Ġożwè 12:1-24

  • Rejiet li ġew megħlubin fil-Lvant tal-Ġordan (1-6)

  • Rejiet li ġew megħlubin fil-Punent tal-Ġordan (7-24)

12  Issa dawn huma r-rejiet tal-art li l-Iżraelin rebħu u ħadulhom l-art li qiegħda fuq in-naħa tal-Lvant tal-Ġordan, mill-Wied tal-Arnon sal-Muntanja Ħermon u n-naħa kollha tal-Lvant tal-Għaraba: 2  Ir-Re Siħon tal-Amurrin li kien jgħix f’Ħesbon. Hu kien imexxi l-belt t’Għarogħer, li kienet max-xifer tal-Wied tal-Arnon. L-art kollha minn nofs il-Wied tal-Arnon sal-Wied tal-Ġabbok kienet tiegħu. Hu mexxa fuq nofs Gilegħad. Il-Wied tal-Ġabbok kien ukoll il-fruntiera tal-Għammonin. 3  Hu mexxa wkoll fuq l-Għaraba sal-Baħar taʼ Kinneret* lejn il-Lvant u sal-Baħar tal-Għaraba, il-Baħar il-Mielaħ,* lejn il-Lvant fid-direzzjoni taʼ Bet-ġesimot, u lejn in-Nofsinhar fin-naħa t’isfel tal-Pisga. 4  Re ieħor li ħadulu t-territorju kien ir-Re Għog tal-Basan. Hu kien wieħed minn dawk li kien għad fadal mir-Refajin u li għex f’Għastarot u Edrej. 5  Hu mexxa fuq il-Muntanja Ħermon, f’Saleka, u fil-Basan kollu, sal-fruntiera tal-Gesurin u l-Magħkatin, u fuq nofs Gilegħad, sat-territorju tar-Re Siħon taʼ Ħesbon. 6  Mosè l-qaddej taʼ Ġeħova u l-Iżraelin għelbuhom, u mbagħad Mosè l-qaddej taʼ Ġeħova ta l-art tagħhom bħala wirt lir-Rubenin, lill-Gadin, u lil nofs it-tribù taʼ Manasse. 7  Kien hemm ħafna rejiet li Ġożwè u l-Iżraelin rebħu fuq in-naħa tal-Punent tal-Ġordan, minn Bagħal-gad fil-Wied tal-Libanu sal-Muntanja Ħalak, li qiegħda viċin is-Segħir. Wara dan, Ġożwè ta l-art tagħhom lit-tribujiet t’Iżrael skont sehemhom, 8  fir-reġjun muntanjuż, fis-Sefela, fl-Għaraba, fuq it-tlajjaʼ, fid-deżert, u fin-Negeb. Dawn kienu t-territorji tal-Ħittin, l-Amurrin, il-Kangħanin, il-Pereżin, il-Ħiwwin, u l-Ġebusin. U dawn kienu r-rejiet:  9  Ir-re taʼ Ġeriko, ir-re t’Għaj li kienet ħdejn Betel, 10  ir-re taʼ Ġerusalemm, ir-re taʼ Ħebron, 11  ir-re taʼ Ġarmut, ir-re taʼ Lakis, 12  ir-re t’Għeglon, ir-re taʼ Geżer, 13  ir-re taʼ Debir, ir-re taʼ Geder, 14  ir-re taʼ Ħorma, ir-re t’Għarad, 15  ir-re taʼ Libna, ir-re t’Għadullam, 16  ir-re taʼ Makkeda, ir-re taʼ Betel, 17  ir-re taʼ Taffugħa, ir-re taʼ Ħefer, 18  ir-re ta’ Afek, ir-re taʼ Lassaron, 19  ir-re taʼ Madon, ir-re taʼ Ħasor, 20  ir-re taʼ Simron-meron, ir-re t’Aksaf, 21  ir-re taʼ Tagħnak, ir-re taʼ Megiddo, 22  ir-re taʼ Kedes, ir-re taʼ Ġoknegħam fil-Karmel, 23  ir-re taʼ Dor fuq l-għoljiet taʼ Dor, ir-re taʼ Gojjim f’Gilgal, 24  u r-re taʼ Tirsa. B’kollox 31 re.

Noti taʼ taħt

Jiġifieri l-Għadira taʼ Ġennesaret, jew il-Baħar tal-Galilija.
Jiġifieri l-Baħar il-Mejjet.