1 Timotju 5:1-25

5  Tikkritikax bl-aħrax lil raġel xiħ.+ Għall-kuntrarju, wissih bħala missier, irġiel żgħażagħ bħala aħwa,  nisa xjuħ+ bħala ommijiet, nisa żgħażagħ bħala aħwa+ bis-safa kollu.  Onora lir-romol li huma romol tassew.+  Imma jekk xi armla għandha t-tfal jew it-tfal tat-tfal, dawn l-ewwel ħa jitgħallmu jipprattikaw id-devozzjoni lejn Alla f’darhom stess+ u jibqgħu jagħtu kumpens xieraq lill-ġenituri+ u lin-nanniet tagħhom, għax dan hu aċċettabbli quddiem Alla.+  Issa l-mara li hi armla tassew u hi fil-bżonn+ poġġiet it-tama tagħha f’Alla+ u tippersisti f’suppliki* u talb lejl u nhar.+  Imma dik li tagħti ruħha għall-pjaċiri senswali+ hi mejta+ għalkemm hi ħajja.  Għalhekk, ibqaʼ agħti dawn l-ordnijiet+ biex ħadd ma jsib xi jgħid fihom.+  Ċertament li jekk xi ħadd ma jipprovdix għal tiegħu,+ u speċjalment għall-membri taʼ daru,+ ikun ċaħad+ il-fidi+ u jkun agħar minn bniedem mingħajr fidi.  Ħa titqiegħed fil-lista armla li m’għandhiex inqas minn sittin sena, mara taʼ raġel wieħed,+ 10  li tingħatalha xiehda li għamlet għemejjel tajbin,+ jekk rabbietx it-tfal tajjeb,+ jekk laqgħetx lill-istranġieri,+ jekk ħaslitx saqajn il-qaddisin,+ jekk għenitx lil dawk li għaddew minn xi tribulazzjoni,+ jekk ħabirkitx f’kull għemil tajjeb.+ 11  Mill-banda l-oħra, irrifjuta lir-romol żgħażagħ, għax meta t-tqanqil sesswali tagħhom jiġi bejnhom u bejn il-Kristu,+ ikunu jridu jiżżewġu, 12  u jkollhom ġudizzju għax ma żammewx l-ewwel espressjoni tal-fidi tagħhom.+ 13  Fl-istess ħin ukoll jitgħallmu jitgħażżnu, jiġġerrew minn dar għall-oħra; iva, mhux biss jitgħażżnu, imma wkoll iseksku u jindaħlu fi ħwejjeġ ħaddieħor,+ billi jitkellmu dwar affarijiet li m’għandhomx jitkellmu dwarhom. 14  Għaldaqstant nixtieq li r-romol żgħażagħ jiżżewġu,+ ikollhom it-tfal,+ u jmexxu darhom tajjeb, biex lil min jopponi ma jagħtuhx raġuni biex iżeblaħna.+ 15  Fil-fatt, xi wħud diġà ġew żvijati biex imorru wara Satana. 16  Jekk mara li temmen għandha xi romol jiġu minnha, ħa tgħinhom hi+ u ma tħallix lill-kongregazzjoni titgħabba bil-piż. Imbagħad din tkun tistaʼ tgħin lil dawk li huma romol tassew.+ 17  L-anzjani li jippresiedu+ bl-aħjar mod ħa jitqiesu li huma denji t’unur doppju,+ speċjalment dawk li jaħdmu iebes biex jitkellmu u jgħallmu l-kelma t’Alla.+ 18  Għax l-iskrittura tgħid: “Tagħmilx sarima maʼ ħalq il-barri meta jidres il-qamħ”;+ ukoll: “Il-ħaddiem jistħoqqlu ħlasu.”+ 19  Taċċettax akkuża kontra anzjan, ħlief fuq l-evidenza taʼ żewġ xhieda jew tlieta.+ 20  Widdeb+ quddiem kulħadd lil dawk li jipprattikaw id-dnub,+ biex l-oħrajn jibżgħu wkoll.+ 21  Nordnalek solennement quddiem Alla u Kristu Ġesù+ u l-anġli magħżulin li tosserva dawn l-affarijiet mingħajr preġudizzju u ma tagħmel xejn bil-preferenzi.+ 22  Qatt tgħaġġel biex tqiegħed idejk+ fuq xi raġel biex taħtru;+ tiħux sehem fid-dnubiet t’oħrajn;+ żomm ruħek safi.+ 23  Tibqax tixrob ilma, imma ħu naqra nbid+ minħabba l-istonku tiegħek u l-mard li timrad sikwit. 24  Id-dnubiet taʼ xi bnedmin jidhru pubblikament+ u malajr iwasslu għall-ġudizzju, imma d-dnubiet taʼ bnedmin oħrajn ukoll isiru jidhru iktar tard.+ 25  Hekk ukoll l-għemejjel tajbin jidhru pubblikament+ u dawk li ma jidhrux ma jistgħux jinżammu moħbijin.+

Noti taʼ taħt

Jew, “talb bil-ħerqa.”