Naħum 3:1-19

  • “Ħażin għall-belt li toqtol lin-nies!” (1-19)

    • Raġunijiet għala Ninwe se tiġi ġġudikata (1-7)

    • Ninwe se taqaʼ bħal No-amon (8-12)

    • Ninwe żgur se taqaʼ (13-19)

3  Ħażin għall-belt li toqtol lin-nies! Hi mimlija għalkollox bil-qerq u bis-serq. Hi dejjem tikkaċċja u toqtol lin-nies!  2  Tinstemaʼ t-tfaqqigħa tal-frosta u ċ-ċekċik tar-roti,Hemm żiemel qed jiġri u l-karru qed jaqbeż.  3  Ir-rikkieb fuq iż-żiemel, ix-xabla tleqq, u d-dija tal-lanza,L-ammont kbir taʼ maqtulin u l-gzuz kbar t’iġsma mejtin,Hemm ħafna iġsma mejtin kullimkien. In-nies jibqgħu jitfixklu fihom.  4  Dan minħabba li m’hemmx limitu għall-prostituzzjoni taʼ din il-prostituta,Hi sabiħa u ħelwa, hi saħħara tas-sengħaF’li taqbad f’nassa lill-ġnus bil-prostituzzjoni tagħha u lill-popli bis-sħarijiet tagħha.  5  Ġeħova tal-armati jgħid: “Jien kontrik.*Jien se ngħolli d-dbielet tiegħek fuq wiċċek;Se nġiegħel lill-popli jarawk għarwiena,U lis-saltniet jaraw id-diżunur tiegħek.  6  Se nitfagħlek il-ħmieġU nġiegħlek tiġi mmaqdra;Se nagħmel wirja bik.  7  Kull min jarak se jaħrab minnek u jgħid,‘Ninwe saret ħerba! Min se jħoss għaliha?’ Fejn nistaʼ nsib min jistaʼ jfarrġek?  8  Mela int aħjar minn No-amon,* li kienet toqgħod bilqiegħda ħdejn il-kanali tan-Nil? L-ilmijiet kienu jdawruha;Il-baħar kien ir-rikkezzi tagħha, u s-sur tagħha kien il-baħar.  9  L-Etjopja kienet is-sors taʼ saħħa bla limitu għaliha, u anki l-Eġittu. Put u l-Libjani kienu dawk li għenuha. 10  Imma anki No-amon ittieħdet fl-eżilju;Ittieħdet bħala lsira. It-tfal tagħha wkoll inqatlu b’mod vjolenti f’kull kantuniera tat-triq. Huma tefgħu x-xorti biex jieħdu lill-irġiel li jmexxu tagħha,U l-irġiel importanti tagħha rabtuhom bil-ktajjen. 11  Ninwe, anki int se tisker;Int se tmur tistaħba. Se tfittex post taʼ protezzjoni mill-għadu. 12  Il-postijiet iffortifikati kollha tiegħek huma bħas-siġar tat-tin bl-ewwel frott misjur;Jekk xi ħadd iċaqlaqhom, il-frott tagħhom jaqaʼ għand dawk li jibilgħuh. 13  Is-suldati tiegħek huma bħal nisa f’nofsok. Il-bibien tal-pajjiż tiegħek se jkunu miftuħin beraħ għall-għedewwa tiegħek. In-nar se jaħraq għalkollox l-istaneg tal-bibien tiegħek. 14  Tellaʼ l-ilma għal meta jassedjawk! Saħħaħ il-postijiet iffortifikati tiegħek! Idħol fit-tajn u għaffeġ fit-tafal;U agħmel il-briks. 15  Anki hemm se tinħaraq bin-nar. Se tiġi maqtul bix-xabla. Int se tispiċċa fix-xejn bħall-ħaxix li jittiekel mill-ġurati. In-nies tiegħek ħa jkunu daqs il-ġurati! Iva, ħa jkunu ħafna daqs il-ġurati! 16  Int żidt ħafna l-merkanti tiegħek, iktar mill-istilel tas-sema. Il-ġurat se jbiddel il-ġilda tiegħu u jtir ’l hemm. 17  L-għassiesa tiegħek huma bħall-ġurati,U l-uffiċjali tiegħek bħal qatgħa ġurati. Huma jikkampjaw fi mqawel tal-ġebel f’ġurnata kiesħa.Imma meta toħroġ ix-xemx, itiru ’l hemm;U ħadd ma jkun jaf fejn huma. 18  Re tal-Assirja, ir-ragħajja tiegħek huma bi ngħas;In-nies importanti tiegħek jibqgħu fir-residenzi tagħhom. In-nies tiegħek huma mxerrdin fuq il-muntanji,U m’hemm ħadd li qed jiġborhom flimkien. 19  M’hemmx serħan mid-diżastru tiegħek. Il-ferita tiegħek ma tistax tfiq. Dawk kollha li jisimgħu xi ġralek, iċapċpu bil-ferħ;Min ma batiex minħabba l-ħruxija kontinwa tiegħek?”

Noti taʼ taħt

Jiġifieri Ninwe.
Jiġifieri Tebe.