Proverbji 24:1-34

24  Tgħirx għan-​nies ħżiena,+ u tixxennaqx li tkun magħhom.+ 2  Għax qalbhom dejjem timmedita fuq kif se jikkaġunaw it-​tħarbit, u xofftejhom dejjem jitkellmu dwar kif se jaqilgħu l-​inkwiet.+ 3  Dar tinbena bl-​għerf,+ u bid-​dixxerniment tkun stabbilita fis-​sod.+ 4  U bl-​għarfien il-​kmamar taʼ ġewwa jimtlew b’kull ġid prezzjuż u sabiħ.+ 5  Wieħed li juża saħħtu bl-​għerf huwa raġel b’saħħtu tassew,+ u r-​raġel li għandu l-​għarfien qed iżid il-​qawwa tiegħu.+ 6  Għax permezz tad-​direzzjoni għaqlija twettaq il-​gwerra tiegħek,+ u fil-​kotra taʼ dawk li jagħtu l-​pariri hemm is-​salvazzjoni.+ 7  Għall-iblah l-​għerf veru hu għoli wisq;+ f’bieb il-​belt ma jiftaħx ħalqu. 8  Kulmin jippjana li jagħmel il-​ħażin jissejjaħ bniedem tas-​sengħa fl-​ideat mill-​agħar.+ 9  Il-kondotta laxka tal-​bluha hi dnub,+ u min iwaqqaʼ kollox għaċ-​ċajt hu xi ħaġa mistkerrha għall-​bnedmin.+ 10  Skuraġġejt ruħek fi żmien l-​hemm?+ Ma tantx se jkollok qawwa. 11  Eħles lil dawk li qed jittieħdu għall-​mewt; u żomm lura lil dawk li qed jogħtru huma u sejrin għall-​qatla.+ 12  Jekk tgħid: “Ara! Ma konniex nafu b’dan,”+ mhux se jinduna dak li qed jiżen il-​qlub?+ U dak li qiegħed josservak mhux se jkun jaf?+ U mhux se jħallas lura lill-​bniedem skond għemilu?+ 13  Ibni, kul l-​għasel, għax hu tajjeb; u ħa jkollok f’ħalqek it-​togħma taʼ l-​għasel ħelu tax-​xehda.+ 14  Bl-istess mod, sir af l-​għerf għall-​benefiċċju tiegħek.+ Jekk sibtu, mela hemm futur tajjeb, u t-​tama tiegħek ma tgħibx.+ 15  Tonsobx, bħal bniedem mill-​agħar, għall-​post fejn jgħix il-​ġust;+ tħarbatlux il-​post fejn jistrieħ.+ 16  Għax il-​ġust jistaʼ saħansitra jaqaʼ sebaʼ darbiet, u żgur iqum;+ imma n-​nies mill-​agħar se jitfixklu minħabba l-​gwaj.+ 17  Meta l-​għadu tiegħek jaqaʼ, tithenniex; u meta jiġi mfixkel, ħa ma tifraħx qalbek,+ 18  li ma jmurx jara dan Ġeħova u jkun ħażin f’għajnejh u jneħħi r-​rabja tiegħu minn fuqu.+ 19  Titbaqbaqx għal min jagħmel il-​ħażen. Issirx għajjur għan-​nies mill-​agħar.+ 20  Għax ma se jkun hemm ebda futur għall-​ħażin;+ il-​musbieħ tan-​nies mill-​agħar se jintefa.+ 21  Ibni, ibżaʼ minn Ġeħova u mis-​sultan.+ Tiddeffisx maʼ dawk li jridu bidla.+ 22  Għax id-​diżastru tagħhom jiġi f’daqqa,+ u min se jintebaħ li dawk li jridu bidla jkunu ġew fix-​xejn?+ 23  Dan il-​kliem ukoll hu għal min hu għaref:+ Mhux tajjeb li tintwera parzjalità fil-​ġudizzju.+ 24  Min qed jgħid lill-​ħażin: “Int ġust,”+ il-​popli jisħtuh, il-​ġnus jikkundannawh.  25  Imma dawk li jwiddbuh se jaħbtilhom tajjeb,+ u fuqhom se tiġi l-​barka taʼ ġid.+ 26  Min qed iwieġeb sew u bis-​sinċerità se jbus ix-​xofftejn.+ 27  Ipprepara xogħlok barra, u ħejjih għalik fl-​għalqa.+ Imbagħad ibni wkoll lil taʼ darek. 28  Tkunx xhud kontra għajrek bla ebda bażi.+ Imbagħad ikollok tagħmel xi bluha b’xofftejk.+ 29  Tgħidx: “Kif għamilli, nagħmillu.+ Inpatti lil kulħadd skond għemilu.”+ 30  Għaddejt minn ħdejn l-​għalqa taʼ l-​għażżien+ u minn ħdejn l-​għalqa tad-​dwieli tal-​bniedem b’qalb belha.*+ 31  U, ara, kullimkien kien tielaʼ l-​ħaxix ħażin.+ Il-​wiċċ kollu kien miksi bil-​ħurrieq, u l-​ħajt tal-​ġebel kien imġarraf.+ 32  U jien, iva, jien, bdejt nara; jien bdejt nieħu dan bis-​serjetà;+ rajt, u ħadt din id-​dixxiplina:+ 33  Orqod ftit ieħor, ongħos ftit ieħor, imtedd ftit ieħor b’idejk marbutin,+ 34  u bħal ħalliel il-​faqar jiġi fuqek u l-​għaks bħal bniedem armat.+

Noti taʼ taħt

^ Ara Pr 6:32, in-​nota taʼ taħt.