L-Ewwel Kronaki 1:1-54
1 Adam,Set,Enos,
2 Kenan,Maħalalel,Ġared,
3 Enok,Metuselaħ,Lamek,
4 Noè,Sem, Ħam, u Ġafet.
5 It-tfal taʼ Ġafet kienu Gomer, Magog, Madaj, Ġawan, Tubal, Mesek, u Tiras.
6 It-tfal taʼ Gomer kienu Askenaż, Rifat, u Togarma.
7 It-tfal taʼ Ġawan kienu Elisa, Tarsis, Kittim, u Rodanim.
8 It-tfal taʼ Ħam kienu Kus, Misrajm, Put, u Kangħan.
9 It-tfal taʼ Kus kienu Seba, Ħawila, Sabta, Ragħma, u Sabteka.
It-tfal taʼ Ragħma kienu Xeba u Dedan.
10 Kus kellu lil Nimrod. Hu kien l-ewwel mexxej b’saħħtu* fuq l-art.
11 Misrajm kellu lil Ludim, Għanamim, Leħabim, Naftuħim,
12 Patrusim, Kasluħim (li minnu ġew il-Filistin), u Kaftorim.
13 Kangħan kellu lil Sidon, l-ewwel imwieled tiegħu, u lil Ħet,
14 kif ukoll lill-Ġebusin, lill-Amurrin, lill-Girgasin,
15 lill-Ħiwwin, lill-Għarkin, lis-Sinin,
16 lill-Arwadin, lis-Semarin, u lill-Ħamatin.
17 It-tfal taʼ Sem kienu Għelam, Assur, Arfaksad, Lud, u Aram,u* Uż, Ħul, Geter, u Mas.
18 Arfaksad kellu lil Selaħ, u Selaħ kellu lil Għeber.
19 Għeber kellu żewġ subien. Wieħed kien jismu Peleg,* għax fi żmienu l-art* inqasmet, u l-ieħor kien jismu Ġoktan.
20 Ġoktan kellu lil Almodad, Selef, Ħasarmawet, Ġeraħ,
21 Ħadoram, Użal, Dikla,
22 Għobal, Abimagħel, Xeba,
23 Ofir, Ħawila, u Ġobab. Dawn kollha kienu t-tfal taʼ Ġoktan.
24 Sem,Arfaksad,Selaħ,
25 Għeber,Peleg,Regħu,
26 Serug,Naħor,Teraħ,
27 Abram, jiġifieri Abraham.
28 It-tfal t’Abraham kienu Iżakk u Ismagħel.
29 Dawn huma dawk li jiġu minnhom: Nebajot, l-ewwel imwieled taʼ Ismagħel, imbagħad Kedar, Adbel, Mibsam,
30 Misma, Duma, Massa, Ħadad, Tema,
31 Ġetur, Nafis, u Kedema. Dawn kienu t-tfal taʼ Ismagħel.
32 Ketura, il-konkubina t’Abraham, kellha lil Żimran, Ġoksan, Medan, Midjan, Isbak, u Suwaħ.
It-tfal taʼ Ġoksan kienu Xeba u Dedan.
33 It-tfal taʼ Midjan kienu Għefa, Għefer, Ħanok, Abida, u Eldgħa.
Dawn kollha kienu dawk li jiġu minn Ketura.
34 Abraham kellu lil Iżakk. It-tfal taʼ Iżakk kienu Għesaw u Iżrael.
35 It-tfal t’Għesaw kienu Elifaż, Regħwel, Ġegħus, Ġagħlam, u Koraħ.
36 It-tfal t’Elifaż kienu Teman, Omar, Sefu, Gatam, Kenaż, Timna, u Għamalek.
37 It-tfal taʼ Regħwel kienu Naħat, Żeraħ, Sammah, u Miżża.
38 It-tfal taʼ Segħir kienu Lotan, Sobal, Sibgħon, Għana, Dison, Għeżer, u Disan.
39 It-tfal taʼ Lotan kienu Ħori u Ħomam. Oħt Lotan kienet Timna.
40 It-tfal taʼ Sobal kienu Għalwan, Manaħat, Għebal, Sefo, u Onam.
It-tfal taʼ Sibgħon kienu Ajja u Għana.
41 It-tifel* taʼ Għana kien Dison.
It-tfal taʼ Dison kienu Ħemdan, Esban, Itran, u Keran.
42 It-tfal t’Għeżer kienu Bilħan, Żagħwan, u Għaqan.
It-tfal taʼ Disan kienu Uż u Aran.
43 Dawn huma r-rejiet li mexxew fl-art t’Edom qabel ma kien hemm re fuq l-Iżraelin:* Bela bin Begħor, li l-belt tiegħu kien jisimha Dinħaba.
44 Meta Bela miet, Ġobab bin Żeraħ minn Bosra beda jmexxi minfloku.
45 Meta Ġobab miet, Ħusam minn art it-Temanin beda jmexxi minfloku.
46 Meta Ħusam miet, Ħadad bin Bedad, li għeleb lil Midjan fit-territorju* taʼ Mowab, beda jmexxi minfloku. Il-belt tiegħu kien jisimha Għawit.
47 Meta Ħadad miet, Samla minn Masreka beda jmexxi minfloku.
48 Meta Samla miet, Sagħul minn Reħobot, ħdejn ix-Xmara, beda jmexxi minfloku.
49 Meta Sagħul miet, Bagħal-ħanan bin Għakbor beda jmexxi minfloku.
50 Meta Bagħal-ħanan miet, Ħadad beda jmexxi minfloku. Il-belt tiegħu kien jisimha Pagħu, u martu kienet Meħetabel bint Matred u n-neputija taʼ Meżaħab.
51 Imbagħad Ħadad miet.
Il-kapijiet* t’Edom kienu l-Kap Timna, il-Kap Għalwa, il-Kap Ġetet,
52 il-Kap Oħolibama, il-Kap Elah, il-Kap Pinon,
53 il-Kap Kenaż, il-Kap Teman, il-Kap Mibsar,
54 il-Kap Magdijel, u l-Kap Iram. Dawn kienu l-kapijiet t’Edom.
Noti taʼ taħt
^ Letteralment “setgħan.”
^ Ifisser “Diviżjoni.”
^ Jew “il-popolazzjoni tal-art.”
^ Letteralment “It-tfal.”
^ Letteralment “it-tfal t’Iżrael.”
^ Letteralment “fl-għalqa.”
^ Letteralment “Ix-xejikki.” Xejikk kien kap taʼ tribù.

