Proverbji 4:1-27
4 O wliedi, isimgħu mid-dixxiplina taʼ missierkom+ u agħtu widen, sabiex tiksbu l-abbiltà li tifhmu.+
2 Għax jien żgur istruzzjoni tajba nagħtikom.+ Il-liġi tiegħi titilquhiex.+
3 Għax jien kont iben taʼ veru għal missieri,+ teneru u waħdieni għal ommi.+
4 U hu kien jistruwini+ u jgħidli: “Jalla qalbek+ tibqaʼ żżomm sod maʼ kliemi.+ Ħares il-kmandamenti tiegħi u tibqaʼ tgħix.+
5 Ikseb l-għerf,+ ikseb l-abbiltà li tifhem.+ Tinsiex, u twarrabx kliem fommi.+
6 Titlaqx l-għerf, u jieħu ħsiebek. Ħobbu, u jħarsek.
7 L-għerf hu l-aqwa ħaġa.+ Ikseb l-għerf; u maʼ dak kollu li tikseb, ikseb l-abbiltà li tifhem.+
8 Għożżu ferm, u jeżaltak.+ Jigglorifikak għaliex tħaddnu miegħek.+
9 Fuq rasek iqegħedlek girlanda taʼ ġmiel;+ kuruna taʼ sbuħija jpoġġilek fuqek.”+
10 Ibni, ismaʼ u aċċetta kliemi.+ Imbagħad snin ħajtek joktru.+
11 Nistruwik ukoll fi triq l-għerf;+ immexxik fil-mogħdijiet retti.+
12 Meta timxi, il-pass tiegħek ma jiġix imfixkel;+ u jekk tiġri, ma titfixkilx.+
13 Aqbad sew mad-dixxiplina;+ titlaqhiex.+ Ħarisha, għax hi ħajtek.+
14 Tidħolx fil-mogħdija tan-nies mill-agħar,+ u tibqax sejjer dritt fi triq il-ħżiena.+
15 Aħrabha,+ tgħaddix minn ħdejha;+ warrab minnha, u ibqaʼ sejjer.+
16 Għax huma ma jorqdux jekk ma jagħmlux il-ħażen,+ u ngħashom itirilhom jekk ma jfixklux lil xi ħadd.+
17 Għax huma jieklu ħobż il-ħażen,+ u nbid il-vjolenza jixorbu.+
18 Imma l-mogħdija tan-nies sewwa hi bħal dawl qawwi li qed jiżdied iktar u iktar sal-milja tal-jum.+
19 Triq in-nies mill-agħar hija bħad-dlam;+ ma jafux fiex qed ikomplu jitfixklu.+
20 Ibni, agħti widen għal kliemi.+ Mejjel widintek għal dak li ngħidlek.+
21 Jalla ma jitlaqx minn quddiem għajnejk.+ Żommu fil-fond taʼ qalbek.+
22 Għaliex huwa ħajja għal dawk li jsibuh+ u saħħa għal ġisimhom kollu.+
23 Iktar minn kull ħaġa oħra li għandek tħares, ħares lil qalbek,+ għax minn ġo fiha ġejjin is-sorsi tal-ħajja.+
24 Warrab minnek it-tagħwiġ tal-kliem;+ u l-qerq tax-xofftejn biegħed minnek.+
25 Inkwantu għal għajnejk, dawn għandhom iħarsu dritt ’il quddiem,+ iva, b’għajnejk ileqqu għandek tħares fiss quddiemek.+
26 Witti t-triq għal saqajk,+ u jalla triqatek kollha jkunu stabbiliti fis-sod.+
27 Tilwix lejn il-lemin u lanqas lejn ix-xellug.+ Warrab sieqek mill-ħażen.+