Neħemija 7:1-73

  • Il-bibien tal-belt u l-għassiesa tal-bibien (1-4)

  • Lista taʼ dawk li ġew lura mill-jasar (5-69)

    • Il-qaddejja tat-tempju (46-56)

    • Il-familja tal-qaddejja taʼ Salamun (57-60)

  • Kontribuzzjonijiet għax-xogħol (70-73)

7  Malli s-sur kien inbena mill-ġdid, jien waħħalt il-bibien. Imbagħad qegħedt l-għassiesa tal-bibien, il-kantanti, u l-Leviti fuq xogħolhom. 2  Wara inkarigajt lil ħija Ħanani biex jieħu ħsieb lil Ġerusalemm flimkien maʼ Ħananija, il-kap tal-Fortizza, għax dan kien taʼ min jafdah ħafna u kellu rispett lejn* l-Alla l-veru iktar minn ħafna oħrajn. 3  Jien għedtilhom: “Il-bibien taʼ Ġerusalemm m’għandhomx jinfetħu qabel nofsinhar,* u waqt li l-għassiesa tal-bibien ikunu qegħdin għassa, għandhom jagħlqu l-bibien u jsakkruhom bil-firrolli. Inkarigaw lin-nies taʼ Ġerusalemm bħala għassiesa. Xi wħud minnhom fil-post tal-għassa tagħhom u oħrajn quddiem id-dar tagħhom.” 4  Il-belt kienet spazjuża u kbira, u ma tantx kien hemm nies u djar fiha. 5  Imma l-Alla tiegħi ħeġġiġni biex niġbor lill-mexxejja, lill-uffiċjali, u lin-nies biex jiġu rreġistrati skont il-familji tagħhom. Imbagħad sibt il-ktieb li fih kien hemm irreġistrati l-ewwel nies li ġew lura mill-jasar skont il-familji tagħhom. Fih kien hemm miktub dan li ġej: 6  Dawn kienu n-nies tal-provinċja* li marru lura minn Babilonja wara li r-Re Nebukadnessar kien ħa l-Lhud bħala lsiera f’Babilonja. Dawn marru lura Ġerusalemm u Ġuda, kull wieħed lejn il-belt tiegħu. 7  Huma marru maʼ Żerubbabel, Ġeswa, Neħemija, Għażarija, Ragħmija, Naħamani, Mordekaj, Bilsan, Misferet, Bigwaj, Neħum, u Bagħnah. Dan hu n-numru tal-irġiel Iżraelin li marru lura: 8  mill-familja taʼ Pargħos 2,172; 9  mill-familja taʼ Sefatija 372; 10  mill-familja t’Araħ 652; 11  mill-familja taʼ Paħat-mowab, li kienu jiġu minn Ġeswa u Ġowab, 2,818; 12  mill-familja t’Għelam 1,254; 13  mill-familja taʼ Żattu 845; 14  mill-familja taʼ Żakkaj 760; 15  mill-familja taʼ Binnuwi 648; 16  mill-familja taʼ Bebaj 628; 17  mill-familja t’Għażgad 2,322; 18  mill-familja t’Adonikam 667; 19  mill-familja taʼ Bigwaj 2,067; 20  mill-familja t’Għadin 655; 21  mill-familja t’Ater, li kienu jiġu minn Ħeżekija, 98; 22  mill-familja taʼ Ħasum 328; 23  mill-familja taʼ Bezaj 324; 24  mill-familja taʼ Ħarif 112; 25  mill-familja taʼ Gibegħon 95; 26  mill-irġiel taʼ Betlem u Netofa 188; 27  mill-irġiel t’Għanatot 128; 28  mill-irġiel taʼ Bet-għażmawet 42; 29  mill-irġiel taʼ Kirjat-ġegħarim, Kefira, u Birot 743; 30  mill-irġiel taʼ Rama u Geba 621; 31  mill-irġiel taʼ Mikmas 122; 32  mill-irġiel taʼ Betel u Għaj 123; 33  mill-irġiel taʼ Nebo l-oħra 52; 34  mill-familja t’Għelam l-ieħor 1,254; 35  mill-familja taʼ Ħarim 320; 36  mill-irġiel taʼ Ġeriko 345; 37  mill-irġiel taʼ Lod, Ħadid, u Ono 721; 38  u mill-irġiel taʼ Senagħa 3,930. 39  Il-qassisin: mill-familja taʼ Ġedaja, li kienu minn dar Ġeswa, 973; 40  mill-familja t’Immer 1,052; 41  mill-familja taʼ Pasħur 1,247; 42  u mill-familja taʼ Ħarim 1,017. 43  Il-Leviti: mill-familja taʼ Ġeswa u Kadmijel, li jiġu minn Ħodewa, 74. 44  Il-kantanti: mill-familja t’Asaf 148. 45  L-għassiesa tal-bibien: mill-familja taʼ Sallum, mill-familja t’Ater, mill-familja taʼ Talmon, mill-familja t’Għakkub, mill-familja taʼ Ħatita, u mill-familja taʼ Sobaj 138. 