X’Hemm Lest Għalija fil-Futur?
Kapitlu 38
X’Hemm Lest Għalija fil-Futur?
“JIEN nibżaʼ mill-futur, futur f’dinja karatterizzata minn theddid nukleari.” Hekk tkellem żagħżugħ Ġermaniż f’diskors lill-iktar uffiċjal politiku għoli tan-nazzjon tiegħu.
Forsi bl-istess mod, il-ħsieb tal-biżaʼ li tmut fi splużjoni nukleari qed jiddomina l-ħarsa tiegħek dwar il-futur. “Għalfejn noqgħod inħabbel rasi biex inġib marki tajbin?” staqsa wieħed żagħżugħ. “Id-dinja se tisplodi xorta waħda.” Tabilħaqq, fi stħarriġ li sar fost xi tfal taʼ l-iskola, is-subien semmew il-gwerra nukleari bħala l-akbar biżaʼ tagħhom. Il-bniet poġġewha fit-tieni post, u qabilha kien hemm biss il-biżaʼ tal-‘mewt tal-ġenituri.’
Madankollu, splużjoni nukleari m’hijiex l-unika sħaba sewda li tidher fuq ix-xefaq. It-theddida taʼ “popolazzjoni kbira wisq, eżawriment tar-riżorsi, it-tniġġis taʼ l-ambjent,” u diżastri imminenti oħrajn wasslu lill-psikologu famuż B. F. Skinner biex jikkonkludi: “L-ispeċi tagħna issa tidher mhedda.” Iktar tard hu stqarr: “Jien pessimist ħafna. M’aħniex se nsolvu l-problemi tagħna, żgur.”
Ladarba saħansitra osservaturi li huma taʼ skola jħarsu lejn il-futur bi tregħid, m’hijiex ħaġa taʼ l-iskantament li ħafna żgħażagħ juru l-attitudni: “Nieklu u nixorbu, għax għada mmutu.” (1 Korintin 15:32) Tabilħaqq, jekk il-futur tiegħek jistrieħ fuq l-abbiltà taʼ xi politikanti jew xjenzati, bilfors li jidher imdallam. Għax Ġeremija 10:23 jgħid: “Triq il-bniedem m’hijiex f’idejh, anqas min jimxi ma jistaʼ jiddirieġi l-passi tiegħu.”
Ġeremija 10:24, KŻ) Dan ifisser li l-Ħallieq tagħna se jiddetermina l-futur tagħna. Imma x’se jkun dan il-futur?
M’hijiex biss kwistjoni taʼ li l-bniedem m’għandux l-abbiltà li jiggverna lilu nnifsu. Innota li ‘m’hijiex f’idejn’ il-bniedem li jagħmel hekk—m’għandu l-ebda dritt li jiddetermina l-futur taʼ l-art. B’hekk, l-isforzi tiegħu huma kundannati li jfallu. Minħabba f’hekk, Ġeremija talab għal intervent divin: “O Mulej, widdibni, imma bil-ħaqq.” (L-Iskop t’Alla għall-Art—U l-Futur Tiegħek
Ftit wara l-ħolqien tal-bniedem, Alla qal lill-ewwel koppja umana: “Nisslu u oktru, u imlew l-art, u aħkmuha; u saltnu fuq il-ħut tal-baħar u t-tajr taʼ l-ajru u l-ħlejjaq kollha li jitkaxkru fuq l-art.” (Ġenesi 1:28) B’hekk, il-bniedem kien preżentat bil-prospett li jgħix f’ġenna globali.
Madankollu, l-ewwel koppja rribellat kontra l-ħakma t’Alla. Bħalma qal Salamun iktar tard, “Alla għamel il-bniedem dritt, iżda huma jfittxu tagħwiġ bla għadd.” (Koħèlet 7:29) Ġara li l-pjanijiet umani kienu diżastrużi, billi lill-ġenerazzjoni preżenti ħallewlha wirt taʼ miżerja u prospetti futuri tal-biki.
Ifisser dan li Alla abbanduna l-art biex issir globu mniġġes, radjoattiv, u forsi bla ħajja? Ma jistax ikun! Hu dak li “sawwar l-art, għamilha u wettaqha, ma ħalaqhiex għall-baħħ, sawwarha biex jgħammru fiha.” B’hekk, l-iskop stabbilit tiegħu għall-art żgur li se jitwettaq!—Isaija 45:18; 55:10, 11.
