TRADUZZJONI TAD-DINJA L-ĠDIDA TA’ L-ISKRITTURA MQADDSA

Eżekjel—Punti mill-Ktieb

Malti
Eżekjel—Punti mill-Ktieb
https://cms-imgp.jw-cdn.org/img/p/1001061100/univ/wpub/1001061100_univ_sqr_xl.jpg
nwt Eżekjel

Il-Ktieb t’Eżekjel

Kapitli

Punti mill-Ktieb

  • 1

    • Eżekjel f’Babilonja jara viżjonijiet mingħand Alla (1-3)

    • Viżjoni tal-karru tas-sema taʼ Ġeħova (4-28)

      • Maltempata, sħaba, u nar (4)

      • Erbaʼ ħlejjaq ħajjin (5-14)

      • Erbaʼ roti (15-21)

      • Qisu ħġieġa tleqq bħas-silġ (22-24)

      • It-tron taʼ Ġeħova (25-28)

  • 2

    • Eżekjel jiġi inkarigat bħala profeta (1-10)

      • ‘Sew jekk jisimgħu u sew jekk le’ (5)

      • Jintwera skroll b’għanjiet taʼ swied il-qalb (9, 10)

  • 3

    • Eżekjel kiel l-iskroll li tah Alla (1-15)

    • Eżekjel jaqdi bħala għassies (16-27)

      • It-traskuraġni twassal għall-ħtija tad-demm (18-21)

  • 4

    • Juri li Ġerusalemm se tiġi assedjata (1-17)

      • Ġarr il-ħtija għal 390 jum u 40 jum (4-7)

  • 5

    • Juri li Ġerusalemm se taqaʼ (1-17)

      • Il-profeta jqaxxar xagħru u jqassmu fi tliet porzjonijiet (1-4)

      • Ġerusalemm agħar mill-popli l-oħra (7-9)

      • Tliet kastigi għal dawk li rribellaw (12)

  • 6

    • Kontra l-muntanji t’Iżrael (1-14)

      • L-idoli moqżieża se jiġu umiljati (4-6)

      • “Se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova” (7)

  • 7

    • Wasal it-tmiem (1-27)

      • Diżastru li qatt ma kien hawn bħalu (5)

      • Jarmu l-flus fit-toroq (19)

      • It-tempju se jiġi ddiżonorat (22)

  • 8

    • Eżekjel jittieħed Ġerusalemm f’viżjoni (1-4)

    • Jara affarijiet moqżieża fit-tempju (5-18)

      • Nisa jibku lil Tammuż (14)

      • Irġiel iqimu x-xemx (16)

  • 9

    • Sitt irġiel ġew inkarigati biex joqtlu u raġel b’kaxxa tas-segretarju (1-11)

      • Il-ġudizzju jibda mis-santwarju (6)

  • 10

    • Jittieħed nar minn bejn ir-roti (1-8)

    • Jiġu deskritti l-kerubini u r-roti (9-17)

    • Il-glorja t’Alla titlaq mit-tempju (18-22)

  • 11

    • Jiġu kkundannati l-mexxejja mill-agħar (1-13)

      • Il-belt tiġi mqabbla maʼ borma (3-12)

    • Iwegħedhom li se jmorru lura f’arthom (14-21)

      • Ibiddel “il-mod kif jaħsbu” (19)

    • Il-glorja t’Alla titlaq minn Ġerusalemm (22, 23)

    • Eżekjel imur lura l-Kaldija f’viżjoni (24, 25)

  • 12

    • Jiġi mbassar l-eżilju b’azzjonijiet simboliċi (1-20)

      • Jipprepara l-ħwejjeġ għall-eżilju (1-7)

      • Il-kap se jitlaq fid-dlam (8-16)

      • Jieklu l-ħobż bl-ansjetà u jixorbu l-ilma bil-biżaʼ (17-20)

    • Proverbju qarrieq jagħti prova li hu falz (21-28)

      • “Xejn minn dak li ngħid mhu se jdum” (28)

  • 13

    • Kontra l-profeti foloz (1-16)

      • Il-ħitan imbajda se jaqgħu (10-12)

    • Kontra l-profeti nisa foloz (17-23)

  • 14

    • Jiġu kkundannati dawk li jagħmlu l-idolatrija (1-11)

    • Ġerusalemm ma tistax taħrab mill-kastig (12-23)

      • Noè, Danjel, u Ġob huma rġiel ġusti (14, 20)

  • 15

    • Ġerusalemm hi dielja li ma tiswa għal xejn (1-8)

