Lamentazzjonijiet 4:1-22

  • Effetti koroh minħabba l-assedju taʼ Ġerusalemm

    • Nuqqas t’ikel (4, 5,9)

    • In-nisa jsajru lit-tfal tagħhom stess (10)

    • Ġeħova rrabja ħafna (11)

א [Alef] 4  Id-deheb li kien ileqq, id-deheb fin, m’għadux ileqq. Il-ġebel tas-santwarju qiegħed imxerred fil-kantunieri kollha tat-toroq! ב [Bet]  2  In-nies prezzjużi taʼ Sijon, li kienu prezzjużi daqs deheb irfinut,Ġew meqjusin bħal ġarar tal-fuħħar,Bħax-xogħol taʼ xi ħadd li jagħmel il-fuħħar. ג [Gimel]  3  Anki l-klieb slavaġ ireddgħu ż-żgħar tagħhom,Imma l-poplu tiegħi sar kattiv, bħan-ngħam* fid-deżert. ד [Dalet]  4  L-ilsien tat-trabi jeħel mas-saqaf taʼ ħalqhom minħabba li huma bil-għatx. It-tfal jittallbu għall-ħobż, imma ħadd ma jagħtihom. ה [Ħe]  5  Dawk li kienu mdorrijin jieklu tajjeb, qegħdin fit-toroq bil-ġuħ.* Dawk li trabbew jilbsu ħwejjeġ jiswew il-flus,* qegħdin fil-gzuz tal-irmied. ו [Waw]  6  Il-kastig* tal-poplu tiegħi hu akbar mill-kastig għad-dnub taʼ Sodoma,Li ntrebħet f’daqqa waħda u ma kien hemm ħadd jgħinha. ז [Żajin]  7  In-Nażiriti taʼ Sijon kienu iktar puri mill-borra u iktar bojod mill-ħalib. Huma kienu iktar ħomor mill-korall u jleqqu bħaż-żaffir. ח [Ħet]  8  Id-dehra tagħhom saret iktar skura mis-swidija;Ma jintgħarfux fit-toroq. Saru għadma u ġilda; il-ġilda tagħhom saret qisha njama niexfa. ט [Tet]  9  Dawk li nqatlu bix-xabla huma aħjar minn dawk li mietu bil-ġuħ. Aħjar minn dawk li spiċċaw fix-xejn u li bħallikieku ġew minfudin,Għax ma kellhomx prodotti fl-għelieqi. י [Jod] 10  In-nisa li qabel kienu juru ħniena sajru lit-tfal tagħhom stess. Dawn saru l-ikel tagħhom meta l-poplu tiegħi kien qiegħed f’rovina. כ [Kaf] 11  Ġeħova wera l-korla tiegħu. Hu ferraʼ r-rabja kbira tiegħu. U qabbad nar f’Sijon li jaħraq il-pedamenti tagħha. ל [Lamed] 12  Ir-rejiet tal-art u n-nies kollha tagħhom m’emmnuxLi l-avversarju u l-għadu kienu se jidħlu mill-bibien taʼ Ġerusalemm. מ [Mem] 13  Dan ġara minħabba d-dnubiet tal-profeti tagħha, l-iżbalji tal-qassisin tagħha,Li qatlu nies ġusti f’nofsha. נ [Nun] 14  Huma ġġerrew fit-toroq bħal xi ħadd li ma jarax. Huma mċappsin bid-demm,U b’hekk ħadd ma jistaʼ jmiss il-ħwejjeġ tagħhom. ס [Samek] 15  In-nies jgħidu lill-profeti u l-qassisin: “Itilqu ’l hemm! M’intomx nodfa!” Itilqu ’l hemm! Itilqu ’l hemm! Tmissuniex!” Għax huma m’għandhomx fejn joqogħdu u jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn. In-nies tal-popli jgħidu: “Ma jistgħux joqogħdu magħna.* פ [Pe] 16  Ġeħova xerridhom. Hu mhux se jibqaʼ jħares lejhom b’approvazzjoni. In-nies mhux se juru rispett lejn il-qassisin u lanqas se jħennu għall-anzjani.”* ע [Għajn] 17  Għadna s’issa nħossu għajnejna għajjenin daqskemm fittixna għalxejn biex xi ħadd jgħinna. Bqajna nfittxu l-għajnuna mingħand poplu li ma setax isalvana. צ [Sade] 18  L-għedewwa kkaċċjawna maʼ kull pass li għamilna, tant li lanqas stajna nimxu fil-pjazez tagħna. It-tmiem tagħna hu qrib. Jiemna spiċċaw, għax wasal it-tmiem tagħna. ק [Kof] 19  Dawk li jiġru warajna kienu iktar ħfief mill-ajkli. Huma ġrew warajna fuq il-muntanji; huma staħbew biex jattakkawna fid-deżert. ר [Rex] 20  In-nifs tagħna, il-magħżul taʼ Ġeħova, inqabad fil-ħofra kbira tagħhom,Il-wieħed li dwaru għedna: “Se ngħixu fost il-popli bil-protezzjoni* tiegħu.” ש [Sin] 21  Ifirħu u aqbżu bil-ferħ, nies t’Edom, intom li qed tgħixu fl-art t’Uż. Imma anki lilkom se tingħata t-tazza, u intom se tiskru u jarawkom għarwenin. ת [Taw] 22  Nies t’Edom, Alla se jitlob kont tal-iżbalji tagħkom. Hu se jikxef id-dnubiet tagħkom. Belt taʼ Sijon, il-kastig għall-iżball tiegħek wasal fi tmiemu. Hu mhux se jerġaʼ jieħdok fl-eżilju.

Noti taʼ taħt

Jiġifieri ostriches.
Letteralment “abbandunati.”
Jew “ħwejjeġ ħomor.”
Letteralment “L-iżball.”
Jew “jgħixu hawn bħala barranin.”
Letteralment “fid-dell.”