Proverbji 23:1-35
23 Meta toqgħod bil-qiegħda biex tiekol maʼ sultan, għandek tikkunsidra bir-reqqa x’hemm quddiemek,+
2 u jekk ruħek tkun xewqana qiegħed sikkina maʼ gerżumtek.+
3 Tixxennaqx għall-ikel tajjeb tiegħu, għax huwa ikel li jqarraq.+
4 Titħabatx biex tikseb l-għana.+ Toqgħodx iżjed fuq fehmtek.+
5 Tfajt għajnejk fuqu, meta m’hu xejn?+ Għax bla dubju jrabbi l-ġwienaħ bħal dawk t’ajkla u jtir lejn is-smewwiet.+
6 Tikolx l-ikel taʼ min għajnu mhix ġeneruża,+ u tixxennaqx għall-ikel tajjeb tiegħu.+
7 Għax hu bħal wieħed li qagħad jikkunsidra l-affarijiet bejnu u bejn ruħu.+ “Kul u ixrob,” jgħidlek, imma mhux minn qalbu.+
8 Il-gidma li tkun kilt, se taqlagħha ’l barra, u tkun ħlejt il-kliem ħelu tiegħek.+
9 Titkellimx f’widnejn l-istupidu,+ għax hu se jistmerr il-kliem għaqli tiegħek.+
10 Tressaqx lura t-trufijiet tal-proprjetà taʼ żmien twil ilu,+ u tidħolx fl-għalqa tas-subien bla missier.+
11 Għax il-Feddej tagħhom hu b’saħħtu; hu nnifsu jiddefendi l-kawża li għandhom miegħek.+
12 Ressaq qalbek lejn id-dixxiplina u ’l widintek lejn kliem l-għarfien.+
13 Iżżommx lura d-dixxiplina minn tifel.+ Jekk issawtu bil-ħatar, ma jmutx.
14 Bil-ħatar għandek issawtu, sabiex teħlislu ruħu mill-Qabar.*+
15 Ibni, jekk qalbek saret għarfa,+ qalbi, iva, qalbi, se tifraħ.+
16 U l-kliewi tiegħi se jifirħu meta xofftejk jgħidu dak li hu rett.+
17 Tħallix qalbek tgħir għall-midinbin,+ imma ibżaʼ minn Ġeħova l-jum kollu.+
18 Għax f’dak il-każ ikun hemm futur tajjeb,+ u t-tama tiegħek ma tgħibx.+
19 Int, O ibni, ismaʼ u sir għaref, u mexxi qalbek fit-triq it-tajba.+
20 Tkunx fost dawk li jixorbu ħafna nbid,+ fost dawk li għandhom kilba għal-laħam.+
21 Għax is-sakranazz u dak li għandu kilba għall-ikel jiftaqru,+ u n-ngħas ilibbes iċ-ċraret lil dak li jkun.+
22 Ismaʼ minn missierek li nisslek,+ u tistmerrx lil ommok imbilli xjaħet.+
23 Ixtri l-verità+ u tbigħhiex, kif ukoll l-għerf u d-dixxiplina u l-abbiltà li tifhem.+
24 Missier il-ġust żgur se jifraħ;+ min inissel iben għaref se jithenna bih ukoll.+
25 Missierek u ommok se jithennew, u dik li wilditek se tifraħ.+
26 Ibni, agħtini qalbek, u ħa jieħdu pjaċir għajnejk bi triqati.+
27 Għax il-prostituta hija ħofra fonda+ u l-mara barranija bir dejjaq.
28 Żgur li toqgħod tistenna bħal ħalliel;+ u fost l-irġiel iżżid it-tradituri.+
29 Min għandu l-gwaj? Min hu ansjuż? Min għandu l-ġlied?+ Min għandu l-inkwiet? Min għandu feriti għalxejn b’xejn? Min għandu għajnejh mitfijin?
30 Dawk li jqattgħu ħin twil bl-inbid,+ dawk li jidħlu jfittxu nbid imħallat.+
31 Tħarisx lejn l-inbid meta jkun qed iħammar, meta jkun qed ileqq fit-tazza, meta jinżel ħelu ħelu.
32 Fl-aħħar jigdem bħal serp,+ u jagħti l-velenu bħal lifgħa.+
33 Għajnejk se jaraw affarijiet strambi, u qalbek titkellem affarijiet imħassrin.+
34 U ssir bħal wieħed mimdud f’nofs taʼ baħar, saħansitra bħal wieħed mimdud fuq il-quċċata t’arblu taʼ bastiment.+
35 “Darbuni, imma ma weġġajtx; sawtuni, imma ma ntbaħtx. Meta se nistenbaħ,+ ħa nerġaʼ nixrob naqra oħra?”+
Noti taʼ taħt
^ Bl-Ebrajk, “Xeol.”

