Isaija 16:1-14

16  Ibagħtu muntun lill-​ħakkiem tal-​pajjiż,+ minn Sela lejn ix-​xagħri, lejn il-​muntanja taʼ bint Sijon.+ 2  U jiġri li l-​bniet taʼ Mowab fl-​ilmijiet baxxi taʼ l-​Arnon+ isiru bħal tajra li taħrab, imtajra mill-​bejta tagħha.+ 3  “Offru parir, wettqu d-​deċiżjoni.+ “F’nofs il-​ġurnata, agħmel dellek bħal-​lejl.+ Aħbi lill-​imxerrdin;+ tittradixxi ’l ħadd minn dawk li qed jaħarbu.+ 4  Ħa jgħixu fik bħala barranin l-​imxerrdin tiegħi, O Mowab.+ Sir moħba għalihom minħabba dak li jħarbat.+ Għax min jaħqar riesaq lejn tmiemu; it-​tħarbit spiċċa; dawk li qed jgħaffġu lill-​oħrajn intemmew minn fuq l-​art.+ 5  “U bil-​qalb tajba bl-​imħabba se jiġi stabbilit tron fis-​sod;+ u wieħed irid joqgħod fuqu bil-​verità fit-​tinda taʼ David,+ u jiġġudika u jfittex il-​ġustizzja u jkun pront biex jagħmel is-​sewwa.”+ 6  Smajna bil-​kburija taʼ Mowab, li hu kburi ħafna;+ is-​suppervja tiegħu u l-​kburija tiegħu u l-​qilla tiegħu+—it-​tpaċpiċ vojt tiegħu mhux se jseħħ.+ 7  Għalhekk, Mowab se jnewwaħ għal Mowab; iva, kollu kemm hu se jnewwaħ.+ Il-​milqutin se jokorbu għaċ-​ċapep taż-​żbib taʼ Kir-ħareset,+ 8  għax ir-​rabaʼ mtarraġ taʼ Ħesbon+ dbiel. Lid-​dielja taʼ Sibma,+ sidien il-​ġnus qaċċtulha l-​friegħi tagħha ħomor nar. Kienu laħqu sa Ġagħżer;+ kienu ġrew fix-​xagħri. Ir-​rimjiet tagħha tħallew iħaddru waħedhom; kienu waslu sal-​baħar. 9  Huwa għalhekk li se nibki mal-​biki taʼ Ġagħżer għad-​dielja taʼ Sibma.+ Bid-​dmugħ tiegħi nxarrbek għasra, O Ħesbon+ u Elegħale,+ għax matul is-​sajf tiegħek u l-​ħsad tiegħek instemaʼ l-​għajat.+ 10  U l-​hena u l-​ferħ ittieħdu mill-​ġnien tal-​frott; u fl-​għelieqi tad-​dwieli m’hemmx għajat ferrieħi.+ Dak li jagħsar m’huwiex jagħsar inbid fil-​magħsar.+ L-​għajat jien waqqaftu.+ 11  Huwa għalhekk li l-​ġewwieni tiegħi qed jokrob bħal arpa minħabba Mowab,+ u minħabba Kir-ħareset nokrob ġewwa fija.+ 12  U ġara li Mowab deher għajjien fil-​post għall-​qima;*+ u ġie fis-​santwarju tiegħu biex jitlob,+ u ma setaʼ jagħmel xejn.+ 13  Din hija l-​kelma li Ġeħova kien qal qabel dwar Mowab. 14  U issa Ġeħova tkellem, u qal: “Fi żmien tliet snin, bħas-​snin taʼ ħaddiem mikri,+ il-​glorja+ taʼ Mowab tkun ġiet diżonorata u tkun ġarrbet kull xorta taʼ taqlib kbir, u dawk li jibqaʼ jkunu fdal żgħir ħafna u bla setgħa.”+

Noti taʼ taħt

^ Letteralment, “post fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.