Isaija 33:1-24

33  Gwaj għalik li qed tħarbat mingħajr ma titħarbat, u int li qed tittradixxi mingħajr ma jittraduk!+ Malli tispiċċa tħarbat, se titħarbat.+ Malli tieqaf tittradixxi, se jittraduk.+ 2  O Ġeħova ħenn għalina.+ Fik ittamajna.+ Kun id-​driegħ tagħna+ kull fil-​għodu,+ iva, is-​salvazzjoni tagħna fi żmien taʼ niket.+ 3  Mal-ħoss taʼ l-​għajat tiegħek il-​popli jaħarbu.+ Hekk kif tqum, il-​ġnus jinxterdu.+ 4  Bħalma l-​wirdien ikaxkar kollox, hekk se tinġabar il-​priża+ tagħkom, u se jaqbżu fuqha bħal qtajjaʼ ġurati.+ 5  Ġeħova se jitgħolla,+ għax hu jgħammar fl-​għoli.+ Hu se jimla lil Sijon bil-​ġustizzja u s-​sewwa.+ 6  Il-fedeltà li tintwera fi żminijietek se tkun rikkezzi taʼ salvazzjoni+—l-​għerf, l-​għarfien,+ u l-​biżaʼ taʼ Ġeħova.+ Dan hu t-​teżor tiegħu. 7  Ara! L-​eroj tagħhom għajtu fit-​triq; il-​messaġġiera tal-​paċi+ se jibku biki taʼ mrar. 8  It-toroq ewlenin ġew abbandunati;+ dak li kien jgħaddi mill-​mogħdija m’għadux.+ L-​għadu kiser il-​patt;+ stmerr il-​bliet;+ ma tax kas il-​bniedem mortali.+ 9  Il-pajjiż qiegħed bil-​vistu, iddgħajjef.+ Il-​Libanu ġie avvilit;+ tmermer. Is-​Saron+ saret bħal pjanura tad-​deżert; u l-​Basan u l-​Karmel qed iwaqqgħu l-​weraq tagħhom.+ 10  “Issa se nqum,”+ jgħid Ġeħova, “issa se nogħla;+ issa se nintrefaʼ.+ 11  Intom tnisslu ħaxix niexef;+ se tildu t-​tiben.* L-​ispirtu tagħkom stess, bħal nar,+ se jiblagħkom.+ 12  U l-​popli jsiru bħal dak li jifdal mill-​ġir maħruq. Jingħataw in-​nar bħax-​xewk maqtugħ.+ 13  Isimgħu, intom li qegħdin ’il bogħod, x’se jkolli nagħmel!+ U intom li qegħdin viċin, kunu afu s-​setgħa tiegħi.+ 14  F’Sijon il-​midinbin qed jitwerwru;+ l-​apostati+ nħakmu mit-​tregħid u jgħidu: ‘Min minna jistaʼ jgħammar għal xi żmien maʼ nar li jiblaʼ?+ Min minna jistaʼ jgħammar għal xi żmien maʼ ħġejjeġ tan-​nar li jaqbdu għal żmien twil?’+ 15  “Hemm wieħed li miexi kontinwament fis-​sewwa+ u jitkellem dak li hu rett,+ li qed jirrifjuta l-​qligħ inġust mill-​frodi,+ li qed ifarfar idejh milli jaċċetta t-​tixħim,+ li qed isodd widnejh biex ma jismax it-​tixrid taʼ demm, u qed jagħlaq għajnejh sabiex ma jarax dak li hu ħażin.+ 16  Hu jkun dak li jgħammar fuq l-​għoljiet;+ bħala post fl-​għoli taʼ sigurtà se jkollu l-​postijiet bil-​blat li diffiċli biex jintlaħqu.+ Ħobżu jingħatalu;+ u l-​ilma ma jonqoslux.”+ 17  Għajnejk se jaraw sultan sabiħ;+ se jaraw pajjiż ’il bogħod.+ 18  Qalbek se tikkummenta fuq ħaġa tal-​biżaʼ b’ton baxx:+ “Fejn hu s-​segretarju? Fejn hu dak li jħallas?+ Fejn hu dak li jgħodd it-​torrijiet?”+ 19  Ma tarax poplu insolenti, poplu b’lingwa tqila ħafna biex tifhimha, taʼ lsien itemtem li ma tifhmux.+ 20  Ħares lejn Sijon,+ il-​belt taʼ l-​okkażjonijiet taʼ festi tagħna!+ Għajnejk se jaraw lil Ġerusalemm bħala post mgħammar bla tfixkil, tinda li ħadd ma jżarmaha.+ L-​imsiemer tat-​tinda qatt ma jinqalgħu ’l barra, u l-​ħbula tagħha ma jinqatgħux fi tnejn.+ 21  Imma hemmhekk il-​Maestuż,+ Ġeħova, se jkun għalina bħal xmajjar+ u kanali wesgħin. L-​ebda flotta taʼ xwieni ma tgħaddi minnhom, u l-​ebda bastiment maestuż ma jaqsamhom. 22  Għax Ġeħova hu l-​Imħallef tagħna,+ Ġeħova hu Dak li jagħtina l-​istatuti,+ Ġeħova hu s-​Sultan tagħna;+ hu se jsalvana.+ 23  Il-ħbula taʼ l-​għadu jridu jiddendlu merħijin; l-​arblu tal-​bastiment tagħhom mhux se jżomm wieqaf fis-​sod; huma ma fetħux il-​qlugħ. Dak iż-​żmien, il-​priża abbundanti se tinqasam; iz-​zopop fil-​fatt se jieħdu priża kbira.+ 24  U ħadd minn min jgħammar hemmhekk ma jgħid: “Jien marid.”+ In-​nies li jgħixu fl-​art se jkun inħafrilhom l-​iżball tagħhom.+

Noti taʼ taħt

^ Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.