Isaija 61:1-11

61  L-ispirtu tal-​Mulej Sovran Ġeħova qiegħed fuqi,+ għax Ġeħova dilikni+ biex ngħid aħbar tajba lill-​ġwejdin.+ Bagħatni biex ninfaxxa lil dawk b’qalbhom maqsuma,+ biex inxandar il-​libertà lil dawk li ttieħdu fil-​jasar+ u l-​ftuħ beraħ taʼ l-​għajnejn lill-​priġunieri;+ 2  biex inxandar is-​sena t’approvazzjoni min-​naħa taʼ Ġeħova+ u jum il-​vendetta min-​naħa t’Alla tagħna;+ biex infarraġ lill-​imnikktin kollha;+ 3  biex lil dawk li qed jitnikktu minħabba Sijon naħtrilhom u nagħtihom għata tar-​ras minflok irmied,+ żejt tal-​ferħ+ minflok tan-​niket, il-​mantell tat-​tifħir minflok l-​ispirtu taʼ qalb maqtugħa;+ u jridu jissejħu siġar kbar tas-​sewwa,+ it-​taħwil taʼ Ġeħova,+ biex hu jkun imsebbaħ.+ 4  U jridu jibnu mill-​ġdid il-​postijiet li ilhom imħarbtin żmien twil; itellgħu l-​postijiet abbandunati+ taż-​żminijiet taʼ qabel,+ u jġeddu l-​bliet imħarbtin,+ il-​postijiet abbandunati minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni. 5  “U l-​istranġieri se jqumu u jirgħu l-​imrieħel tagħkom,+ u l-​barranin+ se jkunu l-​bdiewa tagħkom u jiħdulkom ħsieb id-​dwieli.+ 6  U intom se tissejħu l-​qassisin taʼ Ġeħova;+ se jingħad+ li intom il-​ministri+ t’Alla tagħna. Tieklu r-​riżorsi tal-​ġnus,+ u minħabba l-​glorja tagħhom se titkellmu b’ferħ dwarkom infuskom.+ 7  Minflok il-​mistħija tagħkom se jkun hemm sehem doppju,+ u minflok l-​umiljazzjoni se jgħajtu bil-​ferħ minħabba sehemhom.+ Għalhekk, f’arthom se jieħdu f’idejhom sehem doppju.+ Ferħ għal dejjem* se jkollhom.+ 8  Għax jien, Ġeħova, inħobb il-​ġustizzja,+ nobgħod is-​serq flimkien maʼ l-​inġustizzja.+ U se nagħtihom ħlashom bil-​fedeltà,+ u nagħmel magħhom patt għal żmien indefinit.+ 9  U nisilhom se jkun magħruf ukoll fost il-​ġnus,+ u d-​dixxendenti tagħhom fost il-​popli. Dawk kollha li jarawhom jagħrfuhom,+ li huma n-​nisel li bierek Ġeħova.”+ 10  Bla dubju se nifraħ b’Ġeħova.+ Ruħi se tkun mimlija ferħ b’Alla tiegħi.+ Għax hu libbisni bl-​ilbies tas-​salvazzjoni;+ geżwirni bil-​libsa bla kmiem tas-​sewwa,+ bħall-​għarus li, bħal qassis, iqiegħed għata fuq rasu,+ u bħall-​għarusa li tiżżejjen bl-​ornamenti tagħha.+ 11  Għax bħalma l-​art ittellaʼ r-​rimja tagħha, u bħalma l-​ġnien inibbet l-​affarijiet li jinżergħu fih,+ bl-​istess mod il-​Mulej Sovran Ġeħova se jġiegħel li jinbtu s-​sewwa+ u t-​tifħir quddiem il-​ġnus kollha.+

Noti taʼ taħt

^ Letteralment, “żmien indefinit.”