  • 16

    • Alla jħobb lil Ġerusalemm (1-63)

      • Tinstab bħala tarbija abbandunata (1-7)

      • Alla jżejjinha u jagħmel patt taʼ żwieġ magħha (8-14)

      • Hi ma tibqax leali (15-34)

      • Tiġi kkastigata bħala mara adultera (35-43)

      • Tiġi mqabbla mas-Samarija u maʼ Sodoma (44-58)

      • Alla jiftakar fil-patt li għamel (59-63)

  • 17

    • Il-ħaġa moħġaġa dwar iż-żewġ ajkli u d-dielja (1-21)

    • Fergħa rqiqa se ssir siġra taċ-ċedri mill-isbaħ (22-24)

  • 18

    • Kull wieħed hu responsabbli għad-dnubiet tiegħu stess (1-32)

      • Ir-ruħ li tidneb tmut (4)

      • L-iben ma jħallasx għad-dnub taʼ missieru (19, 20)

      • Alla ma jiħux pjaċir bil-mewt taʼ xi ħadd ħażin (23)

      • Min jiddispjaċih mill-ħażen li jagħmel jibqaʼ jgħix (27, 28)

  • 19

    • Għanja taʼ swied il-qalb għall-kapijiet t’Iżrael (1-14)

  • 20

    • L-istorja taʼ kemm irribellaw l-Iżraelin (1-32)

    • L-Iżraelin jiġu mwiegħda li se jmorru lura f’arthom (33-44)

    • Profezija kontra n-Nofsinhar (45-49)

  • 21

    • Alla joħroġ ix-xabla taʼ ġudizzju minn postha (1-17)

    • Ir-re taʼ Babilonja se jattakka lil Ġerusalemm (18-24)

    • Se jitneħħa l-kap mill-agħar t’Iżrael (25-27)

      • “Inżaʼ l-kuruna” (26)

      • “Sakemm jiġi l-wieħed li jkollu d-dritt legali għaliha” (27)

    • Xabla kontra l-Għammonin (28-32)

  • 22

    • Ġerusalemm hi belt ħatja taʼ qtil (1-16)

    • Iżrael hu bħall-ħmieġ tal-metall li ma jiswa għal xejn (17-22)

    • Il-mexxejja u l-poplu t’Iżrael jiġu kkundannati (23-31)

  • 23

    • Żewġ aħwa nisa li mhumiex leali (1-49)

      • Oħola mal-Assirja (5-10)

      • Oħoliba maʼ Babilonja u l-Eġittu (11-35)

      • Iż-żewġ aħwa nisa jiġu kkastigati (36-49)

  • 24

    • Ġerusalemm imqabbla maʼ borma msadda (1-14)

    • Il-mewt tal-mara t’​Eżekjel: sinjal profetiku (15-27)

  • 25

    • Profezija kontra Għammon (1-7)

    • Profezija kontra Mowab (8-11)

    • Profezija kontra Edom (12-14)

    • Profezija kontra l-Filistja (15-17)

  • 26

    • Profezija kontra Tir (1-21)

      • “Post fejn inixxfu x-xbieki” (5, 14)

      • Se jitfgħu l-ġebel u l-ħamrija fil-baħar (12)

  • 27

    • Għanja taʼ swied il-qalb dwar il-vapur taʼ Tir li qed jegħreq (1-36)

  • 28

    • Profezija kontra r-re taʼ Tir (1-10)

      • “Jien alla” (2, 9)

    • Għanja taʼ swied il-qalb dwar ir-re taʼ Tir (11-19)

      • “Int kont fl-Għeden” (13)

      • “Il-kerubin magħżul li għandu ġwinħajh miftuħin” (14)

      • “Bdejt tagħmel affarijiet inġusti” (15)

    • Profezija kontra Sidon (20-24)

    • L-Iżraelin se jmorru lura f’arthom (25, 26)

  • 29

    • Profezija kontra l-Fargħun (1-16)

    • L-Eġittu se jingħata lil Babilonja bħala premju (17-21)

  • 30

    • Profezija kontra l-Eġittu (1-19)

      • Jiġi mbassar l-attakk taʼ Nebukadnessar (10)

    • Il-Fargħun jitlef il-qawwa tiegħu (20-26)

  • 31

    • Il-waqgħa tal-Eġittu; l-Eġittu hu bħal siġra taċ-ċedri għolja ħafna (1-18)

  • 32

    • Għanja taʼ swied il-qalb dwar il-Fargħun u l-Eġittu (1-16)

    • L-Eġittu se jiġi midfun maʼ dawk mhux ċirkonċiżi (17-32)

