Mattew 27:1-66

27  Meta sebaħ, il-​qassisin ewlenin u x-​xjuħ tal-​poplu ftiehmu lkoll bejniethom kontra Ġesù biex jagħtuh il-​mewt.+  U, wara li rabtuh, ħaduh u tawh f’idejn Pilatu, il-​gvernatur.+  Imbagħad Ġuda, li ttradieh, x’ħin ra li kien ġie kundannat, ħass rimors u radd it-​tletin biċċa tal-​fidda+ lill-​qassisin ewlenin u lix-​xjuħ,  u qalilhom: “Dnibt meta ttradejt demm ġust.”+ Qalulu: “Aħna x’għandna x’naqsmu? Dak arah int!”+  Għalhekk, tefaʼ l-​biċċiet tal-​fidda fit-​tempju u telaq, u mar tgħallaq.+  Imma l-​qassisin ewlenin ħadu l-​biċċiet tal-​fidda u qalu: “Skond il-​liġi, ma nistgħux nitfgħuhom fit-​teżorerija sagra, għax huma l-​prezz tad-​demm.”  Ftiehmu bejniethom u xtraw bihom l-​għalqa tal-​fuħħari biex jidfnu fiha lill-​istranġieri.  Għalhekk, din l-​għalqa għadha tissejjaħ “L-​Għalqa tad-​Demm”+ sal-​ġurnata taʼ llum.  Imbagħad twettaq dak li ntqal permezz tal-​profeta Ġeremija:* “U ħadu t-​tletin biċċa tal-​fidda,+ il-​prezz li xi wħud minn ulied Israel qablu li jħallsu għalih, 10  u tawhom għall-​għalqa tal-​fuħħari,+ skond ma kien ordnali Ġeħova.” 11  Issa Ġesù kien wieqaf quddiem il-​gvernatur; u l-​gvernatur staqsieh: “Int is-​sultan tal-​Lhud?”+ Wieġeb Ġesù: “Int stess qed tgħidu.”+ 12  Imma, waqt li kien qed jiġi akkużat+ mill-​qassisin ewlenin u x-​xjuħ, hu ma wieġeb xejn.+ 13  Imbagħad Pilatu qallu: “M’intix tismaʼ kemm qed jixhdu affarijiet kontrik?”+ 14  Madankollu, hu ma wiġbux, le, lanqas kelma waħda, tant li l-​gvernatur stagħġeb ferm.+ 15  Issa kienet id-​drawwa tal-​gvernatur li minn festa għal oħra jeħles priġunier lill-​folla, lil min riedu.+ 16  Dik il-​ħabta kien qed jinżamm priġunier magħruf li kien jismu Barabba.+ 17  Għalhekk, meta kienu miġburin flimkien Pilatu qalilhom: “Lil min triduni neħilsilkom, lil Barabba jew lil Ġesù li jgħidulu l-​Kristu?”+ 18  Għax intebaħ li kien minħabba l-​għira+ li kienu tawhulu f’idejh.+ 19  Iktar minn hekk, waqt li kien bil-​qiegħda fuq it-​tron tal-​ġudizzju, martu bagħtet tgħidlu: “Qis li ma jkollokx x’taqsam maʼ dak ir-​raġel sewwa,+ għax batejt ħafna llum f’ħolma+ minħabba fih.” 20  Imma l-​qassisin ewlenin u x-​xjuħ ipperswadew lill-​folol biex jitolbuh lil Barabba+ u biex jeqred lil Ġesù. 21  Issa l-​gvernatur wieġeb u qalilhom: “Lil min triduni neħilsilkom minnhom it-​tnejn?” Qalulu: “Lil Barabba.”+ 22  Qalilhom Pilatu: “Allura, x’se nagħmel b’Ġesù li jgħidulu l-​Kristu?” Qalulu lkoll: “Sammru maʼ zokk!”+ 23  Hu qal: “Għala, x’għamel ħażin?” Iżda iktar bdew jgħajtu: “Sammru maʼ zokk!”+ 24  Meta ra li kien għalxejn, anzi, kienet ħa tqum rewwixta, Pilatu ħa l-​ilma+ u ħasel idejh quddiem il-​folla u qal: “Jien innoċenti mid-​demm taʼ dan ir-​raġel. Araw intom.” 