Isaija 6:1-13

6  Fis-sena li miet+ is-​Sultan Użżija jien, madankollu, rajt lil Ġeħova,+ bil-​qiegħda fuq tron+ għoli u merfugħ ’il fuq, u djulu kien qed jimla t-​tempju.+ 2  Fuqu kien hemm serafini weqfin.+ Kull wieħed kellu sitt ġwienaħ. Bi tnejn kien iżomm wiċċu mgħotti,+ u bi tnejn kien iżomm saqajh mgħottijin, u bi tnejn kien itir ’l hemm u ’l hawn. 3  U wieħed kien qed isejjaħ lill-​ieħor u jgħid: “Qaddis, qaddis, qaddis hu Ġeħova taʼ l-​armati.+ Kulma hemm fl-​art jirrifletti l-​glorja tiegħu.” 4  U mal-​leħen taʼ min kien qed isejjaħ, il-​pernijiet+ fuq l-​għetiebi bdew jitriegħdu, u d-​dar stess bil-​mod il-​mod imtliet bid-​duħħan.+ 5  U jien għedt: “Gwaj għalija! Żgur se naqaʼ fis-​skiet tal-​mewt, għax jien bniedem mhux nadif f’xofftejh,+ u fost poplu mhux nadif f’xofftejh qed ngħammar;+ għax għajnejja raw lis-​Sultan innifsu, Ġeħova taʼ l-​armati!”+ 6  Għal dan, wieħed mis-​serafini tar lejja, u f’idu kellu ġamra taqbad+ li kien ħa bi mqass mill-​artal.+ 7  U messli ħalqi+ u qal: “Ara! Din messitlek xofftejk, u l-​iżball tiegħek telaq u dnubek tpatta.”+ 8  U bdejt nismaʼ leħen Ġeħova jgħid: “Lil min se nibgħat, u min se jmurilna?”+ U jien għedt: “Hawn jien! Ibgħat lili.”+ 9  U hu kompla jgħid: “Mur, u għid lil dan il-​poplu, ‘Isimgħu darba wara l-​oħra, imma tifhmux; u araw darba wara l-​oħra, imma tiħdux għarfien.’+ 10  Lil dan il-​poplu agħtihom qalb li ma titqanqalx,+ u agħtihom widnejn li ma jirreaġixxux,+ u waħħlilhom għajnejhom flimkien, biex ma jkunux jistgħu jaraw b’għajnejhom u ma jkunux jistgħu jisimgħu b’widnejhom, u biex qalbhom ma tkunx tistaʼ tifhem u biex ma jdurux lura u jfiqu.”+ 11  Għal dan, jien għedt: “Sakemm, O Ġeħova?”+ Imbagħad hu qal: “Sakemm il-​bliet jitfarrku u jsiru rovina, u ma jifdalx abitanti fihom, u d-​djar ma jkunx fihom bnedmin, u l-​art tkun rovinata u abbandunata;+ 12  u Ġeħova jbiegħed lill-​bnedmin, u l-​qalba tal-​pajjiż issir abbandunata.+ 13  U se jibqaʼ fih wieħed minn kull għaxra,+ u dan irid jerġaʼ jsir xi ħaġa għall-​ħruq, bħal siġra kbira u bħal siġra immensa li, meta jitqaċċtu,+ jibqgħalhom iz-​zokk+ fl-​art; nisel qaddis se jkun iz-​zokk tiegħu.”+

Noti taʼ taħt