Mattew 21:1-46

21  Meta qorbu lejn Ġerusalemm u waslu Betfaġe fuq il-​Muntanja taż-​Żebbuġ, Ġesù bagħat żewġ dixxipli+  u qalilhom: “Morru fir-​raħal li qed taraw quddiemkom, u mill-​ewwel issibu ħmara marbuta, u felu magħha; ħolluhom u ġibuhomli.+  U jekk xi ħadd ikellimkom, għidulu, ‘Il-​Mulej għandu bżonnhom.’ Malli tgħidulu hekk, jibgħathom minnufih.”  Dan fil-​fatt seħħ biex jitwettaq dak li qal il-​profeta:  “Għidu lil bint Sijon, ‘Ara! Is-​Sultan tiegħek ġej għandek,+ ġwejjed,+ u riekeb fuq ħmar, iva, fuq felu, il-​ferħ taʼ bhima tat-​tagħbija.’”+  Għalhekk, id-​dixxipli telqu u għamlu bħalma ordnalhom Ġesù.  U ġabu l-​ħmara u l-​felu, u poġġew fuqhom l-​imnatar tagħhom, u hu poġġa bil-​qiegħda fuqhom.+  Il-biċċa l-​kbira mill-​folla firxu l-​imnatar tagħhom+ fit-​triq, waqt li oħrajn bdew jaqtgħu l-​friegħi mis-​siġar u jifirxuhom fit-​triq.+  U l-​folol, kemm dawk li kienu mexjin quddiemu u kemm dawk li kienu mexjin warajh, bdew jgħajtu: “Salva, nitolbuk,+ lil Bin David!+ Imbierek dak li jiġi f’isem+ Ġeħova! Salvah, nitolbuk, fl-​ogħla postijiet tas-​smewwiet!”+ 10  Issa, meta daħal Ġerusalemm,+ qamet għagħa kbira fil-​belt kollha u n-​nies bdew jgħidu: “Dan min hu?” 11  Il-folol bdew iwieġbu: “Dan hu Ġesù, il-​profeta+ minn Nazaret tal-​Galilija!” 12  U Ġesù daħal fit-​tempju u keċċa ’l barra lil dawk kollha li kienu qed ibigħu u jixtru fit-​tempju, u qaleb l-​imwejjed tas-​sarrafa tal-​flus u l-​bankijiet taʼ dawk li kienu jbigħu l-​ħamiem.+ 13  U qalilhom: “Hu miktub, ‘Dari tissejjaħ dar tat-​talb,’+ imma intom qed tagħmluha għar tal-​ħallelin.”+ 14  Ukoll, ġew għandu fit-​tempju nies għomja u zopop, u fejjaqhom. 15  Il-qassisin ewlenin u l-​iskribi xejn ma ħadu pjaċir meta raw il-​meravilji li għamel+ u s-​subien li kienu qed jgħajtu fit-​tempju u jgħidu: “Salva, nitolbuk,+ lil Bin David!”+ 16  u qalulu: “Qed tismaʼ x’qed jgħidu dawn?” Ġesù qalilhom: “Iva. Qatt ma qrajtuh+ dan, ‘Minn fomm iċ-​ċkejknin u t-​trabi tal-​ħalib int ipprovdejt it-​tifħir’?”+ 17  U telaq u ħalliehom; ħareġ mill-​belt u mar Betanja u qattaʼ l-​lejl hemmhekk.+ 18  Meta kien sejjer lura lejn il-​belt kmieni fil-​għodu, qabdu l-​ġuħ.+ 19  U lemaħ siġra tat-​tin mal-​ġenb tat-​triq u resaq lejha, imma ma sab xejn+ fiha ħlief weraq, u qalilha: “Ħa ma joħroġ qatt iktar frott minnek.”+ U t-​tina nixfet dak il-​ħin stess. 20  Meta raw dan, id-​dixxipli stagħġbu u qalu: “Kif nixfet minnufih it-​tina?”+ 21  Ġesù wieġeb u qalilhom: “Tassew ngħidilkom, Li kieku jkollkom il-​fidi u ma tiddubitawx,+ mhux biss tagħmlu dak li għamilt jien lit-​tina, imma wkoll jekk tgħidu lil din il-​muntanja, ‘Intrefaʼ u nxteħet fil-​baħar,’ hekk jiġri.+ 22  U, jekk ikollkom il-​fidi, kulma titolbu taqilgħuh.”+ 23  Issa, wara li daħal fit-​tempju, il-​qassisin ewlenin u x-​xjuħ tal-​poplu resqu fuqu waqt li kien qed jgħallem u qalulu:+ “Int b’liema awtorità tagħmlu dan? U min tak din l-​awtorità?”