-żmien, hu se jaħbi wiċċu minnhom,Minħabba l-ħażen li għamlu.  5  Il-profeti qed ibiegħdu lill-poplu tiegħi mit-triq it-tajba,Huma qed jgħidu, ‘Paċi!’ meta jkollhom xi ħaġa f’ħalqhom x’jomogħdu,*Imma jiddikjaraw gwerra kontra min ma jitfgħalhom xejn f’ħalqhom. Hekk jgħid Ġeħova kontra dawn il-profeti:  6  ‘Intom se tkunu fid-dlam bħal-lejl, u mhux se jkollkom viżjonijiet;Se jkollkom dlam biss, u mhux se tibqgħu tipprattikaw it-teħbir. Ix-xemx se tinżel fuq il-profeti,U l-ġurnata se tinbidel f’lejl.  7  Dawk li jirċievu l-viżjonijiet se jkollhom jistħu,U dawk li jipprattikaw it-teħbir se jkunu ddiżappuntati. Kollha kemm huma se jkollhom jgħattu l-mustaċċi,*Għax mhux se jkun hemm tweġiba minn Alla.’”  8  Imma lili, l-ispirtu taʼ Ġeħova tani l-qawwaBiex naġixxi bil-ġustizzja u l-kuraġġ,Biex ngħid lil Ġakobb dwar ir-ribelljoni tiegħu u lil Iżrael id-dnub tiegħu.  9  Jekk jogħġobkom, isimgħu dan kapijiet tad-dar taʼ ĠakobbU intom mexxejja tal-poplu t’Iżrael,Li tobogħdu l-ġustizzja u tgħawġu dak kollu li hu dritt, 10  Li bnejtu lil Sijon bid-demm tan-nies u lil Ġerusalemm bl-inġustizzji. 11  Il-mexxejja* tagħha jieħdu t-tixħim biex jiġġudikaw,Il-qassisin tagħha jitolbu l-ħlas biex jgħallmu,U l-profeti tagħha jipprattikaw it-teħbir għall-flus.* Madankollu, huma jgħidu li jistrieħu fuq Ġeħova, billi jgħidu: “Ġeħova mhux magħna qiegħed? L-ebda diżastru mhu ġej fuqna.” 12  Għalhekk, minħabba fikom,Sijon se tiġi maħruta bħal għalqa,Ġerusalemm se ssir ħerba sħiħa,U l-muntanja tat-tempju* se ssir bħal għolja mimlija siġar.

Noti taʼ taħt

Letteralment “meta jigdmu bi snienhom.”
Jew “ħalqhom.”
Letteralment “Il-kapijiet.”
Jew “għall-fidda.”
Letteralment “tad-Dar.”