L-Ewwel Kronaki 4:1-43
4 It-tfal taʼ Ġuda kienu Pereż, Ħesron, Karmi, Ħur, u Sobal.
2 Regħaja bin Sobal kellu lil Ġaħat. Ġaħat kellu lil Aħumaj u lil Laħad. Dawn kienu l-familji tas-Sorgħatin.
3 Dawn kienu t-tfal taʼ missier* Għetam: Ġeżragħel, Isma, u Idbas (oħthom kienet Ħasselelponi).
4 Penwel kellu lil Gedor, u Għeżer kellu lil Ħusa. Dawn kienu t-tfal taʼ Ħur, l-ewwel imwieled t’Efrata u missier Betlem.
5 Asħur missier Tekogħa kellu żewġ nisa, Ħela u Nagħra.
6 Nagħra wellditlu lil Aħużżam, Ħefer, Temeni, u Ħaħastari. Dawn kienu t-tfal taʼ Nagħra.
7 U t-tfal taʼ Ħela kienu Seret, Isħar, u Etnan.
8 Kos kellu lil Għanub, lil Sobeba, u lill-familji t’Aħarħel bin Ħarum.
9 Ġabes kien onorat iktar minn ħutu. Ommu semmietu Ġabes* għax qalet: “Wellidtu fl-uġigħ.”
10 Ġabes għajjat lill-Alla t’Iżrael u qallu: “Jalla tberikni, tkabbar it-territorju tiegħi, tkun dejjem miegħi, u tipproteġini mill-gwaj sabiex xejn ma jagħmilli ħsara!” Għalhekk, Alla tah dak li talab.
11 Kelub ħu Suħa kellu lil Meħir, li kien missier Eston.
12 Eston kellu lil Bet-rafa, Pasegħa, u Teħinna, missier Ir-naħas. Dawn kienu l-irġiel minn Reka.
13 U t-tfal taʼ Kenaż kienu Għotnijel u Seraja, u t-tifel* taʼ Għotnijel kien Ħatat.
14 Megħonotaj kellu lil Għofra. Seraja kellu lil Ġowab, missier in-nies li jgħixu f’Ge-ħarasim.* Dan kienu jgħidulu hekk għax in-nies t’hemm kienu tas-sengħa.
15 It-tfal taʼ Kaleb bin Ġefunne kienu Iru, Elah, u Nagħam. U t-tifel* taʼ Elah kien Kenaż.
16 It-tfal taʼ Ġeħallelel kienu Żif, Żifa, Tirja, u Asarel.
17 It-tfal taʼ Għeżra kienu Ġeter, Mered, Għefer, u Ġalon. Waħda min-nisa taʼ Mered* welldet lil Mirjam, Sammaj, u Isba, missier Estemogħa.
18 (U martu l-Lhudija welldet lil Ġered missier Gedor, lil Ħeber missier Soko, u lil Ġekutijel missier Żanogħa.) Dawn kienu t-tfal taʼ Bitja, bint il-Fargħun, li żżewweġ Mered.
19 It-tfal tal-mara taʼ Ħodija, oħt Naħam, kienu l-missirijiet taʼ Kejla l-Garmi u Estemogħa l-Magħkati.
20 U t-tfal taʼ Simon kienu Amnon, Rinna, Ben-ħanan, u Tilon. U t-tfal taʼ Isgħi kienu Żoħet u Ben-żoħet.
21 It-tfal taʼ Selaħ bin Ġuda kienu Għer missier Leka u Lagħda missier Maresah. Dawk li jiġu minn Asbegħa, li kienu magħrufin għad-drapp fin li jagħmlu, kienu jiġu wkoll minn Selaħ.
22 Anki dawn kienu jiġu minn Selaħ: Ġokim, l-irġiel taʼ Kożeba, Ġowas u Saraf li żżewġu nisa Mowabin, u Ġasħubi-lehem. Dawn ir-rekords huma antiki.
