Mattew 10:1-42

10  Għaldaqstant sejjaħ lit-​tnax-il dixxiplu tiegħu u tahom awtorità fuq l-​ispirti mhux nodfa,+ sabiex ikeċċuhom, u jfejqu kull xorta taʼ mard u kull xorta taʼ nuqqas taʼ saħħa.  L-ismijiet tat-​tnax-il appostlu+ huma dawn:+ L-​ewwel, Xmun, li jgħidulu Pietru,*+ u ħuh Indrì;+ Ġakbu bin Żebedew+ u ħuh Ġwanni;  Filippu u Bartilmew;*+ Tumas+ u Mattew*+ li kien kollettur tat-​taxxi; Ġakbu bin Alfew,+ u Taddew;*  Xmun il-​Kanani,*+ u Ġuda l-​Iskarjota, li iktar tard ittradieh.+  Lil dawn it-​tnax Ġesù bagħathom u tahom dawn l-​ordnijiet:+ “Tmorrux fit-​triq tal-​ġnus, u tidħlu f’ebda belt Samaritana;+  imma, minflok, ibqgħu morru għand in-​nagħaġ mitlufin taʼ dar Israel.+  Intom u sejrin, ippridkaw u għidu, ‘Qorbot+ is-​saltna tas-​smewwiet.’  Fejqu l-​morda,+ qajmu l-​mejtin, naddfu l-​imġiddmin, keċċu d-​demonji. Irċivejtu b’xejn, agħtu b’xejn.+  Tiħdux flus tad-​deheb jew tal-​fidda jew tar-​ram aħmar fil-​but taʼ ħżiemkom,+ 10  jew ħorġa taʼ l-​ikel għall-​vjaġġ, jew żewġ ilbiesi, jew sandli jew bastun; għax il-​ħaddiem jistħoqqlu ħobżu.+ 11  “F’kull belt jew raħal li tidħlu, fittxu lil min jistħoqqlu, u ibqgħu hemmhekk sakemm titilqu.+ 12  Meta tidħlu f’xi dar, sellmu lil tad-​dar; 13  u jekk id-​dar jistħoqqilha, ħa tiġi fuqha+ l-​paċi li tixtiqulha; imma jekk ma jistħoqqilhiex, ħa terġaʼ lura għandkom il-​paċi tagħkom. 14  Kulfejn xi ħadd ma jilqagħkomx jew ma jismax kliemkom, intom u ħerġin minn dik id-​dar jew minn dik il-​belt farfru t-​trab minn maʼ saqajkom.+ 15  Tassew ngħidilkom, Ikun eħfef għall-​art taʼ Sodoma+ u Gomorra f’Jum il-​Ġudizzju milli għal dik il-​belt.+ 16  “Ara! Qed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-​ilpup;+ għalhekk, uru li intom attenti bħas-​sriep+ iżda innoċenti bħall-​ħamiem.+ 17  Oqogħdu attenti mill-​bnedmin;+ għax għad jagħtukom f’idejn il-​qrati tal-​post,+ u jsawtukom+ fis-​sinagogi tagħhom.+ 18  Tabilħaqq, iressqukom quddiem gvernaturi u slaten+ minħabba fija, biex tingħata xiehda+ lilhom u lill-​ġnus. 19  Madankollu, meta jerħukom f’idejhom, tkunux ansjużi dwar x’se tgħidu jew kif se tgħiduh; għax dak li għandkom tgħidu se jingħatalkom dak il-​ħin;+ 20  għax mhux intom tkunu qed titkellmu, imma l-​ispirtu taʼ Missierkom ikun qed jitkellem permezz tagħkom.+ 21  Iktar minn hekk, l-​aħwa+ jagħtu lil xulxin għall-​mewt, u missier lil ibnu, u l-​ulied iqumu kontra l-​ġenituri u jagħtuhom għall-​mewt.+ 22  U intom tkunu mibgħudin minn kulħadd minħabba ismi;+ imma min jissaporti sat-​tmiem jiġi salvat.+ 23  Meta jippersegwitawkom f’belt, aħarbu f’oħra;+ għax tassew ngħidilkom, Bl-​ebda mod ma tkunu dortu+ l-​bliet kollha taʼ Israel sa ma jasal+ Bin il-​bniedem. 