Proverbji 13:1-25

13  Iben ikun għaref fejn hemm id-​dixxiplina taʼ missier,+ imma min iwaqqaʼ kollox għaċ-​ċajt ma semax iċ-​ċanfir.+  Bi frott fommu bniedem jiekol it-​tajjeb,+ imma ruħ dawk li jaġixxu bi tradiment tixtieq il-​vjolenza.+  Min jgħasses fommu qed iħares lil ruħu.+ Min jiftaħ xofftejh beraħ se jiġi f’rovina.+  L-għażżien qed juri li hu xewqan, imma m’għandu xejn.+ Madankollu, in-​nies ħabrieka se jitqawwew.+  Kelma falza jobgħodha l-​ġust,+ imma l-​imġiba taʼ mistħija tan-​nies mill-​agħar iġġibilhom l-​għajb.+  Is-sewwa jgħasses lil min fi triqtu ma jagħmilx ħsara,+ imma l-​ħażen jirrovina lill-​midneb.+  Hemm min jagħmilha t’għani u madankollu m’għandu xejn;+ hemm min jagħmilha taʼ wieħed taʼ ftit mezzi u madankollu għandu ħafna affarijiet taʼ valur.  Bniedem jifdi ruħu bir-​rikkezzi tiegħu,+ imma dak taʼ ftit mezzi ma semax iċ-​ċanfir.+  Id-dawl tal-​ġusti se jferraħhom;+ imma l-​musbieħ tan-​nies mill-​agħar se jintefa.+ 10  Bil-prużunzjoni wieħed iġib biss taqbid,+ imma l-​għerf qiegħed maʼ dawk li jikkonsultaw flimkien.+ 11  L-affarijiet taʼ valur li jirriżultaw mill-​frugħa jonqsu,+ imma min jiġbor b’idu jżidhom.+ 12  L-istennija mtawla qed tmarrad il-​qalb,+ imma l-​ħaġa mixtieqa hi siġra tal-​ħajja meta tiġi.+ 13  Min stmerr il-​kelma+ se jittiħidlu r-​rahan li ħalla għad-​dejn tiegħu; imma min jibżaʼ mill-​kmandament se jiġi premjat.+ 14  Il-liġi taʼ l-​għaref hija sors taʼ ħajja,+ biex tbiegħed lil dak li jkun min-​nases tal-​mewt.+ 15  Min għandu dehen kbir jaqlaʼ l-​approvazzjoni,+ imma triq dawk li jaġixxu bi tradiment hija mħarbta.+ 16  Kulmin hu prudenti se jaġixxi bl-​għarfien,+ imma min hu stupidu se jxerred il-​bluha maʼ kullimkien.+ 17  Messaġġier mill-​agħar se jġib id-​deni,+ imma mibgħut leali jġib il-​fejqan.+ 18  Min jinjora d-​dixxiplina jaqaʼ fil-​faqar u d-​diżunur,+ imma min iħares twiddiba jiġi glorifikat.+ 19  Xewqa maqtugħa hija pjaċevoli għar-​ruħ;+ imma għall-​istupidi hija xi ħaġa mistkerrha li jitbiegħdu mill-​ħażin.+ 20  Min qed jimxi maʼ l-​għorrief se jsir għaref,+ imma min qed jagħmilha maʼ l-​istupidi se jaħbatlu ħażin.+ 21  Il-midinbin jiġri warajhom il-​gwaj,+ imma l-​ġusti jiġu premjati bit-​tajjeb.+ 22  Min hu tajjeb iħalli wirt għal ulied l-​ulied, u l-​ġid tal-​midneb hu xi ħaġa maħżuna għall-​ġust.+ 23  L-art maħruta tan-​nies taʼ ftit mezzi tipproduċi abbundanza taʼ ikel,+ imma hemm min jiġi mkaxkar minħabba nuqqas taʼ ġustizzja.+ 24  Min iżomm lura l-​ħatar ikun qed jobgħod lil ibnu,+ imma min iħobbu jfittxu bid-​dixxiplina.+ 25  Il-ġust jiekol sakemm jixbaʼ,+ imma żaqq in-​nies mill-​agħar se tkun vojta.+

Noti taʼ taħt