46  Mill-qaddejja tat-tempju* kien hemm il-familja taʼ Siħa, il-familja taʼ Ħasufa, il-familja taʼ Tabbagħot, 47  il-familja taʼ Keros, il-familja taʼ Sigħa, il-familja taʼ Padon, 48  il-familja taʼ Lebana, il-familja taʼ Ħagaba, il-familja taʼ Salmaj, 49  il-familja taʼ Ħanan, il-familja taʼ Giddel, il-familja taʼ Gaħar, 50  il-familja taʼ Regħaja, il-familja taʼ Resin, il-familja taʼ Nekoda, 51  il-familja taʼ Gażżam, il-familja t’Użża, il-familja taʼ Pasegħa, 52  il-familja taʼ Besaj, il-familja taʼ Megħunim, il-familja taʼ Nefusesim, 53  il-familja taʼ Bakbuk, il-familja taʼ Ħakufa, il-familja taʼ Ħarħur, 54  il-familja taʼ Baslit, il-familja taʼ Meħida, il-familja taʼ Ħarsa, 55  il-familja taʼ Barkos, il-familja taʼ Sisera, il-familja taʼ Tamaħ, 56  il-familja taʼ Nesija, u l-familja taʼ Ħatifa. 57  Mill-familja tal-qaddejja taʼ Salamun kien hemm il-familja taʼ Sotaj, il-familja taʼ Soferet, il-familja taʼ Perida, 58  il-familja taʼ Ġagħla, il-familja taʼ Darkon, il-familja taʼ Giddel, 59  il-familja taʼ Sefatija, il-familja taʼ Ħattil, il-familja taʼ Pokeret-ħassebajim, u l-familja t’Amon. 60  Il-qaddejja tat-tempju* u l-familja tal-qaddejja taʼ Salamun kienu 392 b’kollox. 61  Minn Tel-melaħ, Tel-ħarsa, Kerub, Addon, u Immer telgħu wħud li ma setgħux jagħtu prova jekk huma jew dar missirijiethom kinux Iżraelin. Dawn kienu 62  mill-familja taʼ Delaja, mill-familja taʼ Tobija, u mill-familja taʼ Nekoda, 642 b’kollox. 63  U mill-familja tal-qassisin kien hemm il-familja taʼ Ħabaja, il-familja taʼ Ħakkos, u l-familja taʼ Barżillaj, li żżewweġ mara mill-bniet taʼ Barżillaj il-Gilegħadi u beda jissejjaħ b’isem il-familja tagħha. 64  Dawn fittxew isem il-familji tagħhom fir-rekords, imma ma sabuhomx, għalhekk ma baqgħux jikkwalifikaw biex ikunu qassisin.* 65  Il-gvernatur* qalilhom li ma setgħux jieklu mill-affarijiet l-iktar qaddisin sakemm ikun hemm qassis li jara x’jgħid Alla permezz tal-Urim u t-Tummim. 66  B’kollox, fil-kongregazzjoni kien hemm 42,360, 67  minbarra l-ilsiera tagħhom irġiel u nisa li kienu 7,337. Kellhom ukoll 245 kantant, irġiel u nisa. 68  Kellhom 736 żiemel, 245 bagħal, 69  435 ġemel, u 6,720 ħmar. 70  Xi wħud mill-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier taw kontribuzzjoni għax-xogħol. Biex jappoġġa x-xogħol, il-gvernatur* ta 1,000 drakma* tad-deheb, 50 skutella, u 530 libsa twila għall-qassisin. 71  U xi wħud mill-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier appoġġaw ix-xogħol billi taw 20,000 drakma tad-deheb u 2,200 mina* tal-fidda. 72  U l-bqija tan-nies taw 20,000 drakma tad-deheb, 2,000 mina tal-fidda, u 67 libsa twila għall-qassisin. 73  U l-qassisin, il-Leviti, l-għassiesa tal-bibien, il-kantanti, il-qaddejja tat-tempju,* u l-bqija tal-poplu ssetiljaw fil-bliet tagħhom. B’hekk, sas-sebaʼ xahar, l-Iżraelin kollha ssetiljaw fil-bliet tagħhom.

Noti taʼ taħt

^ Letteralment “kien jibżaʼ minn.”
^ Letteralment “sakemm tisħon ix-xemx.”
^ Tistaʼ tirreferi għall-art taʼ Babilonja jew taʼ Ġuda.
^ Jew “Min-Netinin.” Letteralment “Minn dawk li ngħataw,” jiġifieri biex jaqdu lil Alla.
^ Jew “In-Netinin.” Letteralment “Dawk li ngħataw,” jiġifieri biex jaqdu lil Alla.
^ Jew “ma tħallewx ikunu qassisin għax ma kinux nodfa.”
^ Jew “It-Tirsata,” titlu Persjan għal gvernatur taʼ provinċja.
^ Jew “it-Tirsata,” titlu Persjan għal gvernatur taʼ provinċja.
^ Ġeneralment kienet titqies daqs id-darik Persjan tad-deheb li kien jiżen 8.4 grammi. Din mhix id-drakma tal-Iskrittura Griega. Ara App. B14.
^ Fl-Iskrittura Ebrajka mina kienet daqs 570 gramma. Ara App. B14.
^ Jew “in-Netinin.” Letteralment “dawk li ngħataw,” jiġifieri biex jaqdu lil Alla.