Proverbji 17:1-28

17  Aħjar biċċa ħobż niexfa u bil-​kwiet+ minn dar mimlija sagrifiċċji bit-​tilwim magħhom.+ 2  Qaddej li juri d-​dehen se jaħkem fuq l-​iben li mġibtu hi taʼ mistħija,+ u se jkollu sehem mill-​wirt fost l-​aħwa.+ 3  Il-borma taʼ l-​irfinar qiegħda għall-​fidda u l-​forn għad-​deheb,+ imma Ġeħova hu dak li jeżamina l-​qlub.+ 4  Min jagħmel il-​ħażen qed jagħti kas ix-​xoffa li tagħmel il-​ħsara.+ Il-​giddieb qed jagħti widen lill-​ilsien li qed iġib l-​għawġ.+ 5  Min qed jiddieħaq b’wieħed taʼ ftit mezzi jmaqdar lil Dak li għamlu.+ Min qed jifraħ bid-​diżastru taʼ ħaddieħor mhux se jeħlisha mill-​kastig.+ 6  Il-kuruna tax-​xjuħ hi wlied l-​ulied,+ u s-​sbuħija taʼ l-​ulied hi missirijiethom.+ 7  Għal kulmin hu bla sens ix-​xoffa retta m’hijiex xierqa.+ Kemm hija inqas xierqa x-​xoffa tal-​gideb għan-​nobbli!+ 8  L-għotja hi ħaġra prezzjuża li tirbaħ l-​approvazzjoni f’għajnejn is-​sid kbir tagħha.+ Kulfejn idur jirnexxi.+ 9  Dak li qed jgħatti nuqqas qed ifittex l-​imħabba,+ u dak li jibqaʼ jitkellem dwar kwistjoni qed jifred lil dawk li jafu lil xulxin sew.+ 10  Ċanfira lil min għandu l-​abbiltà li jifhem taħdem iktar fil-​fond+ minn mitt daqqa lill-​istupidu.+ 11  Il-ħażin ħlief ribelljoni ma jfittixx,+ u kattiv hu l-​messaġġier li jintbagħat kontrih.+ 12  Wieħed aħjar jiltaqaʼ m’orsa li tilfet il-​frieħ+ milli maʼ xi ħadd stupidu fil-​bluha tiegħu.+ 13  Kulmin ipatti t-​tajjeb bil-​ħażin,+ il-​ħażin ma jitlaqx minn daru.+ 14  Il-bidu tal-​ġlied hu bħal xi ħadd li jħalli l-​ilmijiet joħorġu;+ mela qabel ma tfaqqaʼ t-​tilwima, warrab.+ 15  Kemm dak li jiddikjara lill-​bniedem mill-​agħar ġust+ u kemm dak li jiddikjara lill-​ġust mill-​agħar+—it-​tnejn huma xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova.+ 16  L-istupidu għala għandu f’idu l-​prezz biex jikseb l-​għerf,+ meta għandu qalbu belha?*+ 17  Ħabib veru jħobb il-​ħin kollu;+ huwa ħu mwieled għal meta jkun hemm in-​niket.+ 18  Bniedem b’qalb belha jieħu bl-​idejn+ u jiftiehem li jagħmel tajjeb għad-​dejn kollu quddiem sieħbu.+ 19  Kulmin iħobb il-​ksur tal-​liġi jħobb il-​ġlied.+ Kulmin qed jgħolli d-​daħla tal-​bieb tiegħu qed ifittex tisbita.+ 20  Min qalbu mgħawġa mhux se jsib it-​tajjeb,+ u min ilsienu qarrieq se jiġi fil-​gwaj.+ 21  Kulmin isir missier taʼ tifel stupidu, swied taʼ qalb ikollu;+ u missier tifel bla sens ma jifraħx.+ 22  Qalb ferriħija tajba biex tfejjaq,+ imma spirtu mdejjaq inixxef l-​għadam.+ 23  Min hu mill-​agħar jaċċetta saħansitra tixħim minn taħt*+ biex jilwi l-​mogħdijiet tal-​ġudizzju.+ 24  L-għerf qiegħed quddiem wiċċ min għandu l-​abbiltà li jifhem,+ imma għajnejn l-​istupidu huma f’tarf l-​art.+ 25  Iben stupidu hu d-​diqa taʼ missieru+ u mrar għal dik li wilditu.+ 26  Iktar minn hekk, mhux tajjeb li l-​ġust jeħel multa;+ li ssawwat lin-​nobbli jmur kontra dak li hu rett.+ 27  Kulmin iżomm lura dak li jkun se jgħid għandu l-​għarfien,+ u bniedem taʼ dixxerniment iżomm spirtu kalm.+ 28  Anki xi ħadd iblah, meta jibqaʼ sieket, jitqies bħala għaref;+ kulmin jagħlaq xofftejh jitqies bħala wieħed li għandu l-​abbiltà li jifhem.

Noti taʼ taħt

^ Ara Pr 6:32, in-​nota taʼ taħt. F’vers 18 ukoll.
^ Jew, “minn ħobb dak li jkun.”