25  Għal dan, in-​nies kollha wieġbu: “Demmu fuqna u fuq uliedna.”+ 26  Imbagħad ħelsilhom lil Barabba, imma lil Ġesù fflaġellah+ u tahulhom biex isammruh maʼ zokk.+ 27  Imbagħad is-​suldati tal-​gvernatur ħadu lil Ġesù fil-​palazz tal-​gvernatur u ġabru madwaru l-​ġemgħa kollha tat-​truppi.+ 28  U neżżgħulu ħwejġu u libbsuh mantar lewn l-​iskarlat,+ 29  u nisġu kuruna mix-​xewk u poġġewhielu fuq rasu u qegħdulu qasba f’idu l-​leminija. U niżlu għarkopptejhom quddiemu u, biex jiżżuffjettaw bih,+ qalulu: “Is-​sliem għalik, Sultan tal-​Lhud!”+ 30  U beżqulu+ u ħadulu l-​qasba u bdew jagħtuh biha fuq rasu. 31  Fl-aħħar, wara li xebgħu jiżżuffjettaw bih,+ neħħewlu l-​mantar u libbsuh ħwejġu u ħaduh biex isammruh maʼ zokk.+ 32  Huma u ħerġin sabu raġel minn Ċirene jismu Xmun.+ Lil dan ġegħluh jerfagħlu z-​zokk tat-​tortura. 33  U meta ġew f’post li jgħidulu Golgota,+ jiġifieri, Post il-​Qorriegħa, 34  tawh jixrob inbid imħallat b’xi ħaġa morra;+ imma, wara li daqu, ma riedx jixorbu.+ 35  Wara li sammruh maz-​zokk+ qassmu ħwejġu+ billi tellgħuhom bix-​xorti,+ 36  u ntefgħu bil-​qiegħda u qagħdu hemmhekk għassa miegħu. 37  U fuq rasu waħħlu kitba bl-​akkuża kontrih: “Dan hu Ġesù s-​Sultan tal-​Lhud.”+ 38  Imbagħad miegħu tpoġġew fuq zokk żewġ ħallelin, wieħed fuq il-​lemin u l-​ieħor fuq ix-​xellug tiegħu.+ 39  Dawk li kienu għaddejjin minn hemmhekk bdew jgħajruh,+ ixenglu rashom,+ 40  u jgħidulu: “Int li kellek twaqqaʼ t-​tempju+ u tibnih fi tlett ijiem, salva lilek innifsek! Jekk int bin Alla, inżel minn fuq iz-​zokk tat-​tortura!”+ 41  Bl-istess mod ukoll il-​qassisin ewlenin flimkien maʼ l-​iskribi u x-​xjuħ bdew jiżżuffjettaw bih u jgħidu:+ 42  “Salva lil oħrajn; lilu nnifsu ma jistax isalva! Hu s-​Sultan+ taʼ Israel; ħa jinżel issa minn fuq iz-​zokk tat-​tortura u nemmnu fih.+ 43  Hu poġġa l-​fiduċja tiegħu f’Alla; ħa jeħilsu+ Hu issa jekk iridu, għax hu qal, ‘Jien Bin Alla.’”+ 44  Anki l-​ħallelin li kienu tpoġġew bħalu fuq zokk bdew iżebilħuh bl-​istess mod.+ 45  Mis-sitt siegħa* waqgħet dalma+ fuq l-​art kollha, sad-​disaʼ siegħa.*+ 46  Madwar id-​disaʼ siegħa Ġesù għajjat b’leħen għoli u qal: “Eli, Eli, lama sabaqtani?” jiġifieri, “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għala abbandunajtni?”+ 47  Malli semgħu dan, xi wħud minn dawk li kienu weqfin hemmhekk bdew jgħidu: “Dan ir-​raġel qed isejjaħ lil Elija.”*+ 48  U minnufih wieħed minnhom mar jiġri, qabad sponża, xarrabha bl-​inbid qares,+ poġġieha fuq qasba, u tah jixrob.+ 49  Imma l-​oħrajn qalu: “Ħallih! Ħa naraw jekk Elija jiġix isalvah.”