  • 33

    • Ir-responsabbiltajiet t’għassies (1-20)

    • L-aħbar li Ġerusalemm waqgħet (21, 22)

    • Messaġġ lin-nies li jgħixu fil-postijiet imħarbtin t’Iżrael (23-29)

    • In-nies jinjoraw il-messaġġ (30-33)

      • Eżekjel “bħal għanja taʼ mħabba romantika” (32)

      • “Kien hemm profeta f’nofshom” (33)

  • 34

    • Profezija kontra r-ragħajja t’Iżrael (1-10)

    • Ġeħova jieħu ħsieb in-nagħaġ tiegħu (11-31)

      • “Il-qaddej tiegħi David” se jirgħahom (23)

      • “Patt taʼ paċi” (25)

  • 35

    • Profezija kontra l-muntanji tas-Segħir (1-15)

  • 36

    • Profezija kontra l-muntanji t’Iżrael (1-15)

    • L-Iżraelin se jmorru lura f’arthom (16-38)

      • “Se nqaddes ismi l-kbir” (23)

      • “Bħall-ġnien tal-Għeden” (35)

  • 37

    • Viżjoni tal-wied tal-għadam niexef (1-14)

    • Żewġ bsaten se jingħaqdu flimkien (15-28)

      • Poplu wieħed taħt re wieħed (22)

      • Patt taʼ paċi li se jibqaʼ għal dejjem (26)

  • 38

    • L-attakk taʼ Gog kontra Iżrael (1-16)

    • Ġeħova jirrabja maʼ Gog (17-23)

      • ‘Il-popli se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova’ (23)

  • 39

    • Il-qerda taʼ Gog u s-suldati tiegħu (1-10)

    • Gog se jindifen fil-Wied taʼ Ħamon Gog (11-20)

    • L-Iżraelin se jmorru lura f’arthom (21-29)

      • Ġeħova jitfaʼ l-ispirtu qaddis tiegħu fuq il-poplu t’Iżrael (29)

  • 40

    • F’viżjoni, Eżekjel ittieħed f’Iżrael (1, 2)

    • Eżekjel jara tempju f’viżjoni (3, 4)

    • Il-btieħi u l-bibien (5-47)

      • Il-bieb taʼ barra fuq in-naħa tal-Lvant (6-16)

      • Il-bitħa taʼ barra; bibien oħra (17-26)

      • Il-bitħa taʼ ġewwa u l-bibien (27-37)

      • Kmamar għas-servizz tat-tempju (38-46)

      • L-artal (47)

    • L-intrata tat-tempju (48, 49)

  • 41

    • Il-Qaddis tat-tempju (1-4)

    • Il-ħajt u l-kmamar tal-ġenb (5-11)

    • Il-binja tal-Punent (12)

    • Il-bini jiġi mkejjel (13-15a)

    • Dak li hemm fit-tempju (15b-26)

  • 42

    • Blokok tal-kmamar tal-ikel (1-14)

    • L-erbaʼ naħat tat-tempju jiġu mkejlin (15-20)

  • 43

    • Il-glorja taʼ Ġeħova timla t-tempju (1-12)

    • L-artal (13-27)

  • 44

    • Il-bieb tal-Lvant għandu jibqaʼ magħluq (1-3)

    • Regoli dwar il-barranin (4-9)

    • Regoli għal-Leviti u l-qassisin (10-31)

  • 45

    • Il-kontribuzzjoni qaddisa u l-belt (1-6)

    • L-art li se tingħata lill-kap (7, 8)

    • Il-kapijiet għandhom ikunu onesti (9-12)

    • Il-kontribuzzjonijiet tan-nies u l-kap (13-25)

  • 46

    • Offerti f’okkażjonijiet speċifiċi (1-15)

    • Il-wirt tal-propjetà tal-kap (16-18)

    • Il-postijiet fejn jgħallu l-offerti (19-24)

  • 47

    • Ix-xmara li ħierġa mit-tempju (1-12)

      • L-ilma jsir iktar fond bil-mod (2-5)

      • L-ilma tal-Baħar il-Mejjet jiġi mfejjaq (8-10)

      • Il-postijiet bl-ilma qiegħed ma jiġux imfejqin (11)

      • Siġar għall-ikel u biex ifejqu n-nies (12)

    • Il-fruntieri tal-pajjiż (13-23)

  • 48

    • Kif tqassam il-pajjiż (1-29)

    • It-12-il bieb tal-belt (30-35)

      • Belt li ssemmiet “Ġeħova Qiegħed Hemm” (35)