It-Tieni Ittra taʼ Ġwanni 1:1-13

  • Introduzzjoni tal-ittra (1-3)

  • Ibqgħu għixu fi qbil mal-verità (4-6)

  • Oqogħdu attenti minn dawk li jqarrqu (7-11)

  • Jittama li jmur jarahom; iselli għalihom (12, 13)

1  Jien għandi ż-żmien* u qed nikteb lilek, is-sinjura magħżula,* u lit-tfal tiegħek, li jien vera nħobb. Mhux jien biss inħobbkom, imma anki dawk kollha li saru jafu bil-verità, 2  għax il-verità hi f’qalbna u se tibqaʼ hemm għal dejjem. 3  L-Alla l-Missier u Ibnu Ġesù Kristu juruna qalb tajba kbira, ħniena, u jgħinuna nkunu fil-paċi. Ukoll, huma jħobbuna u jgħallmuna l-verità. 4  Jien tgħidx kemm fraħt meta sirt naf li għandek xi tfal qed jgħixu fi qbil mal-verità, bħalma kkmandana Missierna. 5  Sinjura, għalhekk qed niktiblek, ħalli nitolbok biex inħobbu lil xulxin. Dan mhux kmandament ġdid, imma wieħed li ilna nafu bih mill-bidu. 6  L-imħabba tinvolvi li nobdu l-kmandamenti tiegħu. Dan hu l-kmandament li smajtu mill-bidu: Komplu ħobbu lil xulxin. 7  Ibqgħu uru l-imħabba, għax hawn ħafna li jqarrqu fid-dinja. Dawn ma jaċċettawx li Ġesù Kristu ġie fuq l-art bħala bniedem. Min jagħmel hekk hu l-qarrieq u l-antikrist. 8  Oqogħdu attenti li ma titilfux dak kollu li ħdimna għalih, ħalli tirċievu l-barkiet kollha li Alla pprepara għalikom. 9  Min ma jimxix mat-tagħlim tal-Kristu u jgħallem xi ħaġa oħra, mhux qaddej t’Alla. Imma min ikompli jimxi mat-tagħlim tal-Kristu, hu qaddej tal-Missier u dixxiplu tal-Iben. 10  Jekk xi ħadd jiġi għandkom u ma jgħallimx skont dak li għallem Kristu, taċċettawhx f’darkom u ssellmulux. 11  Għax min isellimlu jkun qed jappoġġa l-affarijiet ħżiena li qed jagħmel. 12  Għalkemm għandi ħafna affarijiet x’ngħidilkom, ma nixtieqx noqgħod nikteb dwar dan, imma nittama li niġi għandkom u nkellimkom wiċċ imb wiċċ, biex b’hekk tkunu ferħanin ħafna. 13  It-tfal t’oħtok il-magħżula jsellu għalik.

Noti taʼ taħt

^ Jew “anzjan.”
^ “Is-sinjura magħżula” tistaʼ tirreferi għal mara jew għal kongregazzjoni Kristjana fl-ewwel seklu.