Mattew 25:1-46

25  “Imbagħad is-​saltna tas-​smewwiet issir bħal għaxar verġni li ħadu l-​imsiebaħ tagħhom+ u ħarġu jiltaqgħu maʼ l-​għarus.+  Ħamsa minnhom kienu boloh,+ u ħamsa kienu għaqlin;+  għax il-​boloh ħadu l-​imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom,  filwaqt li l-​għaqlin ħadu ż-​żejt fil-​kwies maʼ l-​imsiebaħ tagħhom.  Peress li l-​għarus iddawwar, kollha bdew jonogħsu u raqdu.+  F’nofsillejl instemgħet għajta,+ ‘Wasal l-​għarus! Oħorġu ilqgħuh.’  Imbagħad il-​verġni kollha qamu u ħejjew l-​imsiebaħ tagħhom.+  Il-boloh qalu lill-​għaqlin, ‘Agħtuna ftit miż-​żejt tagħkom,+ għax l-​imsiebaħ tagħna dalwaqt jintfew.’  L-għaqlin+ wieġbu u qalulhom, ‘Għandu mnejn ma jkunx hemm biżżejjed għalina u għalikom. Minflok morru għand dawk li jbigħuh u ixtru għalikom.’ 10  Huma u sejrin jixtru, wasal l-​għarus, u l-​verġni li kienu lesti daħlu miegħu għall-​festa tat-​tieġ;+ u l-​bieb ngħalaq. 11  Wara ġew ukoll il-​bqija tal-​verġni u qalu, ‘Sinjur, sinjur, iftħilna!’+ 12  Hu wieġeb u qalilhom, ‘Ngħidilkom il-​verità, ma nafkomx.’+ 13  “Għalhekk, ibqgħu għassa+ għax la tafu l-​jum u lanqas is-​siegħa.+ 14  “Għax dan hu bħal raġel,+ li qabel ma siefer,+ sejjaħ lill-​ilsiera tiegħu u ħalla f’idejhom dak li kellu.+ 15  U lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skond l-​abbiltà tiegħu,+ u siefer. 16  Minnufih dak li ngħata l-​ħames talenti mar jinnegozjahom u qalaʼ ħamsa oħra.+ 17  Hekk ukoll dak li ngħata tnejn qalaʼ tnejn oħra. 18  Imma dak li ngħata wieħed biss telaq, ħaffer ħofra fl-​art, u ħeba l-​flus tal-​fidda taʼ sidu. 19  “Wara żmien twil+ ġie sid dawk l-​ilsiera u għamel il-​kontijiet magħhom.+ 20  Mela dak li ngħata ħames talenti ġie quddiemu u ġab ħames talenti oħra u qallu, ‘Sidi, int fdajtli ħames talenti; ara, jien qlajt ħames talenti oħra.’+ 21  Sidu qallu, ‘Prosit, ilsir tajjeb u leali!+ Int urejt fedeltà+ fi ftit. Jien se naħtrek fuq ħafna.+ Ifraħ+ maʼ sidek.’ 22  Imbagħad ġie quddiemu dak li ngħata ż-​żewġ talenti u qallu, ‘Sidi, int fdajtli żewġ talenti; ara, jien qlajt żewġ talenti oħra.’+ 23  Sidu qallu, ‘Prosit, ilsir tajjeb u leali! Int urejt fedeltà fi ftit. Jien se naħtrek fuq ħafna.+ Ifraħ+ maʼ sidek.’ 24  “Fl-​aħħar ġie quddiemu+ dak li ngħata talent wieħed u qallu, ‘Sidi, jien kont naf li int raġel li tippretendi ħafna, taħsad fejn ma żrajtx u tiġbor fejn ma xerridtx.* 25  Għalhekk bżajt,+ u mort ħbejt it-​talent tiegħek fl-​art. Hawn għandek dak li hu tiegħek.’ 26  Sidu wieġeb u qallu, ‘Ilsir għażżien u mill-​agħar, int kont taf, hux hekk, li jien ħsadt fejn ma żrajtx u ġbart fejn ma xerridtx? 