24  “Dixxiplu m’huwiex fuq l-​għalliem tiegħu, lanqas ilsir m’hu fuq sidu.+ 25  Hu biżżejjed għad-​dixxiplu li jsir bħall-​għalliem tiegħu, u l-​ilsir bħal sidu.+ Jekk in-​nies sejħu lil sid id-​dar Begħelżebub,+ kemm iktar se jsejħu hekk lil taʼ daru? 26  Għalhekk, tibżgħux minnhom; għax m’hemm xejn mistur li ma jinkixifx, u sigriet li ma jsirx magħruf.+ 27  Dak li ngħidilkom fid-​dlam, għiduh fid-​dawl; u dak li jingħad f’widnejkom, ippridkawh minn fuq il-​bjut.+ 28  U tibżgħux+ minn dawk li joqtlu l-​ġisem imma ma jistgħux joqtlu r-​ruħ; imma minflok ibżgħu minn dak+ li jistaʼ jeqred kemm ir-​ruħ u kemm il-​ġisem f’Geħenna.*+ 29  Ma jinbigħux żewġ għasafar tal-​bejt għal munita taʼ valur żgħir?+ Iżda lanqas wieħed minnhom ma jaqaʼ fl-​art mingħajr ma jkun jaf+ Missierkom. 30  Għax saħansitra x-​xagħar taʼ raskom kollu hu magħdud.+ 31  Għalhekk tibżgħux: intom tiswew iktar minn ħafna għasafar tal-​bejt.+ 32  “Mela, kulmin jistqarr quddiem il-​bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr+ li jien miegħu quddiem Missieri li hu fis-​smewwiet; 33  imma kulmin jiċħadni quddiem il-​bnedmin, jien ukoll niċħdu+ quddiem Missieri li hu fis-​smewwiet. 34  Taħsbux li ġejt inġib il-​paċi fuq l-​art; ma ġejtx inġib il-​paċi,+ imma sejf. 35  Għax jien ġejt biex nifred, raġel minn missieru, u bint minn ommha, u mara żagħżugħa mill-​kunjata tagħha.+ 36  Tabilħaqq, bniedem ikollu n-​nies taʼ daru stess għedewwa tiegħu. 37  Min għandu affezzjoni lejn missieru jew lejn ommu iktar milli għandu lejja ma jistħoqqlux ikun tiegħi; u min għandu affezzjoni lejn ibnu jew lejn bintu iktar milli għandu lejja ma jistħoqqlux ikun tiegħi.+ 38  U kulmin ma jaċċettax iz-​zokk tat-​tortura tiegħu u jiġi warajja ma jistħoqqlux ikun tiegħi.+ 39  Min isalva ruħu jitlifha, u min jitlef ruħu minħabba fija jsalvaha.+ 40  “Min jilqaʼ lilkom jilqaʼ lili wkoll, u min jilqaʼ lili jilqaʼ wkoll lil dak li bagħatni.+ 41  Min jilqaʼ profeta għax hu profeta se jieħu l-​premju taʼ profeta,+ u min jilqaʼ raġel sewwa għax hu raġel sewwa se jieħu l-​premju taʼ raġel sewwa.+ 42  U kulmin jagħti lil wieħed minn dawn iċ-​ċkejknin imqar tazza ilma kiesaħ x’jixrob għax hu dixxiplu, tassew ngħidilkom, żgur li ma jitlifx il-​premju tiegħu.”+

Noti taʼ taħt

“Pietru” jissemma b’ħames modi differenti: hawnhekk bħala “Xmun, li jgħidulu Pietru”; “Xmun Pietru” f’Mt 16:16; “Simgħon” f’At 15:14; “Kefa” fi Ġw 1:42; u fil-​biċċa l-​kbira “Pietru,” bħal f’Mt 14:28.
“Bartilmew.” Imsejjaħ ukoll “Natanjel.” Ara Ġw 1:46; 21:2.
“Mattew.” Magħruf ukoll bħala “Levi.” Ara Lq 5:27.
“Taddew.” Magħruf ukoll bħala “Ġuda bin Ġakbu.” Ara Lq 6:16; Ġw 14:22; At 1:13.
Jiġifieri, “iż-​Żeluż.”
Ara Appendiċi 2.