Imma meta—u kif? Aqra Luqa kapitlu 21 għalik innifsek. Hemmhekk Ġesù bassar proprju l-istess problemi li laqtu lill-umanità matul dan is-seklu: gwerer internazzjonali, terremoti, mard, skarsezzi t’ikel, kriminalità mifruxa. Dalwaqt ferm, il-kliem taʼ Ġesù se jitwettaq: “Meta jibda jseħħ dan kollu, qawwu qalbkom u erfgħu raskom, għax il-fidwa tagħkom hi fil-qrib. . . . Meta taraw dan jiġri, kunu afu li s-Saltna taʼ Alla hi fil-qrib.”—Luqa 21:10, 11, 28, 31.
Dik is-Saltna hija l-muftieħ għall-futur tiegħek. Fi kliem sempliċi, hija gvern, il-mezz t’Alla biex jaħkem l-art. Dak il-gvern tas-Saltna se jieħu bil-forza l-kontroll taʼ l-art minn idejn il-bnedmin. (Danjel 2:44) “Dawk [infushom] li qegħdin jeqirdu d-dinja” se jiffaċċjaw ir-rovina minn idejn Alla, hekk kif hu jsalva l-art—u l-umanità—mit-tbiċċir taʼ l-abbuż uman.—Apokalissi 11:18; Koħèlet 1:4.
Billi tkun fis-sigurtà taħt it-tmexxija tas-Saltna t’Alla, l-art bil-mod il-mod se ssir ġenna globali. (Luqa 23:43) B’hekk se jkun hemm mill-ġdid bilanċ ekoloġiku perfett. Oħroġ il-għaġeb, se jkun hemm ukoll armonija bejn il-bniedem u l-bhima. (Isaija 11:6-9) Il-gwerer u l-armi tal-gwerra se jisparixxu. (Salm 46:9, 10 [46:8, 9, NW]) Il-kriminalità, il-ġuħ, in-nuqqas taʼ djar, il-mard—saħansitra l-mewt infisha—se jiġu eliminati kollha. L-abitanti taʼ l-art “bi sliem kotran jitgħaxxqu.”—Salm 37:10, 11; 72:16; Isaija 65:21, 22; Apokalissi 21:3, 4.
‘Ittestja’ l-Wegħdi t’Alla
Ħajja taʼ dejjem f’ġenna—dak jistaʼ jkun il-futur tiegħek! Imma filwaqt li l-idea tistaʼ tidher attraenti, forsi qed issibha diffiċli li twarrab it-twemmin li n-nies tajbin kollha jmorru s-sema, jew għandek xi dubji dwar il-Bibbja nfisha. Xi żgħażagħ fost ix-Xhieda taʼ Jehovah wkoll sabu li kienu fil-periklu minħabba li l-fidi tagħhom ma kinitx soda. Per eżempju, Michelle trabbiet minn ġenituri li huma Xhieda. Kienet taċċetta li l-Bibbja kienet vera bħalma kienet taċċetta li n-nhar isegwi l-lejl. Iżda, darba waħda ntebħet b’xi ħaġa—ma kinitx taf għala kienet temminha l-Bibbja. “Naħseb li emmintha sa dakinhar għax ommi u missieri kienu jemmnuha,” qalet hi.
“Mingħajr il-fidi ma jistax ikun li wieħed jogħġob lil Alla,” tgħid il-Bibbja. (Lhud 11:6) Madankollu, il-fidi m’hijiex xi ħaġa li jkollok għax ommok u missierek ikunu jipposseduha. Jekk il-futur tiegħek irid ikun żgur, trid tibni fidi bbażata fuq evidenza solida—“pedament tal-ħwejjeġ li għandna nittamaw.” (Lhud 11:1) Bħalma tpoġġiha l-Bibbja, trid ‘tipprova kollox,’ jew bħalma tesprimiha l-parafrażi f’The Living Bible, “ittestja kulma jintqal biex tkun żgur li hu veru.”—1 Tessalonikin 5:21.
Agħti Prova Lilek Innifsek li l-Bibbja Hija Vera
L-ewwel jistaʼ jkollok bżonn tittestja jekk il-Bibbja hijiex verament “[i]mnebbħa minn Alla.” (2 Timotju 3:16) Kif tistaʼ tagħmlu dan? Sewwa, Alla li Jistaʼ Kollox biss jistaʼ mingħajr dubju ‘mill-bidu jgħarraf it-tmiem.’ (Isaija 43:9; 46:10) U hu jagħmel hekk darba wara l-oħra fil-Bibbja. Aqra l-profeziji dokumentati f’Luqa 19:41-44 u 21:20, 21 rigward il-waqgħa taʼ Ġerusalemm. Jew il-profeziji f’Isaija 44:27, 28 u 45:1-4 rigward il-waqgħa taʼ Babilonja. L-istorja sekulari tagħti prova taʼ kemm il-Bibbja bassret dawn il-ġrajjiet mingħajr żbalji! “Wara li eżaminajt xi wħud mill-profeziji tagħha,” qalet Janine, li għandha 14-il sena, “bqajt sempliċement mistagħġba meta rajt kif kienet kapaċi tbassar dak kollu.”
