Ġoel 3:1-21

  • Ġeħova jiġġudika lill-popli kollha (1-17)

    • Il-Wied taʼ Ġeħosafat (2, 12)

    • Il-wied tal-ġudizzju (14)

    • Ġeħova hu fortizza għan-nies t’Iżrael (16)

  • Ġeħova jbierek il-poplu tiegħu (18-21)

3  “Għax f’dak iż-żmien,Meta jien inġib lura l-ilsiera taʼ Ġuda u taʼ Ġerusalemm,  2  Jien se niġbor ukoll il-popli kollhaU nniżżilhom fil-Wied* taʼ Ġeħosafat.* Jien se niġġudikahom hemmhekkMinħabba l-poplu tiegħi u l-wirt tiegħi, Iżrael,Għax huma xerrduhom fost il-popli,U qassmu l-art tiegħi bejniethom.  3  Huma jitfgħu x-xorti għall-poplu tiegħi;Huma kienu jpartu tifel maʼ prostitutaU jbigħu tifla biex jixorbu l-inbid.  4  Għala qed tagħmlu hekk, x’għandkom kontrija,Tir u Sidon, u r-reġjuni kollha tal-Filistja? Qegħdin tpattuhieli għal xi ħaġa? Jekk qed tagħmlu hekk,Malajr u b’ħeffa, jien se npattihielkom bl-istess mod.  5  Dan minħabba li intom ħadtu l-fidda u d-deheb tiegħi,U ħadtu fit-tempji tagħkom l-iktar teżori sbieħ li kelli;  6  U lin-nies taʼ Ġuda u Ġerusalemm begħtuhom lill-Griegi,Biex titfgħuhom ’il bogħod mit-territorju tagħhom;  7  Jien se nagħmel ċert li n-nies tiegħi jitilqu mill-post fejn kienu mibjugħin,U se npattihielkom bl-istess mod.  8  Jien se nagħti* t-tfal subien u bniet tagħkom f’idejn il-poplu taʼ Ġuda,U huma se jagħtuhom* lin-nies taʼ Xeba, lil poplu ’l bogħod;Għax jien stess, Ġeħova, qed ngħid dan.  9  Għidu dan fost il-popli: ‘Ippreparaw għall-gwerra! Għidu lill-irġiel b’saħħithom biex jinġabru! Ħa jmorru s-suldati kollha u jattakkaw! 10  Biddlu s-sikek tal-moħriet tagħkom fi xwabel, u l-imqassijiet taż-żabra tagħkom f’lanez. Dak li hu dgħajjef ħa jgħid: “Jien b’saħħti.” 11  Intom il-popli kollha tal-madwar, ejjew u għinu! Inġabru flimkien!’” Ġeħova, f’dak il-post ġib l-irġiel b’saħħithom* tiegħek. 12  “Il-popli ħa jiġu mġiegħla jitilqu u jitilgħu lejn il-Wied* taʼ Ġeħosafat,Għax hemm se npoġġi biex niġġudika lill-popli tal-madwar kollha. 13  Aqbdu l-minġel, għax żmien il-ħsad wasal. Inżlu, għax il-post fejn jintgħasar l-għeneb hu mimli. It-tramunġani qed ifuru, għax il-popli qed jagħmlu ħafna ħażen. 14  Hemm folol taʼ nies fil-wied* tal-ġudizzju,Għax il-jum li jien, Ġeħova, se niġġudika lin-nies fil-wied, hu qrib. 15  Ix-xemx u l-qamar se jiddallmu,U l-istilel mhux se jibqgħu jiddu. 16  U jien, Ġeħova, se ngħajjat bħal iljun minn Sijon,U minn Ġerusalemm se nsemmaʼ leħni. U s-sema u l-art se jitriegħdu;Imma jien, Ġeħova, se nkun post taʼ protezzjoni għall-poplu tiegħi,U fortizza għan-nies t’Iżrael. 17  U intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova l-Alla tagħkom. Jien ngħix f’Sijon, il-muntanja qaddisa tiegħi. Ġerusalemm se ssir post qaddis,U l-barranin* mhux se jgħaddu iktar minn hemm. 18  “Dakinhar, il-muntanji se jqattru nbid ħelu,L-għoljiet se jkunu mimlijin bil-ħalib,U x-xmajjar kollha taʼ Ġuda se jimtlew bl-ilma. Mid-dar taʼ Ġeħova se toħroġ għajn tal-ilma,U din se ssaqqi l-Wied tas-Siġar tal-Akaċja. 19  Imma l-Eġittu se jsir art abbandunata,U Edom se jsir deżert abbandunat,Minħabba l-vjolenza li saret fuq in-nies taʼ Ġuda,Fil-pajjiż fejn huma xerrdu d-demm taʼ nies innoċenti. 20  Imma f’Ġuda dejjem se jgħixu n-nies,U f’Ġerusalemm se jkun hemm ġenerazzjoni wara oħra. 21  U jien se nqishom innoċenti,* għalkemm ma kontx inqishom innoċenti;U jien, Ġeħova, se ngħix f’Sijon.”

Noti taʼ taħt

^ Jew “fil-Pjanura l-Baxxa.”
^ Ifisser “Ġeħova Hu Mħallef.”
^ Letteralment “inbigħ.”
^ Letteralment “ibigħuhom.”
^ Jew “il-gwerriera.”
^ Jew “il-Pjanura l-Baxxa.”
^ Jew “fil-pjanura l-baxxa.”
^ Jew “l-istranġieri.”
^ Letteralment “se nqis id-demm tagħhom innoċenti.”