Mattew 3:1-17

3  F’dawk il-​jiem ġie Ġwanni l-​Battista+ jippriedka fix-​xagħri+ tal-​Lhudija,  u jgħid: “Indmu,+ għax qorbot+ is-​saltna tas-​smewwiet.”  Dan, fil-​fatt, hu l-​wieħed li tkellem dwaru l-​profeta+ Isaija meta qal: “Ismaʼ! Xi ħadd qed jgħajjat fix-​xagħri, ‘Ħejju+ t-​triq taʼ Ġeħova! Iddrittaw triqatu.’”  Dan Ġwanni kellu lbiesu mix-​xagħar+ tal-​ġemel u ħżiem+ tal-​ġild madwar ġenbejh; u kien jiekol ġurati+ u għasel salvaġġ.+  Imbagħad Ġerusalemm u l-​Lhudija kollha u l-​pajjiż kollu madwar il-​Ġordan marru għandu,  u n-​nies tgħammdu minnu fix-​Xmara Ġordan,+ waqt li stqarrew quddiem kulħadd li kienu midinbin.  Meta lemaħ ħafna mill-​Fariżej u s-​Sadduċej+ ġejjin għall-​magħmudija, qalilhom: “Ja nisel il-​lifgħat,+ min uriekom kif taħarbu mill-​korla+ li ġejja?  Agħmlu mela frott li jixraq lill-​indiema;+  u tażżardawx tgħidu fikom infuskom, ‘Bħala missierna għandna lil Abraham.’+ Għax jien ngħidilkom li Alla kapaċi jqajjem ulied lil Abraham+ minn dan il-​ġebel. 10  Il-mannara+ diġà qiegħda maʼ l-​għeruq tas-​siġar; għalhekk, kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb titqaċċat+ u tintefaʼ fin-​nar.+ 11  Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-​ilma+ minħabba l-​indiema tagħkom;+ imma dak li ġej+ warajja hu b’saħħtu iktar minni, u jien ma jistħoqqlix inneżżagħlu s-​sandli minn saqajh.+ Dan jgħammidkom bl-​ispirtu qaddis+ u bin-​nar.+ 12  Il-midra* qiegħda f’idu, u jnaddaf għalkollox il-​qiegħa tiegħu, u jiġbor il-​qamħ fil-​maħżen,+ imma l-​karfa jaħraqha+ b’nar li ma jistax jintefa.” 13  Imbagħad Ġesù ġie l-​Ġordan mill-​Galilija+ għand Ġwanni biex jitgħammed.+ 14  Imma dan ipprova jwaqqfu, u qallu: “Jien għandi bżonn nitgħammed minnek, u ġejt int għandi?” 15  U Ġesù wieġeb u qallu: “Ħa jkun hekk din id-​darba, għax b’dan il-​mod hu xieraq biex nagħmlu kulma hu sewwa.”+ Imbagħad ħallieh jitgħammed. 16  Wara li tgħammed, Ġesù minnufih telaʼ mill-​ilma; u, ara, is-​smewwiet infetħu,+ u hu* ra l-​ispirtu t’Alla nieżel bħal ħamiema+ u ġej fuqu.+ 17  U, ara! Instemaʼ wkoll leħen+ mis-​smewwiet jgħid: “Dan hu Ibni,+ il-​maħbub,+ li lilu jien approvajt.”+

Noti taʼ taħt

Għodda li tifred il-​karfa minn mal-​qmuħ.
Jiġifieri, Ġwanni.