Proverbji 6:1-35
6 Ibni, jekk ftehemt li tagħmel tajjeb għad-dejn t’għajrek,+ jekk ħadt b’idejn xi ħadd stranġier,+
2 jekk dħalt f’nassa bi kliem fommok,+ jekk inqbadt bi kliemek,
3 allura agħmel dan, ibni, u eħles lilek innifsek, għax int waqajt f’idejn għajrek:+ Mur umilja ruħek u ibqaʼ ffitta lil għajrek.+
4 Tħallix lil għajnejk jorqdu, lanqas lil xfar għajnejk jonogħsu.+
5 Inħeles bħal għażżiela* minn id il-kaċċatur u bħal għasfur minn id in-nassâb.+
6 Mur għand in-nemla,+ ja għażżien;+ innota drawwietha u sir għaref.
7 Għalkemm m’għandha l-ebda kmandant, uffiċjal jew ħakkiem,
8 hi tipprepara l-ikel tagħha fis-sajf;+ tiġbor il-provvisti taʼ l-ikel fil-ħsad.
9 Kemm se ddum mimdud, ja għażżien?+ Meta se tqum mir-raqda tiegħek?+
10 Orqod ftit ieħor, ongħos ftit ieħor, imtedd ftit ieħor b’idejk marbutin,+
11 u l-faqar jiġi fuqek bħal ħalliel,+ u l-għaks bħal bniedem armat.+
12 Il-bniedem li m’hu tajjeb għal xejn,+ il-bniedem li jagħmel il-ħsara, jimxi bit-tagħwiġ taʼ kliemu,+
13 jegħmeż b’għajnejh,+ jagħmel sinjali b’siequ, jagħmel il-ġesti b’subgħajh.+
14 Hemm it-taħsir f’qalbu.+ Il-ħin kollu jfassal xi ħaġa ħażina.+ Ma jagħmel xejn ħlief jaqlaʼ l-ġlied.+
15 Minħabba f’hekk, jiġi diżastru+ fuqu għal għarrieda; jitkisser f’daqqa waħda, u ma jkunx hemm fejqan.+
16 Hemm sitt affarijiet li jobgħod Ġeħova;+ iva, sebgħa huma l-affarijiet li tistkerrah ruħu:+
17 għajnejn imkabbrin,+ ilsien falz,+ u idejn li qed ixerrdu demm innoċenti,+
18 qalb li tfassal pjanijiet taʼ ħsara,+ saqajn mgħaġġlin biex jiġru lejn il-ħażen,+
19 xhud falz li jaqlaʼ l-gideb,+ u kulmin jaqlaʼ l-ġlied fost l-aħwa.+
20 O ibni, osserva l-kmandament taʼ missierek,+ u titlaqx il-liġi t’ommok.+
21 Orbothom maʼ qalbek il-ħin kollu;+ dendilhom m’għonqok.+
22 Meta timxi, jiggwidawk;+ meta timtedd, jgħassu fuqek;+ u meta tqum, jieħdu ħsiebek.
23 Għax il-kmandament hu musbieħ,+ u l-liġi hi dawl,+ u t-twiddib li jagħti dixxiplina huwa l-mod taʼ ħajja,+
24 biex tiġi mħares mill-mara ħażina,+ mit-tmellis taʼ lsien il-mara barranija.+
25 Tixtieqx ġmielha f’qalbek,+ u jalla ma taqbdekx b’għajnejha jleqqu,+
26 għax minħabba mara prostituta tispiċċa tgħix biss fuq ħobża;+ imma fejn tidħol il-mara taʼ raġel ieħor, din hija nassa għal ħajtek l-għażiża.+
27 Jistaʼ raġel jiġmaʼ n-nar f’ħobbu u madankollu ħwejġu ma jinħarqux?+
28 Jew jistaʼ raġel jimxi fuq il-ġamar u saqajh ma jinxtwewx?
29 L-istess jiġrilu min ikollu x’jaqsam maʼ mart għajru;+ ma jeħlishiex mill-kastig kulmin imissha.+
30 In-nies ma jistmerrux ħalliel sempliċement għax jisraq biex jiekol meta jkun bil-ġuħ.
31 Imma meta jinqabad, hu jrodd sebaʼ darbiet iktar; jagħti l-oġġetti kollha taʼ valur li għandu f’daru.+
32 Kulmin jagħmel adulterju maʼ mara għandu qalbu belha;*+ min jagħmlu jkun qed jirrovina ruħu.+
33 Sofferenza u diżunur isib,+ u l-għajb tiegħu ma jiġix imħassar.+
34 Għax l-għira hija l-korla taʼ raġel b’saħħtu,+ u hu ma jurix mogħdrija f’jum il-vendetta.+
35 Ma jikkunsidra l-ebda tip taʼ fidwa, u b’xejn ma jikkuntenta, ikun kemm ikun kbir ir-rigal tiegħek.
Noti taʼ taħt
^ “Jew, “ċerva ħafifa.”
^ Jew, “nieqes minn motiv tajjeb.” Letteralment, “nieqes minn qalbu.”

