Proverbji 5:1-23
5 O ibni, agħti widen għall-għerf tiegħi.+ Għad-dixxerniment tiegħi mejjel widnejk,+
2 sabiex tipproteġi l-abbiltà li taħseb;+ u jalla xofftejk iħarsu l-għarfien.+
3 Għax xofftejn il-mara stranġiera jkomplu jqattru bħal xehda għasel,+ u fommha melliesi iktar miż-żejt.+
4 Imma l-effett li tħalli warajha huwa morr daqs pjanta morra;*+ jaqtaʼ bħal sejf b’żewġt ixfar.+
5 Saqajha neżlin lejn il-mewt.+ Il-passi tagħha jibqgħu fit-triq lejn il-Qabar.*+
6 Il-mogħdija tal-ħajja ma tikkunsidrahiex.+ Il-mixi tagħha ’l hemm u ’l hawn, u ma tafx fejn sejra.+
7 Għalhekk issa, O wliedi, isimgħu minni+ u twarrbux kliem fommi.+
8 Żomm il-mixi tiegħek ’il bogħod minn ħdejha, u tersaqx lejn id-daħla taʼ darha,+
9 sabiex id-dinjità tiegħek ma tagħtihiex lil oħrajn,+ lanqas tagħti s-snin taʼ ħajtek lil min hu kattiv;+
10 sabiex l-istranġieri ma jissodisfawx lilhom infushom bil-qawwa tiegħek,+ u l-affarijiet li ksibt bi tbatija ma jispiċċawx f’dar il-barrani,+
11 u lanqas ma jkollok titniehed fil-futur+ meta laħmek u ġismek kollu jiġu fi tmiemhom.+
12 U jkollok tgħid: “Kemm bgħadtha d-dixxiplina,+ u qalbi kemm ma wrietx rispett għat-twiddib!+
13 U ma smajtx mil-leħen taʼ min kien jistruwini,+ u ma mejjiltx widinti lejn min kien jgħallimni.+
14 Malajr sibt ruħi f’kull xorta taʼ ħażen+ f’nofs il-kongregazzjoni u l-assemblea.”+
15 Ixrob l-ilma mill-ġiebja tiegħek, u l-ilma ġieri mill-bir tiegħek stess.+
16 Għandhom l-għejun taʼ l-ilma tiegħek jixxerrdu barra minn darek,+ u n-nixxigħat tiegħek taʼ l-ilma fil-pjazez?
17 Ħa jkunu għalik biss, u mhux għall-istranġieri miegħek.+
18 Ħa jkun imbierek is-sors taʼ l-ilma tiegħek,+ u ifraħ b’mart żgħożitek,+
19 ċerva taʼ min iħobbha u gidja grazzjuża tal-muntanji.+ Ħa tisker b’sidirha l-ħin kollu.+ Bi mħabbitha jalla tkun f’estasi dejjem.+
20 Allura, ibni, għalfejn għandek tkun f’estasi maʼ mara stranġiera jew tgħannaq ħobb mara barranija?+
21 Għax triqat il-bniedem jinsabu quddiem għajnejn Ġeħova,+ u Hu qed jikkunsidra l-mogħdijiet kollha tal-bniedem.+
22 L-iżbalji tal-bniedem mill-agħar se jaqbduh,+ u bil-ħbula taʼ dnubu stess jintrabat.+
23 Ikun hu li jmut għax ma jkunx hemm dixxiplina,+ u għax jiżvija bil-bluha kbira tiegħu.+

