Isaija 9:1-21

9  Madankollu, id-​dlam ma jkunx bħal meta l-​pajjiż kien taħt pressjoni, bħaż-​żmien taʼ qabel meta wieħed ittratta b’disprezz l-​art taʼ Żebulun u l-​art taʼ Naftali+ u meta iktar tard onoraha+—it-​triq ħdejn il-​baħar, fir-​reġjun tal-​Ġordan, il-​Galilija tal-​ġnus.+ 2  In-nies li kienu mexjin fid-​dlam raw dawl kbir.+ U dawk li jgħammru fl-​art taʼ dell iswed ħafna,+ idda dawl fuqhom.+ 3  Int għamilt il-​ġens kotran;+ ferraħtu bil-​kbir.+ Huma ferħu quddiemek bħal bil-​ferħ taʼ żmien il-​ħsad,+ bħal dawk li jifirħu meta jaqsmu l-​priża.+ 4  Għax il-​madmad tat-​tagħbija tagħhom+ u l-​ħatar taʼ fuq spallejhom, il-​bastun taʼ dak li jġegħelhom jaħdmu,+ int farrakthom biċċiet bħal f’jum Midjan.+ 5  Għax kull qorq taʼ min jirfes+ u jdamdam l-​art u l-​mantell mgħaddas fid-​demm saru ikel għan-​nar.+ 6  Għax twildilna tifel,+ ngħatalna iben;+ u l-​ħakma taʼ prinċep se tkun fuq spalltu.+ U ismu jissejjaħ Kunsillier taʼ l-​Għaġeb,+ Alla Setgħan,+ Missier Etern,+ Prinċep tal-​Paċi.+ 7  Għall-kobor tal-​ħakma tiegħu+ bħala prinċep u għall-​paċi ma jkun hemm ebda tmiem,+ fuq it-​tron taʼ David+ u fuq saltnatu sabiex jistabbiliha fis-​sod+ u jsaħħaħha permezz tal-​ġustizzja+ u s-​sewwa,+ minn issa ’l quddiem u għal dejjem.* L-​istess żelu taʼ Ġeħova taʼ l-​armati se jagħmel dan.+ 8  Kien hemm kelma li Ġeħova bagħat kontra Ġakobb, u waqgħet fuq Israel.+ 9  U l-​poplu se jkun jafha,+ iva, ilkoll kemm huma, Efrajm u min jgħammar fis-​Samarija,+ minħabba s-​suppervja tagħhom u minħabba l-​qalb insolenti tagħhom billi jgħidu:+ 10  “Waqaʼ l-​madum,* imma se nibnu bil-​ġebel minġur.+ Tqaċċtu s-​siġar tal-​ġummajż,+ imma minflokhom se nħawlu ċ-​ċedri.” 11  U Ġeħova se jgħolli lill-​avversarji taʼ Resin kontrih, u l-​għedewwa taʼ dan isuqhom bin-​niggieża,+ 12  is-Sirja mil-​lvant+ u l-​Filistin minn wara,+ u se jibilgħu lil Israel b’ħalq miftuħ.+ Minħabba dan kollu, ma reġġax lura r-​rabja tiegħu, imma idu għadha maħruġa ’l barra.+ 13  U n-​nies ma reġgħux lura lejn Dak li sawwathom,+ u ma fittxewx lil Ġeħova taʼ l-​armati.+ 14  U Ġeħova se jaqtaʼ minn Israel ir-​ras+ u d-​denb,+ ir-​rimja u l-​ħaxixa,* f’jum wieħed.+ 15  Min hu mdaħħal fiż-​żmien u rispettat ferm huwa r-​ras,+ u l-​profeta li jagħti istruzzjoni falza huwa d-​denb.+ 16  U dawk li qed imexxu lil dan il-​poplu huma dawk li qed iġegħluhom jiżvijaw;+ u dawk li huma mmexxijin qed jitħawdu.+ 17  Huwa għalhekk li Ġeħova mhux se jifraħ biż-​żagħżugħ+ li hemm f’nofshom, u mhux se jħenn għat-​tifel bla missier u għall-​armla tagħhom; għax ilkoll kemm huma apostati+ u nies li jagħmlu l-​ħażen u kull fomm jitkellem bla sens. Minħabba dan kollu, ma reġġax lura r-​rabja tiegħu, imma idu għadha maħruġa ’l barra.+ 18  Għax il-​ħażen qabad bħal nar;+ se jiblaʼ l-​għollieq u l-​ħaxix ħażin.+ U se jaqbad fl-​imsaġar tal-​foresta,+ u se jintrefgħu ’l fuq bħad-​duħħan.+ 19  Bir-rabja qalila taʼ Ġeħova taʼ l-​armati l-​pajjiż ħa n-​nar, u l-​poplu se jsir bħal ikel għan-​nar.+ Ħadd ma se juri mogħdrija lanqas lejn ħuh.+ 20  U wieħed jaqtaʼ xi ħaġa x’jiekol fuq il-​lemin u jibqaʼ bil-​ġuħ; u xi ħadd jiekol fuq ix-​xellug u ma jixbax.+ Kull wieħed jiekol il-​laħam taʼ driegħu stess,+ 21  Manasse lil Efrajm, u Efrajm lil Manasse. Flimkien ikunu kontra Ġuda.+ Minħabba dan kollu, ma reġġax lura r-​rabja tiegħu, imma idu għadha maħruġa ’l barra.+

Noti taʼ taħt

^ Letteralment, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.
^ Dan ġeneralment jirreferi għal briks magħmulin minn tiben u tajn jew tafal.
^ Letteralment, “u s-​simara.”