Proverbji 2:1-22

2  Ibni, jekk tilqaʼ kliemi+ u taħżen ġo fik bħal teżor il-​kmandamenti tiegħi,+ 2  jekk tagħti widen għall-​għerf,+ u tmejjel qalbek għad-​dixxerniment;+ 3  iktar minn hekk, jekk issejjaħ biex ikollok l-​abbiltà li tifhem+ u tgħajjat lid-​dixxerniment,+ 4  jekk tibqaʼ tfittex għalih bħal fidda,+ u tibqaʼ tħaffer għalih bħal teżori moħbijin,+ 5  f’dak il-​każ tifhem il-​biżaʼ+ taʼ Ġeħova, u ssib l-​għarfien t’Alla.+ 6  Għax Ġeħova jagħti l-​għerf;+ minn fommu joħorġu l-​għarfien u d-​dixxerniment.+ 7  U hu jaħżen l-​għaqal*+ għar-​retti; huwa tarka għal dawk li jimxu bl-​integrità,+ 8  billi jħares il-​mogħdijiet tal-​ġudizzju,+ u jgħasses it-​triq tal-​leali tiegħu.+ 9  Imbagħad tifhem is-​sewwa u l-​ġustizzja u dak li hu rett, kulma għandek tagħmel biex timxi tajjeb.+ 10  Meta l-​għerf jidħol f’qalbek+ u ruħek tibda tieħu pjaċir bl-​għarfien,+ 11  l-abbiltà li taħseb tibqaʼ tgħasses fuqek,+ u d-​dixxerniment iħarsek,+ 12  sabiex jeħilsuk mit-​triq il-​ħażina,+ mill-​bniedem li jgħid affarijiet imħassrin,+ 13  minn dawk li jħallu l-​mogħdijiet retti biex jimxu f’toroq mudlama,+ 14  minn dawk li qed jieħdu gost jagħmlu l-​ħażin,+ li qed jifirħu bl-​affarijiet ħżiena u mħassrin;+ 15  dawk li l-​mogħdijiet tagħhom mgħawġin u li jqarrqu fil-​ħajja tagħhom;+ 16  sabiex jeħilsuk mill-​mara stranġiera, mill-​mara barranija+ li tmelles bi kliemha,+ 17  li qed tħalli lill-​ħabib li kienet tafda f’żgħożitha,+ u li nsiet il-​patt li għamlet m’Alla tagħha.+ 18  Għax darha tinżel lejn il-​mewt u l-​mixi tagħha jinżel ’l isfel lejn dawk bla qawwa fil-​mewt.+ 19  Ħadd minn dawk li jkollhom x’jaqsmu magħha ma jiġi lura, lanqas ma jerġaʼ jaqbad il-​mogħdijiet tal-​ħajjin.+ 20  L-iskop huwa li int timxi fit-​triq tat-​tajbin+ u żżomm mal-​mogħdijiet tan-​nies sewwa.+ 21  Għax huma r-​retti li se jgħammru fuq l-​art,+ u dawk bla ħtija se jibqgħu fiha.+ 22  Rigward in-​nies mill-​agħar, dawn se jitqaċċtu mill-​art;+ u t-​tradituri jinqalgħu minnha.+

Noti taʼ taħt

^ Jew, “l-​għerf prattiku.”