Proverbji 10:1-32

10  Il-Proverbji taʼ Salamun.+ Iben għaref iferraħ lil missieru,+ u iben stupidu hu l-​għali t’ommu.+ 2  It-teżori tal-​bniedem mill-​agħar m’huma se jkunu t’ebda benefiċċju,+ imma s-​sewwa se jagħti l-​ħelsien mill-​mewt.+ 3  Ġeħova mhux se jħalli ruħ il-​ġust tbati l-​ġuħ,+ imma l-​leblieba tan-​nies mill-​agħar se jwarrabha.+ 4  Min jaħdem b’id merħija se jkun taʼ ftit mezzi,+ imma id il-​ħabrieki se tagħmlu għani.+ 5  L-iben li jaġixxi b’dehen jiġbor matul żmien is-​sajf; l-​iben li mġibtu hi taʼ mistħija jorqod fil-​fond matul il-​ħsad.+ 6  Barkiet hemm għal ras il-​ġust,+ imma inkwantu għal fomm in-​nies mill-​agħar, dan jgħatti l-​vjolenza.+ 7  It-tifkira tal-​ġust se titbierek,+ imma isem in-​nies mill-​agħar se jitħassar.*+ 8  Min qalbu għarfa se jaċċetta l-​kmandamenti,+ imma min fuq xofftejh għandu l-​bluha se jinsaħaq.+ 9  Dak li qed jimxi bl-​integrità se jimxi fis-​sigurtà,+ imma dak li qed jgħawweġ triqatu kulħadd isir jaf x’inhu.+ 10  Min jegħmeż b’għajnejh se jikkaġuna wġigħ,+ u min fuq xofftejh għandu l-​bluha se jinsaħaq.+ 11  Fomm il-​ġust sors taʼ ħajja;+ imma inkwantu għal fomm in-​nies mill-​agħar, dan jgħatti l-​vjolenza.+ 12  Il-mibegħda tqajjem il-​ġlied,+ imma l-​imħabba tgħatti n-​nuqqasijiet kollha.+ 13  Fuq xofftejn bniedem li għandu l-​abbiltà li jifhem jinstab l-​għerf,+ imma l-​ħatar hu għal dahar min għandu qalbu belha.*+ 14  L-għorrief jaħżnu l-​għarfien bħal teżor,+ imma fomm l-​iblah iwassal għar-​rovina.+ 15  L-affarijiet taʼ valur li għandu l-​għani huma l-​belt b’saħħitha tiegħu.+ Ir-​rovina tal-​foqra hi l-​faqar tagħhom.+ 16  L-attività tal-​ġust iġġib il-​ħajja;+ frott ix-​xogħol tal-​bniedem mill-​agħar iwassal għad-​dnub.+ 17  Min iżomm mad-​dixxiplina jkun it-​triq għall-​ħajja għal oħrajn,*+ imma min jitlaq it-​twiddib jiżvija.+ 18  Fejn hemm min jgħatti l-​mibegħda hemm xofftejn giddieba,+ u min iġib rapport ħażin hu stupidu.+ 19  Fl-abbundanza tal-​kliem, in-​nuqqasijiet ma jonqsux;+ imma min irażżan xofftejh qed jaġixxi b’mod diskret.+ 20  Ilsien il-​ġust huwa fidda mill-​aqwa;+ qalb il-​bniedem mill-​agħar ftit tiswa.+ 21  Xofftejn il-​ġust ikomplu jirgħu lil ħafna,+ imma għax għandhom qalbhom belha* l-​boloh jibqgħu jmutu.+ 22  Il-barka taʼ Ġeħova—hi li ġġib l-​għana,+ u hu ma jżid l-​ebda wġigħ magħha.+ 23  Għall-istupidu, li jieħu sehem f’kondotta laxka hu bħal logħba;+ imma l-​għerf hu għall-​bniedem taʼ dixxerniment.+ 24  Il-biżaʼ tal-​bniedem mill-​agħar jiġi fuqu;+ imma x-​xewqa tal-​ġusti se tinqatgħalhom.+ 25  Bħal meta jgħaddi riħ taʼ tempesta, hekk il-​bniedem mill-​agħar ma jkunx iktar;+ imma l-​ġust huwa pedament għal dejjem.+ 26  Bħall-ħall għas-​snien u bħad-​duħħan għall-​għajnejn, hekk hu l-​għażżien għal dawk li jħaddmuh.+ 27  Il-biżaʼ taʼ Ġeħova jżid il-​jiem,+ imma s-​snin tan-​nies mill-​agħar jitqassru.+ 28  L-istennija tal-​ġusti ġġib il-​ferħ,+ imma t-​tama tan-​nies mill-​agħar se tgħib.+ 29  It-triq taʼ Ġeħova hi fortizza għal min hu bla ħtija,+ imma rovina għal min jipprattika l-​ħsara.+ 30  Il-ġust, qatt ma se jkollu xi jġiegħlu jogħtor;+ imma n-​nies mill-​agħar m’humiex se jibqgħu jgħammru fuq l-​art.+ 31  Fomm il-​ġust jagħmel frott l-​għerf,+ imma l-​ilsien li jgħid affarijiet imħassrin se jinqataʼ.+ 32  Xofftejn il-​ġust jiġu approvati,+ imma fomm in-​nies mill-​agħar jgħid affarijiet imħassrin.+

Noti taʼ taħt

^ Dan jirreferi għal taħsir bħal fil-​każ tal-​frott jew l-​ikel.
^ Ara Pr 6:32, in-​nota taʼ taħt.
^ Jew, “hu fit-​triq għall-​ħajja.”
^ Ara Pr 6:32, in-​nota taʼ taħt.