Proverbji 1:1-33
1 Il-proverbji+ taʼ Salamun+ bin David,+ is-sultan taʼ Israel,+
2 biex wieħed jikseb l-għerf+ u jaċċetta d-dixxiplina,+ biex jifhem il-kliem b’tifsir profond,+
3 biex jaċċetta d-dixxiplina+ li tagħti d-dehen,+ is-sewwa+ u l-ġustizzja+ u dak li hu rett,+
4 biex jagħti l-prudenza+ lil dawk taʼ bla esperjenza, u jagħti liż-żagħżugħ l-għarfien+ u l-abbiltà li jaħseb.+
5 Bniedem għaref jismaʼ u jieħu iktar istruzzjoni,+ u bniedem li għandu l-abbiltà li jifhem huwa dak li jikseb direzzjoni għaqlija,+
6 biex jifhem proverbji u qwiel taʼ taħbil il-moħħ,+ kliem l-għorrief+ u l-ħaġa moħġaġa+ tagħhom.
7 Il-biżaʼ taʼ Ġeħova hu l-bidu taʼ l-għarfien.+ Dawk li jistmerru l-għerf u d-dixxiplina m’huma xejn ħlief boloh.+
8 Ibni, ismaʼ mid-dixxiplina taʼ missierek,+ u titlaqx il-liġi t’ommok.+
9 Għax dawn huma girlanda taʼ ġmiel għal rasek+ u ġiżirana mill-isbaħ għal għonqok.+
10 Ibni, jekk il-midinbin jipprovaw iħajruk, tħallihomx.+
11 Jekk jibqgħu jgħidulek: “Ejja magħna. Ejja nonsbu għad-demm.+ Ejja nistaħbew biex naħbtu għall-innoċenti għalxejn b’xejn.+
12 Ejja nibilgħuhom ħajjin+ bħall-Qabar,*+ iva, nibilgħuhom sħaħ, bħal dawk li jinżlu f’ħofra.+
13 Ejja nsibu kull xorta t’oġġetti prezzjużi taʼ valur.+ Ejja nimlew djarna bil-priża.+
14 Imissek titfaʼ xortik maʼ tagħna. Ħa jkun hemm biss borża waħda għalina lkoll”+—
15 ibni, timxix magħhom.+ Żomm saqajk ’il bogħod minn triqithom.+
16 Għax saqajhom jiġru lejn il-ħażen,+ u huma jkomplu jħaffu biex ixerrdu d-demm.+
17 Għax għalxejn tinfirex ix-xibka quddiem għajnejn kwalunkwe ħliqa li għandha l-ġwienaħ.+
18 Għalhekk, huma jonsbu għal demmhom;+ joqogħdu mistoħbijin għal ruħhom.+
19 Hekk huma l-mogħdijiet taʼ kulmin jagħmel qligħ inġust.+ Dan jieħu l-ħajja taʼ min jakkwistah.+
20 L-għerf+ veru jkompli jgħajjat fit-triq.+ Fil-pjazez jibqaʼ jsemmaʼ leħnu.+
21 Isejjaħ f’ras it-toroq storbjużi.+ Fid-daħla tal-bibien tal-belt jgħid il-qwiel tiegħu:+
22 “Intom taʼ bla esperjenza kemm se ddumu tħobbu n-nuqqas t’esperjenza,+ u intom li twaqqgħu għaċ-ċajt kemm se ddumu tieħdu gost twaqqgħu għaċ-ċajt,+ u intom l-istupidi kemm se ddumu tobogħdu l-għarfien?+
23 Duru lura għat-twiddib tiegħi.+ Imbagħad inġiegħel l-ispirtu tiegħi jgelgel lejkom;+ ngħarrafkom kliemi.+
24 Jien għajjatt imma intom tibqgħu tirrifjutaw,+ tajtkom idi imma ħadd ma jagħti kas,+
25 u tkomplu tinjoraw il-pariri+ kollha tiegħi, u t-twiddib tiegħi m’aċċettajtuhx.+
26 Minħabba f’hekk, jien ukoll se nidħaq bid-diżastru tagħkom,+ niddieħaq bikom meta jiġi fuqkom dak li tibżgħu minnu,+
27 meta dak li tibżgħu minnu jiġi fuqkom bħal maltempata, u d-diżastru tagħkom jasal bħar-riħ taʼ tempesta,+ meta n-niket u ż-żminijiet diffiċli jiġu fuqkom.+
28 Dakinhar jibqgħu jgħajtuli, imma jien ma nwiġibhomx;+ jibqgħu jfittxuni, imma ma jsibunix,+
29 minħabba li bagħdu l-għarfien,+ u m’għażlux il-biżaʼ taʼ Ġeħova.+
30 Il-pariri tiegħi ma riduhomx;+ u ma wrewx rispett għat-twiddib kollu tiegħi.+
31 B’hekk, jieklu minn frott triqithom,+ u jixbgħu bil-pjanijiet tagħhom stess.+
32 Għax ir-ribelljoni+ taʼ dawk bla esperjenza toqtolhom,+ u l-indifferenza taʼ l-istupidi teqridhom.+
33 Imma min jismaʼ minni jgħammar fis-sigurtà+ u ma jinkwetax mill-biżaʼ taʼ xi gwaj.”+
Noti taʼ taħt
^ Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.

