Proverbji 7:1-27
7 Ibni, ħares kliemi,+ u jalla taħżen ġo fik bħal teżor il-kmandamenti tiegħi.+
2 Ħares il-kmandamenti tiegħi u tibqaʼ tgħix,+ u ħares il-liġi tiegħi daqs il-mimmi+ t’għajnejk.
3 Orbothom maʼ subgħajk,+ u onqoxhom fuq it-tavla taʼ qalbek.+
4 Għid lill-għerf:+ “Int oħti”; u jalla ssejjaħ lill-abbiltà li tifhem “Qariba,”
5 biex iħarsuk mill-mara stranġiera,+ mill-barranija li tmelles bi kliemha.+
6 Għax mit-tieqa taʼ dari, mit-tieqa bil-grada*+ ħarist ’l isfel,
7 sabiex inkun nistaʼ nittawwal lejn dawk bla esperjenza.+ Ridt nosserva fost l-ulied żagħżugħ b’qalb belha,*+
8 għaddej fit-triq minn ħdejn il-kantuniera tagħha, u sejjer dritt lejn darha,+
9 fl-għabex, fil-għaxija,+ hekk kif kienu resqin il-lejl u d-dlam.
10 U, ara! Kien hemm mara tistenna biex tiltaqaʼ miegħu, liebsa taʼ prostituta,+ u qalbha mimlija makakkerija.
11 Hi storbjuża u rasha iebsa.+ Saqajha m’għandhomx sabar id-dar.+
12 Daqqa tkun barra, daqqa fil-pjazez,+ u toqgħod tistenna ħdejn kull kantuniera.+
13 U qabditu u tatu bewsa.+ B’wiċċ tost tibda tgħidlu:
14 “Kelli l-obbligu li noffri sagrifiċċji taʼ sħubija.*+ Illum raddejt il-wegħdi tiegħi.+
15 Għalhekk ħriġt niltaqaʼ miegħek, biex infittex wiċċek, sabiex insibek.
16 Żejjint soddti b’għata sabiħ, b’affarijiet taʼ ħafna lwien, għażel taʼ l-Eġittu.+
17 Fuq il-friex raxxaxt il-mirra, is-sabbara u l-kannella.+
18 Ejja, ħa niskru bl-imħabba sa fil-għodu; ejja nieħdu gost b’xulxin b’espressjonijiet taʼ mħabba.+
19 Għax ir-raġel m’huwiex id-dar; mar fuq vjaġġ ’il bogħod.+
20 Ħa f’idu borża flus, u ġej lura d-dar meta l-qamar ikun kwinta.”
21 Bil-persważjoni kbira li użat ġegħlitu jitqarraq.+ Bit-tmellis taʼ xofftejha twaqqgħu.+
22 F’daqqa waħda jmur warajha,+ bħal barri li sejjer għall-qatla, u bħal iblah marbut biex jiġi dixxiplinat,
23 sakemm vleġġa tiftaħlu fwiedu,+ bħal għasfur li jgħaġġel għal ġol-mansab,+ u ma kienx jaf li hemm ħajtu* involuta.+
24 U issa, O wliedi, isimgħu minni u agħtu widen għal kliem fommi.+
25 Jalla qalbek ma ddurx lejn triqatha. Tiżvijax għal ġo mogħdijietha.+
26 Għax ħafna huma li waqgħu mejtin minħabba fiha,+ u dawk kollha li jinqatlu minnha huma bosta.+
27 Triqat għall-Qabar* hi darha;+ neżlin lejn il-kmamar mudlama tal-mewt.+
Noti taʼ taħt
^ Jew, “sagrifiċċji taʼ sliem.” Sagrifiċċji li fihom il-qassis, l-aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.
^ Letteralment, “ruħu.”
^ Bl-Ebrajk, “Xeol.”

