Sofonija 2:1-15
2 Nies taʼ poplu li ma jafx jistħi,Inġabru, iva, inġabru flimkien.
2 Qabel tidħol fis-seħħ il-liġi,Qabel ma l-jum jgħaddi bħal qoxra taʼ żerriegħa li ttir fir-riħ,Qabel Ġeħova jirrabja ħafna magħkom,Qabel jiġi fuqkom il-jum li Ġeħova jirrabja magħkom,
3 Fittxu lil Ġeħova, intom l-umli* kollha tal-art,Li tobdu l-liġijiet ġusti tiegħu.*
Stinkaw biex tagħmlu dak li hu tajjeb u uru li intom umli.*
Aktarx* se tiġu protetti fil-jum li Ġeħova jirrabja.
4 Gaża se ssir belt abbandunata;Askelon se ssir ħerba.
In-nies t’Asdod se jiġu mkeċċijin fid-dawl tax-xemx,*U Għekron se tinqered għalkollox.
5 “Ħażin għal dawk li jgħixu mal-kosta tal-baħar, il-poplu tal-Keretin!
Ġeħova kkundannakom.
‘Kangħan, l-art tal-Filistin, jien se neqirdek,Ħalli ma jgħix ħadd iktar fik.’
6 U l-kosta tal-baħar se ssir bħal post fejn jirgħaw l-annimali,Bi bjar għar-ragħajja u mqawel tal-ġebel għan-nagħaġ.
7 Din se terġaʼ ssir reġjun għal dawk li jifdal mill-poplu taʼ Ġuda li qishom nagħaġ;Hemmhekk se jieklu.
Filgħaxija, huma se jimteddu fid-djar t’Askelon.
Għax Ġeħova l-Alla tagħhom se jieħu ħsiebhom*U se jġib lura lill-ilsiera tagħhom.”
8 “Jien smajt it-tmaqdir taʼ Mowab u t-tgħajjir tal-Għammonin,Li waqqgħu għaċ-ċajt lill-poplu tiegħi, u b’arroganza heddewhom li se jieħdu t-territorju tagħhom.
9 Għalhekk, naħlef bija nnifsi daqskemm jien ħaj,” jgħid Ġeħova tal-armati, l-Alla t’Iżrael,“Li Mowab se jsir bħal Sodoma,U Għammon bħal Gomorra,Post fejn ikun hemm il-ħurrieq, ħofra tal-melħ, u art abbandunata għal dejjem.
Lil dawn se jisirquhom dawk li jifdal mill-poplu tiegħi,U se jiħdulhom l-art tagħhom dawk li jifdal mill-ġens tiegħi.”
10 Hekk se jiġrilhom minħabba l-kburija tagħhom,Peress li waqqgħu għaċ-ċajt u tkabbru kontra l-poplu taʼ Ġeħova tal-armati.
11 Ġeħova se jkun tal-biżaʼ għalihom;Hu se jġib fix-xejn* l-allat kollha tal-art,U l-popli li jgħixu fil-gżejjer se jmilu quddiemu,*Kull wieħed minn fejn jgħix.
12 “Etjopjani, anki intom se tiġu maqtulin bix-xabla tiegħi.”
13 Hu se joħroġ idu lejn it-Tramuntana u jeqred lill-Assirja,U Ninwe se jagħmilha abbandunata u niexfa bħad-deżert.
14 L-imrieħel se jimteddu fiha, kull tip t’annimal salvaġġ.*
Kemm il-pellikan u anki l-porkuspin* se jqattgħu l-lejl fost il-kaptelli tal-kolonni tagħha.
Minn tieqa se jinstemaʼ ħoss.*
Se jkun hemm ħerba kbira fl-għatba;It-twavel taċ-ċedru se jkunu esposti għax-xemx u x-xita.
15 Din hi l-belt li n-nies tagħha kienu kburin u jgħixu b’moħħhom mistrieħ,Huma kienu jgħidu f’qalbhom, ‘Il-belt tagħna hi unika, m’hemmx oħra bħalha.’
Issa kull min jgħaddi minn hemm jiċċassa u ma jkunx jistaʼ jemmen,Għax saret post fejn jimteddu l-annimali slavaġ.
Kull min jgħaddi minn ħdejha se jxengel rasu* u jxejjer il-ponn.
Noti taʼ taħt
^ Jew “il-ġwejdin.”
^ Letteralment “il-ġudizzju tiegħu.”
^ Jew “ġwejdin.”
^ Jew “Jistaʼ jkun li.”
^ Jew “taʼ nofsinhar.”
^ Jew “se jitfaʼ l-attenzjoni tiegħu fuqhom.”
^ Jew “se jnixxef.”
^ Jew “se jqimuh.”
^ Letteralment “kull bhima taʼ poplu.”
^ Dan hu annimal li għandu x-xewk u li jixbah lill-qanfud.
^ Letteralment “se jkanta leħen.” Dan jistaʼ jkun jirreferi għall-għana t’għasfur jew għall-ħoss tar-riħ.
^ Letteralment “isaffar.”

