Sofonija 1:1-18

  • Il-jum taʼ ġudizzju taʼ Ġeħova hu qrib (1-18)

    • Il-jum taʼ Ġeħova riesaq b’ħeffa (14)

    • Id-deheb u l-fidda mhu se jsalvaw lil ħadd (18)

1  Jien Sofonija* bin Kusi, bin Gedalija, bin Amarija, bin Ħeżekija, irċivejt dan il-messaġġ mingħand Ġeħova fi żmien Ġosija bin Amon, ir-re taʼ Ġuda.  2  Ġeħova jgħid: “Jien se nkaxkar kollox minn fuq wiċċ l-art.”  3  Ġeħova jgħid: “Jien se nkaxkar lin-nies u l-annimali. Se nkaxkar l-għasafar u l-ħut,U l-ġebel tat-tfixkil* flimkien mal-ħżiena;U jien se nneħħi lill-bnedmin minn fuq wiċċ l-art.  4  Jien se nikkastiga lil ĠudaU lil dawk kollha li jgħixu f’Ġerusalemm.Se neqred minn dan il-post kull ħaġa li għandha x’taqsam maʼ* Bagħal,Se neqred l-isem tal-qassisin tal-alla barrani flimkien mal-qassisin foloz,  5  Lil dawk li minn fuq il-bjut imilu quddiem ix-xemx, il-qamar, u l-istilel,Lil dawk li jmilu quddiemi, Ġeħova, u jaħilfu li se jkunu leali lejja,Imma fl-istess ħin jaħilfu li se jkunu leali lejn Malkam;  6  Lil dawk li ma baqgħux jaqdu lili, Ġeħova,U lil dawk li ma jfittxux il-gwida u d-direzzjoni tiegħi, Ġeħova.”  7  Oqogħdu kwieti quddiem Ġeħova s-Sid taʼ Kollox,* għax jum Ġeħova hu qrib. Ġeħova pprepara sagrifiċċju; hu qaddes lil dawk li stieden.  8  “Fil-jum li nagħmel is-sagrifiċċju, jien, Ġeħova, se nikkastiga lill-kapijiet,Lit-tfal tar-re, u lil dawk kollha li qed jilbsu bħan-nies tal-popli.  9  Jien se nikkastiga lil kull min dakinhar jitlaʼ fuq il-platform,*Lil dawk li qed ikunu vjolenti man-nies u jqarrqu bihom għall-benefiċċju taʼ dar sidhom. 10  Dakinhar, se jinstemaʼ għajjat kbir minn Bieb il-Ħut,Biki mit-Tieni Distrett tal-belt,U ħoss kbir mill-għoljiet,” jgħid Ġeħova. 11  “Ibku intom li tgħixu Maktes,*Għax in-negozjanti* kollha nġiebu fix-xejn;*Dawk kollha li jiżnu l-fidda ġew meqrudin. 12  Dakinhar, jien se nfittex sew f’Ġerusalemm bil-lampiBiex insib u nikkastiga lil dawk li huma sodisfatti bihom infushom,* li jgħidu f’qalbhom,‘Ġeħova la se jagħmel it-tajjeb u lanqas se jagħmel il-ħażin.’ 13  Il-ġid tagħhom se jinsteraq u d-djar tagħhom se jiġu meqruda. Huma se jibnu djar, imma mhux se jgħixu fihom;Huma se jħawlu għelieqi bid-dwieli, imma mhux se jixorbu l-inbid tagħhom. 14  Il-jum il-kbir taʼ Ġeħova hu qrib! Hu qrib u riesaq b’ħeffa!* Il-ħoss tal-jum taʼ Ġeħova se jkun tal-biżaʼ. Imbagħad anki l-gwerriera se jibku u jgħajtu. 15  Dakinhar, se jkun jum li Alla jirrabja ħafna,Jum taʼ dwejjaq u wġigħ kbir,Jum taʼ maltemp u qerda,Jum taʼ dlam u swidija,Jum taʼ sħab u mdallam ħafna, 16  Jum fejn in-nies se jdoqqu l-qarn u jgħajtu għajta taʼ gwerraKontra l-bliet iffortifikati u t-torrijiet għoljin fil-kantunieri. 17  Jien se nġib it-tbatija fuq il-bnedmin,U huma se jimxu bħal nies li ma jarawx,Għax dinbu kontrija, Ġeħova. Id-demm tagħhom se jixxerred bħat-trab,U l-laħam* tagħhom bħad-demel. 18  La l-fidda u lanqas id-deheb tagħhom mhu se jkunu jistgħu jsalvawhom fil-jum li jien, Ġeħova, nirrabja ħafna;Ir-rabja tiegħi hi bħal nar li jaħraq l-art kollha,Għax se nġib qerda kbira fuq il-bnedmin kollha tal-art. Din se tkun tal-biżaʼ!”

Noti taʼ taħt

Ifisser “Ġeħova Ħeba (Apprezza.)”
Milli jidher dan jirreferi għal oġġetti jew attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-idolatrija.
Jew “kull traċċa taʼ.”
Jew “il-Mulej Sovran Ġeħova.”
Jew “l-għatba.” Jistaʼ jkun qed jirreferi għall-platform tat-tron tar-re.
Milli jidher parti minn Ġerusalemm qrib Bieb il-Ħut.
Jew “il-merkanti.”
Letteralment “ġew imsikkta.”
Letteralment “dawk li joqogħdu fuq it-tartru tagħhom,” bħal inbid li jitħalla joqgħod f’ġarra.
Jew “u qed jgħaġġel ħafna.”
Letteralment “l-imsaren.”