23 Dawn kienu ħaddiema tal-fuħħar u għexu Netagħim u Gedera. Huma għexu hemm u ħadmu għar-re.
24 It-tfal taʼ* Simegħon kienu Nemwel, Ġamin, Ġarib, Żeraħ, u Sagħul.
25 Sagħul kellu lil Sallum, Sallum kellu lil Mibsam, u Mibsam kellu lil Misma.
26 U t-tifel* taʼ Misma kien Ħammwel, Ħammwel kellu lil Żakkur, Żakkur kellu lil Simgħi.
27 U Simgħi kellu 16-il tifel u sitt ibniet. Imma ħutu ma kellhomx ħafna tfal, u ħadd mill-familji tagħhom ma kellu tfal daqs Ġuda.
28 Huma għexu f’Bir-xeba, Molada, Ħasar-sugħal,
29 Bilħa, Għesem, Tolad,
30 Betwel, Ħorma, Siklag,
31 Bet-markabot, Ħasar-susim, Bet-biri, u Sagħrajm. Dawn kienu l-bliet tagħhom sakemm beda jmexxi David.
32 Huma għexu wkoll f’ħamest ibliet oħra: Għetam, Għajn, Rimmon, Token, u Għasan,
33 flimkien mal-irħula kollha taʼ madwarhom li jaslu sa Bagħal. Dawn kienu l-ismijiet imniżżlin fir-rekords tal-familji tagħhom u l-postijiet fejn għexu.
34 Oħrajn li jiġu minn Simegħon kienu: Mesobab, Ġamlek, Ġosa bin Amażija,
35 Ġoel, Ġeħu (bin Ġosibija, bin Seraja, bin Għasijel),
36 Eljogħenaj, Ġagħkoba, Ġesoħaja, Għasaja, Għadijel, Ġesimijel, Benaja,
37 u Żiża bin Sifgħi, bin Allon, bin Ġedaja, bin Simri, bin Semajja.
38 Dawn li ssemmew kienu l-kapijiet fost il-familji tagħhom, u n-nies taʼ dar missirijiethom żdiedu.
39 U marru lejn id-daħla taʼ Gedor, fuq in-naħa tal-Lvant tal-wied, biex ifittxu post fejn jirgħaw l-imrieħel tagħhom.
40 Huma sabu post tajjeb u miksi bil-ħaxix, u l-art kienet spazjuża, fil-kwiet, u bla tfixkil. Qabel kienu jgħixu hemm il-Ħamin.
41 Dawn li isimhom hu mniżżel marru fi żmien ir-Re Ħeżekija taʼ Ġuda, u ħarbtu t-tined tal-Ħamin u tal-Megħunin li kienu hemmhekk. Huma qerduhom bħalma jidher ċar sal-lum, u bdew jgħixu minflokhom għax kien hemm fejn jirgħaw l-imrieħel tagħhom.
42 U 500 raġel mis-Simegħonin marru lejn il-Muntanja Segħir immexxijin minn Pelatija, Negħarija, Refaja, u Użżijel, it-tfal taʼ Isgħi.
43 U huma attakkaw il-bqija tal-Għamalekin li kienu ħarbu, u għadhom jgħixu hemmhekk sal-lum.
Noti taʼ taħt
^ Xi ismijiet f’dan il-kapitlu jistgħu jirreferu għal postijiet minflok għan-nies. F’każi bħal dawn “missier” tistaʼ tfisser “fundatur.”
^ L-isem Ġabes jistaʼ jkun ġej minn kelma Ebrajka li tfisser “uġigħ.”
^ Letteralment “it-tfal.”
^ Ifisser “Wied tan-Nies tas-Sengħa.”
^ Letteralment “it-tfal.”
^ Letteralment “Hi.” Jistaʼ jkun tirreferi għal Bitja taʼ vers 18.
^ Bl-Ebrajk din tistaʼ tfisser “iben,” “neputi,” jew “dixxendent.”
^ Letteralment “it-tfal.”

