Proverbji 14:1-35

14  Il-mara tassew għarfa bniet darha,+ imma l-​belha ġġarrafha b’idejha stess.+ 2  Min jimxi b’mod rett jibżaʼ minn Ġeħova,+ imma min jgħawweġ triqatu għandu stmerrija Lejh.+ 3  Il-ħatar tas-​suppervja qiegħed f’fomm l-​iblah,+ imma xofftejn l-​għorrief jgħassuhom.+ 4  Fejn m’hemmx baqar il-​maxtura nadifa, imma l-​wiċċ tar-​rabaʼ hu kotran minħabba l-​qawwa taʼ barri. 5  Xhud taʼ min jafdah ma jigdibx,+ imma xhud falz jaqlaʼ biss gideb.+ 6  Dak li jwaqqaʼ kollox għaċ-​ċajt ipprova jsib l-​għerf, u ma sab xejn; imma l-​għarfien hu xi ħaġa faċli għal min għandu l-​abbiltà li jifhem.+ 7  Itlaq minn quddiem bniedem stupidu,+ għax inkella żgur li m’intix se tagħti kas xofftejn l-​għarfien.+ 8  L-għerf taʼ min hu prudenti huwa li jifhem triqtu,+ imma l-​bluha taʼ l-​istupidi hija qerq.+ 9  Dawk li jiddieħqu bil-​ħtija huma boloh,+ imma fost ir-​retti hemm il-​ftehim.+ 10  Il-qalb taf bl-​imrar tagħha stess,*+ u fil-​ferħ tagħha l-​ebda stranġier ma jindaħal. 11  Dar in-​nies mill-​agħar se tinqered,+ imma t-​tinda tar-​retti se tiffjorixxi.+ 12  Hemm triq li tidher retta għal bniedem,+ imma mbagħad tmiemha hu l-​mewt.+ 13  Anki fid-​daħq il-​qalb tistaʼ tkun muġugħa;+ u l-​ferħ jispiċċa fi swied taʼ qalb.+ 14  Min hu bla fidi f’qalbu se jkun sodisfatt bir-​riżultati taʼ triqatu,+ imma l-​bniedem tajjeb sodisfatt bir-​riżultati taʼ l-​għemejjel tiegħu.+ 15  Kulmin hu bla esperjenza jafda f’kull kelma li jismaʼ,+ imma min hu prudenti jqis il-​passi tiegħu.+ 16  L-għaref jibżaʼ u jwarrab mill-​ħażen,+ imma l-​istupidu jirrabja u jafda fih innifsu.+ 17  Bluha se jagħmel min jirrabja malajr;+ imma l-​bniedem li juża l-​abbiltà li jaħseb hu mibgħud.+ 18  Dawk taʼ bla esperjenza jiksbu l-​bluha,+ imma dawk li huma prudenti se jkollhom l-​għarfien bħal għata fuq rashom.+ 19  Il-ħżiena se jkollhom imilu quddiem it-​tajbin,+ u n-​nies mill-​agħar imilu wara bieb il-​ġust. 20  Wieħed taʼ ftit mezzi jiġi mibgħud minn sieħbu stess,+ imma ħafna huma l-​ħbieb taʼ l-​għani.+ 21  Min jistmerr lil sieħbu qed jidneb,+ imma hieni hu min iħenn għal min isofri.+ 22  Dawk li jfasslu l-​ħsara mhux jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn se jispiċċaw?+ Imma għal dawk li jfasslu t-​tajjeb hemm qalb tajba bl-​imħabba u verità.+ 23  F’kull tip taʼ taħbit hemm vantaġġ,+ imma l-​kelma tax-​xofftejn waħedha ġġib l-​għaks. 24  Il-kuruna taʼ l-​għorrief hi r-​rikkezzi tagħhom; il-​bluha taʼ l-​istupidi hi bluha.+ 25  Xhud veru qed jeħles il-​ħajjiet,+ imma wieħed qarrieq jaqlaʼ biss gideb.+ 26  Min jibżaʼ minn Ġeħova għandu fiduċja qawwija fih,+ u għal uliedu se jkun hemm refuġju.+ 27  Il-biżaʼ taʼ Ġeħova huwa bir tal-​ħajja,+ biex ibiegħed min-​nases tal-​mewt.+ 28  Fejn hemm kotra taʼ nies hemm it-​tiżjin taʼ sultan,+ imma fejn hemm nuqqas taʼ popolazzjoni hemm ir-​rovina t’uffiċjal għoli.+ 29  Min idum biex jirrabja għandu ħafna dixxerniment,+ imma min hu bla paċenzja qed jeżalta l-​bluha.+ 30  Qalb kalma hija l-​ħajja tal-​ġisem,+ imma l-​għira therri l-​għadam.+ 31  Min qed jimbrolja lill-​batut imaqdar lil Dak li għamlu,+ imma min iħenn għall-​foqra qed jigglorifikah.+ 32  Minħabba l-​ħażen tiegħu l-​bniedem mill-​agħar se jiġi mgħaddas ’l isfel,+ imma l-​ġust se jsib refuġju fl-​integrità tiegħu.+ 33  L-għerf joqgħod f’qalb min għandu l-​abbiltà li jifhem,+ u fost l-​istupidi jsir magħruf. 34  Is-sewwa jgħolli ġens,+ imma d-​dnub hu għajb għall-​popli.+ 35  Sultan jieħu pjaċir b’qaddej li qed jaġixxi bid-​dehen,+ imma qilltu tkun għal dak li l-​imġiba tiegħu hi taʼ mistħija.+

Noti taʼ taħt

^ Letteralment, “bl-​imrar taʼ ruħ dak li jkun.”