+ [[Raġel ieħor qabad lanza u nifidlu ġenbu, u ħareġ demm u ilma.]]+ 50  Ġesù reġaʼ għajjat b’leħen għoli, u radd l-​ispirtu tiegħu.+ 51  U, ara, il-​purtiera+ tas-​santwarju ċċarrtet fi tnejn, minn fuq s’isfel,+ u l-​art theżżet, u l-​blat inqasam.+ 52  U l-​oqbra tat-​tifkira nfetħu u ntefgħu ’l barra ħafna iġsma tal-​qaddisin li kienu raqdu, 53  u bdew jarawhom ħafna nies (u dawn in-​nies ħarġu minn qalb l-​oqbra tat-​tifkira wara li ġie mqajjem u daħlu fil-​belt qaddisa).+ 54  Imma l-​fizzjal taʼ l-​armata u dawk li kienu miegħu jgħassu lil Ġesù, meta raw it-​terremot u dak li kien qed jiġri, beżgħu ferm u qalu: “Żgur li dan kien Bin Alla.”+ 55  Iktar minn hekk, ħafna nisa, li kienu akkumpanjaw lil Ġesù mill-​Galilija biex jaqduh,+ kienu qed iħarsu mill-​bogħod;+ 56  fosthom kien hemm Marija l-​Maddalena, ukoll Marija omm Ġakbu u Ġosè, u omm ulied Żebedew.+ 57  Issa, billi kien tard wara nofsinhar, ġie raġel għani minn Arimatija, jismu Ġużeppi, li wkoll kien sar dixxiplu taʼ Ġesù.+ 58  Dan ir-​raġel mar għand Pilatu u talbu l-​ġisem taʼ Ġesù.+ Imbagħad Pilatu ordna li jingħatalu.+ 59  U Ġużeppi ħa l-​ġisem, keffnu fl-​għażel fin u nadif,+ 60  u poġġieh fil-​qabar tat-​tifkira ġdid tiegħu+ li kien ħaffer fil-​blat. U, wara li gerbeb ġebla kbira mal-​bieb tal-​qabar tat-​tifkira, telaq.+ 61  Imma Marija l-​Maddalena u Marija l-​oħra baqgħu hemmhekk, bil-​qiegħda quddiem il-​qabar.+ 62  L-għada, li kien wara jum it-​Tħejjija,*+ il-​qassisin ewlenin u l-​Fariżej inġabru quddiem Pilatu 63  u qalulu: “Sinjur, ftakarna li dak l-​impustur, meta kien għadu ħaj, qal, ‘Wara tlett ijiem+ niġi mqajjem.’ 64  Għalhekk, ordna li l-​qabar ikun imħares tajjeb sat-​tielet jum, li ma jmorrux jiġu d-​dixxipli jisirquh+ u jgħidu lin-​nies, ‘Ġie mqajjem mill-​imwiet!’ u dan l-​ingann taʼ l-​aħħar ikun agħar minn taʼ l-​ewwel.” 65  Qalilhom Pilatu: “Għandkom l-​għassa.+ Morru u ħarsuh tajjeb kif tafu intom.” 66  Għalhekk, biex il-​qabar ikun imħares tajjeb, marru jissiġillaw il-​ġebla+ u ħallew l-​għassa miegħu.

Noti taʼ taħt

Il-kwotazzjoni fil-​fatt hi bbażata fuq Ża 11:12, 13. Fi żmien Mattew, Ġeremija kien imqiegħed l-​ewwel fost il-​kotba profetiċi. L-​isem “Ġeremija” setaʼ kien japplika b’mod kollettiv għall-​kotba profetiċi kollha, inkluż Żakkarija. Qabbel Lq 24:44.
Madwar it-​3 p.m., tibda tgħodd minn tlugħ ix-​xemx.
Madwar nofsinhar, tibda tgħodd minn tlugħ ix-​xemx.
Ifisser “Alla Tiegħi Hu Ġeħova.”
Isem użat għall-​ġurnata taʼ qabel is-​Sabat taʼ kull ġimgħa, li fiha l-​Lhud kienu jippreparaw l-​ikliet għas-​Sabat u jlestu xi xogħol urġenti ieħor li ma setax jistenna sa wara s-​Sabat. Qabbel Eżo 16:5; 20:10.