+ 24  Ġesù wieġeb u qalilhom: “Jien, ukoll, nistaqsikom xi ħaġa. Jekk tgħiduhieli, jien ukoll ngħidilkom b’liema awtorità nagħmel dan:+ 25  Il-magħmudija taʼ Ġwanni, minfejn kienet ġejja? Mis-​sema jew mill-​bnedmin?”+ Imma huma bdew jirraġunaw bejniethom u jgħidu: “Jekk ngħidulu, ‘Mis-​sema,’ jgħidilna, ‘Allura, għala m’emmintuhx?’+ 26  Iżda, jekk ngħidulu, ‘Mill-​bnedmin,’ nibżgħu mill-​folla,+ għax kulħadd iżomm lil Ġwanni bi profeta.”+ 27  Għalhekk, wieġbu lil Ġesù u qalulu: “Ma nafux.” Hu, imbagħad, qalilhom: “Lanqas jien ma ngħidilkom b’liema awtorità nagħmel dan.+ 28  “X’taħsbu intom? Wieħed raġel kellu żewġt itfal.+ Mar fuq l-​ewwel wieħed u qallu, ‘Ibni, illum mur aħdem fl-​għalqa tad-​dwieli.’ 29  Dan wieġeb u qallu, ‘Immur, sinjur,’+ imma ma marx. 30  Resaq lejn it-​tieni wieħed u qallu l-​istess. Dan wieġeb u qallu, ‘Ma rridx.’ Wara ddispjaċieh+ u mar. 31  Liema minnhom it-​tnejn għamel ir-​rieda taʼ missieru?”+ Qalulu: “Taʼ l-​aħħar.” Ġesù qalilhom: “Tassew ngħidilkom li l-​kolletturi tat-​taxxi u l-​prostituti sejrin qabilkom fis-​saltna t’Alla. 32  Għax Ġwanni ġie għandkom fi triq is-​sewwa,+ imma intom m’emmintuhx.+ Madankollu, il-​kolletturi tat-​taxxi u l-​prostituti emmnuh,+ u intom, għalkemm rajtu dan, ma ddispjaċikomx wara u bqajtu m’emmintuhx. 33  “Isimgħu tixbiha oħra: Kien hemm wieħed+ li kellu għalqa li ħawwilha bid-​dwieli u dawwarha b’ċint. Ħaffer fiha magħsar taʼ l-​inbid, bnielha torri,+ u qabbilha lil xi bdiewa, u siefer.+ 34  Meta wasal l-​istaġun tal-​frott, bagħat lill-​ilsiera tiegħu għand il-​bdiewa biex iġibulu l-​frott tiegħu. 35  Madankollu, il-​bdiewa qabdu lill-​ilsiera, u lil wieħed sawtuh, lil ieħor qatluh, u lil ieħor ħaġġruh.+ 36  Reġaʼ bagħat ilsiera oħrajn, iktar mill-​ewwel darba, imma lil dawn għamlulhom l-​istess.+ 37  Fl-aħħar bagħtilhom lil ibnu u qal, ‘Lil ibni jirrispettawh.’ 38  Malli raw lill-​iben, il-​bdiewa qalu bejniethom, ‘Dan il-​werriet;+ ejjew noqtluh u niħdulu l-​wirt!’+ 39  Għalhekk, qabduh u tefgħuh ’il barra mill-​għalqa tad-​dwieli u qatluh.+ 40  Issa, meta jiġi sid l-​għalqa tad-​dwieli, x’se jagħmlilhom lil dawn il-​bdiewa?” 41  Qalulu: “Peress li huma mill-​agħar, hu se jġib fuqhom qerda kbira,+ u l-​għalqa tad-​dwieli jqabbilha lil bdiewa oħrajn li jagħtuh il-​frott meta jasal żmienu.”+ 42  Qalilhom Ġesù: “Qatt ma qrajtu fl-​Iskrittura, ‘Il-​ġebla li twarrbet+ mill-​bennejja saret il-​ġebla tax-​xewka ewlenija.+ Mingħand Ġeħova seħħ dan, u f’għajnejna din hi xi ħaġa meraviljuża’? 43  Għalhekk ngħidilkom, Is-​saltna t’Alla tittieħed mingħandkom u tingħata lil ġens li jagħti l-​frott minnha.+ 44  Ukoll, min jaqaʼ fuq din il-​ġebla jitfarrak, u fuq min taqaʼ titħnu.”+ 45  Issa, meta semgħu t-​tixbihat tiegħu, il-​qassisin ewlenin u l-​Fariżej indunaw li kien qed jgħid għalihom.+ 46  Imma, għalkemm kienu qed jipprovaw jaqbduh taħt idejhom, kienu jibżgħu mill-​folol, għax dawn kienu jżommuh bi profeta.+

Noti taʼ taħt