L-eżattezza storika, l-onestà, in-nuqqas taʼ kontradizzjoni tal-Bibbja, u l-fatt li din ma ddurx mal-lewża huma raġunijiet oħrajn biex tpoġġi fidi fil-Bibbja. a Imma kif taf li l-mod kif ix-Xhieda taʼ Jehovah jifhmu l-Bibbja huwa korrett? L-abitanti taʼ Berija tal-qedem m’aċċettawx l-ispjegazzjoni taʼ l-appostlu Pawlu dwar il-Bibbja mingħajr ma tkixxfu fuqha. Minflok, huma ‘kuljum kienu jqallbu l-Iskrittura biex jaraw jekk dak li semgħu kienx minnu.’—Atti 17:11.
Inħeġġu lilek ukoll biex tagħmel studju profond tat-tagħlim tal-Bibbja. Il-pubblikazzjoni Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? (pubblikata mix-Xhieda taʼ Ġeħova) tesprimi Proverbji 15:22) Bla dubju, maż-żmien int se tibda tapprezza li Jehovah tassew bierek lix-Xhieda tiegħu b’fehma meraviljuża taʼ veritajiet Bibliċi!
dan it-tagħlim b’mod ċar. Jekk il-ġenituri tiegħek huma Xhieda taʼ Jehovah, bla dubju se jkunu jistgħu jgħinuk fi kwalunkwe mistoqsija li jkollok. “Kun onest mal-ġenituri tiegħek jekk ikollok xi problemi f’dan ir-rigward,” tissuġġerixxi mara żagħżugħa jisimha Janel. “Staqsi xi mistoqsijiet jekk issibha diffiċli li temmen xi ħaġa.” (Jgħid żagħżugħ jismu Prentice: “Xi kultant inħossni dipress minħabba l-kundizzjoni tad-dinja. Infittex xi skritturi bħal Apokalissi 21:4, u dan jagħtini xi ħaġa għal xiex nittama.” Iva, żgur li fidi solida fil-wegħdi t’Alla se teffettwa l-ħarsa tiegħek. Tibda tħares lejn il-futur b’antiċipazzjoni ferħana, mhux bi swied taʼ qalb. Il-ħajja preżenti tiegħek ma ssirx battalja bla skop, imma mezz taʼ kif ‘taħżen għalik innifsek teżor sabiħ għal li ġej, biex bih tikseb il-ħajja, il-ħajja vera.’—1 Timotju 6:19.
Imma hemm xi ħaġa iktar li trid tagħmel biex tikseb dik “il-ħajja vera” milli sempliċement titgħallem u tibda temmen fit-tagħlim tal-Bibbja?
[Nota taʼ taħt]
a Ara paġni 58-68 tal-pubblikazzjoni Reasoning From the Scriptures (pubblikata mix-Xhieda taʼ Ġeħova) għal iktar informazzjoni dettaljata rigward l-awtentiċità tal-Bibbja.
Mistoqsijiet għal Diskussjoni
◻ Liema biżaʼ għandhom iż-żgħażagħ inkwantu għall-futur tagħhom?
◻ X’kien l-iskop oriġinali t’Alla għall-art? Għala nistgħu nkunu fiduċjużi li l-iskop t’Alla ma nbidilx?
◻ Liema rwol għandha s-Saltna t’Alla f’li twettaq l-iskop t’Alla għall-art?
◻ Għala huwa neċessarju li tittestja kemm it-tagħlim tal-Bibbja huwa veru, u kif tistaʼ tagħmel dan?
◻ Kif tistaʼ tagħti prova lilek innifsek li l-Bibbja hija mnebbħa minn Alla?
[Kumment f’paġna 306]
“Jien pessimist ħafna. M’aħniex se nsolvu l-problemi tagħna, żgur.” —Il-psikologu B. F. Skinner
[Stampa f’paġna 307]
Il-Ħallieq taʼ l-art mhux se jippermetti lill-bniedem li jirrovina l-pjaneta tagħna
[Stampa f’paġna 309]
Ikkonvinċejt ruħek dwar kemm il-Bibbja hija vera?