Naħum 2:1-13

  • Ninwe se ssir ħerba (1-13)

    • “Il-bibien tax-xmajjar se jinfetħu” (6)

2  Ninwe, dak li jxerred in-nies tiegħek ġie għalik. Ipproteġi l-postijiet iffortifikati. Agħmel l-għassa fit-triq. Ipprepara lilek innifsek* għall-gwerra u ssaħħaħ kemm jistaʼ jkun.  2  Għax Ġeħova se jagħti lura l-kburija taʼ ĠakobbFlimkien mal-glorja t’Iżrael,Għax l-għedewwa qerduhom;U qerdu l-friegħi tad-dwieli tagħhom.  3  It-tarki tal-irġiel b’saħħithom tal-għadu taʼ Ninwe huma miżbugħin ħomor,Il-gwerriera tiegħu huma mlibbsin kulur aħmar skur. Matul il-ġurnata li jipprepara għall-gwerra,Il-ħadid tal-karrijiet tal-gwerra tiegħu jleqq bħan-narU l-gwerriera jxejru l-lanez magħmulin mis-siġar tal-ġnibru.  4  Il-karrijiet tal-gwerra għaddejjin bla kontroll mit-toroq. Huma jiġru ’l fuq u ’l isfel lejn il-pjazez. Huma jleqqu bħat-torċi mixgħula, u ħfief bħall-beraq.  5  Hu* se jibgħat għall-uffiċjali tiegħu. Huma se jitfixklu hekk kif jimxu ’l quddiem. Huma jiġru lejn is-sur tal-belt;Huma jsaħħu s-sur.  6  Il-bibien tax-xmajjar se jinfetħu,U l-palazz se jaqaʼ.*  7  Dan ġie deċiż: In-nies taʼ din il-belt ġew umiljati u ttieħdu fl-eżilju.L-ilsiera nisa qed jibku bħal ħamiemHekk kif iħabbtu fuq sidirhom.  8  Ninwe minn dejjem kienet bħal għadira bl-ilma,Imma issa n-nies qed jaħarbu. “Ieqfu! Ieqfu!” Imma ħadd mhu ġej lura.  9  Isirqu l-fidda, isirqu d-deheb! It-teżori tagħha ma jispiċċaw qatt. Din hi mimlija b’kull tip t’affarijiet prezzjużi. 10  Il-belt hi vojta, abbandunata, u meqruda. In-nies jaqtgħu qalbhom bil-biżaʼ, saqajhom ma jifilħuhomx, u ġenbejhom jitriegħdu;Minn wiċċhom, huma kollha jidhru ansjużi. 11  X’ġara mill-belt li kienet bħal post fejn jgħixu l-iljuni, fejn jieklu l-iljuni b’saħħithom,Fejn l-iljun jimxi mal-ferħ tiegħu,U ħadd ma jbeżżagħhom? 12  L-iljun kien iqattaʼ biżżejjed priża għall-frieħ tiegħu,U kien jifga l-annimali għall-iljunessi tiegħu. Hu kien iżomm il-moħbiet tiegħu mimlijin bil-priża,Il-postijiet fejn jgħix kienu mimlijin b’annimali mqattgħin. 13  Ġeħova tal-armati jgħid: “Jien kontrik.Jien se naħraq il-karrijiet tal-gwerra tiegħek u nagħmilhom duħħan,U x-xabla se tiblaʼ l-iljuni b’saħħithom tiegħek. Mhux se nħallik taqbad iktar priża fuq l-art,U l-leħen tal-messaġġiera tiegħek mhux se jinstemaʼ iktar.”

Noti taʼ taħt

Letteralment “Saħħaħ ġenbejk.”
Jistaʼ jkun li qed jirreferi għar-re tal-Assirja.
Letteralment “se jdub.”