27  Allura kien imissek qegħedt il-​flus tal-​fidda tiegħi għand il-​bankieri, u meta nasal kont nieħu bl-​imgħax dak li hu tiegħi.+ 28  “‘Għalhekk, ħudulu t-​talent u agħtuh lil dak li għandu l-​għaxar talenti.+ 29  Għax kulmin għandu, jingħatalu iktar u jkollu bl-​abbundanza; imma min m’għandux, jittiħidlu saħansitra dak li għandu.+ 30  U lill-​ilsir li m’hu tajjeb għal xejn itfgħuh fid-​dlam taʼ barra. Hemmhekk se jibki u jgħażżaż snienu.’+ 31  “Meta Bin il-​bniedem+ jasal fil-​glorja tiegħu, u l-​anġli kollha miegħu,+ imbagħad joqgħod bil-​qiegħda fuq it-​tron glorjuż tiegħu.+ 32  U l-​ġnus kollha jinġabru quddiemu,+ u hu jifred+ lin-​nies, wieħed mill-​ieħor,+ bħalma ragħaj jifred in-​nagħaġ mill-​mogħoż. 33  U jpoġġi lin-​nagħaġ fuq il-​lemin tiegħu+ u l-​mogħoż fuq ix-​xellug.+ 34  “Imbagħad is-​sultan jgħid lil dawk fuq il-​lemin tiegħu, ‘Ejjew intom, imberkin minn Missieri,+ irtu+ s-​saltna+ mħejjija għalikom mit-​tisjis tad-​dinja.+ 35  Għax kont bil-​ġuħ u tajtuni x’niekol;+ qabadni l-​għatx u tajtuni x’nixrob. Kont stranġier u lqajtuni bl-​ospitalità;+ 36  kont għarwien,+ u libbistuni. Kont marid u ħadtu ħsiebi. Kont il-​ħabs+ u ġejtu żżuruni.’ 37  Imbagħad in-​nies sewwa jwieġbu u jgħidulu, ‘Mulej, meta rajniek bil-​ġuħ u tmajniek, jew bil-​għatx,+ u tajniek x’tixrob?+ 38  Meta rajniek stranġier u lqajniek bl-​ospitalità, jew għarwien, u libbisniek? 39  Meta rajniek marid jew fil-​ħabs u żorniek?’ 40  U jwieġeb is-​sultan+ u jgħidilhom, ‘Tassew ngħidilkom, Kulmeta għamiltu dan maʼ wieħed mill-​iżgħar+ minn dawn ħuti,+ għamiltuh miegħi.’+ 41  “Imbagħad wara jgħid lil dawk fuq ix-​xellug tiegħu, ‘Itilqu minn quddiemi,+ ja misħutin, fin-​nar taʼ dejjem+ imħejji għax-​Xitan u l-​anġli tiegħu.+ 42  Għax kont bil-​ġuħ, imma ma tajtunix x’niekol,+ u qabadni l-​għatx,+ imma ma tajtunix x’nixrob. 43  Kont stranġier, imma ma lqajtunix bl-​ospitalità; kont għarwien, imma ma libbistunix;+ kont marid u fil-​ħabs,+ imma ma ħadtux ħsiebi.’ 44  Imbagħad huma wkoll iwieġbu u jgħidulu, ‘Mulej, meta rajniek bil-​ġuħ jew bil-​għatx jew stranġier jew għarwien jew marid jew fil-​ħabs u ma qdejniekx?’ 45  Imbagħad hu jwieġeb u jgħidilhom, ‘Tassew ngħidilkom, Kulmeta m’għamiltux dan maʼ wieħed minn dawn l-​iżgħar uħud,+ m’għamiltuhx+ miegħi.’+ 46  U dawn imorru fil-​qtugħ taʼ dejjem,+ imma n-​nies sewwa fil-​ħajja taʼ dejjem.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “derrejtx.” Dan jirreferi għall-​proċess li fih il-​karfa titneħħa minn mal-​qmuħ. F’vers 26 ukoll.