Proverbji 9:1-18
9 L-għerf* veru+ bena daru;+ qataʼ s-sebaʼ kolonni tagħha.
2 Organizza l-qtil taʼ l-annimali; ħallat l-inbid tiegħu; u iktar minn hekk, firex il-mejda tiegħu.+
3 Bagħat lill-qaddejja nisa tiegħu, sabiex ikun jistaʼ jsejjaħ minn fuq il-qċaċet taʼ l-għoljiet tal-belt:
4 “Kulmin hu bla esperjenza, ħa jdur ’l hawn.”+ Lil kulmin għandu qalbu belha,*+ l-għerf qallu:
5 “Ejjew, kulu l-ħobż tiegħi u ixorbu l-inbid li ħallatt.+
6 Itilqu lil dawk taʼ bla esperjenza biex tibqgħu tgħixu,+ u imxu dritti fit-triq taʼ l-abbiltà li tifhmu.”+
7 Min qed jikkoreġi lil dak li jwaqqaʼ kollox għaċ-ċajt qed iġib diżunur fuqu nnifsu,+ u min qed iwiddeb lil wieħed mill-agħar ikollu difett.+
8 Twiddibx lil xi ħadd li jwaqqaʼ kollox għaċ-ċajt, sabiex ma jobogħdokx.+ Widdeb lill-għaref u jħobbok.+
9 Agħti lill-għaref u jsir iktar għaref.+ Agħti l-għarfien lil bniedem sewwa u jkompli jitgħallem.
10 Il-biżaʼ taʼ Ġeħova hu l-bidu taʼ l-għerf,+ u l-għarfien dwar l-Iktar Wieħed Qaddis jagħtik l-abbiltà li tifhem.+
11 Għax bija joktrulek jiemek,+ u snin ħajtek jiżdidulek.+
12 Jekk sirt għaref, sirt għaref għalik stess;+ u jekk waqqajt għaċ-ċajt, int se tbati, int biss.+
13 Mara stupida hi storbjuża.+ Hi u s-sempliċità tal-moħħ xorta waħda, u ma taf xejn li xejn.+
14 U poġġiet bil-qiegħda fid-daħla taʼ darha, fuq siġġu, fil-postijiet għoljin tal-belt,+
15 sabiex issejjaħ lil dawk għaddejjin mit-triq, dawk li sejrin dritt f’mogħdijiethom:+
16 “Kulmin hu bla esperjenza, ħa jdur ’l hawn.”+ U lil kulmin għandu qalbu belha,*+ hi qaltlu wkoll:
17 “L-ilmijiet misruqin huma ħelwin,+ u l-ħobż li jittiekel bil-moħbi jagħti pjaċir.”+
18 Imma ma jafx li dawk bla qawwa fil-mewt qegħdin hemm, li dawk li stidnithom jidħlu ġewwa jinsabu fil-postijiet baxxi tal-Qabar.*+
Noti taʼ taħt
^ Bl-Ebrajk oriġinali, il-kelma “għerf” qiegħda fil-femminil. L-għerf huwa personifikat bħallikieku kien mara.
^ Bl-Ebrajk, “Xeol.”

