Isaija 27:1-13

27  F’dak il-​jum Ġeħova,+ bis-​sejf iebes u kbir u b’saħħtu tiegħu,+ se jdawwar l-​attenzjoni tiegħu lejn Levjatan,*+ is-​serp li jitkaxkar,+ iva, lejn Levjatan, is-​serp mgħawweġ, u se joqtol lill-​mostru tal-​baħar+ li qiegħed fil-​baħar. 2  F’dak il-​jum kantawlha:+ “Għalqa tad-​dwieli+ taʼ nbid ibaqbaq! 3  Jien, Ġeħova, qed inħarisha.+ Se nsaqqiha l-​ħin kollu.+ Se nħarisha saħansitra lejl u nhar sabiex ħadd ma jagħmlilha l-​ħsara.+ 4  M’iniex inkorlat.+ Min se jażżarda jagħtini l-​għollieq+ u l-​ħaxix ħażin fil-​battalja? Jien se nirfes fuqhom. Se nagħtihom in-​nar f’daqqa.+ 5  Minflok, ħa jaqbad mal-​fortizza tiegħi, ħa jagħmel paċi miegħi; ħa jagħmel paċi miegħi.”+ 6  Fil-jiem li ġejjin Ġakobb se jrabbi l-​għeruq, Israel+ se joħroġ l-​inwar u jarmi; u se jimlew wiċċ l-​art bil-​prodott.+ 7  Għandu hu jissawwat bis-​swat taʼ min isawtu? Jew, għandu jinqatel bħalma nqatlu l-​maqtulin tiegħu?+ 8  B’għajta li tbeżżaʼ int se jkollok xi tgħid magħha meta tibgħatha ’l hemm. Hu jrid ikeċċiha bil-​buffura qawwija tiegħu f’jum taʼ riħ mil-​lvant.+ 9  Għalhekk, b’dan il-​mod l-​iżball taʼ Ġakobb se jkun tpatta,+ u dan ikun ir-​riżultat kollu meta jneħħilu dnubu,+ meta jagħmel il-​ġebel kollu taʼ l-​artal bħal ġebel tal-​ġir li ġie mitħun, sabiex l-​arbli sagri+ u l-​artali taʼ l-​inċens ma jitwaqqfux.+ 10  Għax il-​belt fortifikata se tkun waħedha, il-​mergħa se titħalla waħedha u abbandunata bħal xagħri.+ Hemmhekk jirgħa l-​għoġol, u hemmhekk jimtedd; u hu se jiklilha l-​friegħi.+ 11  Meta l-​friegħi żgħar tagħha jkunu nixfu, in-​nisa jidħlu jqaċċtuhom u jagħtuhom in-​nar.+ Għax m’huwiex poplu li jifhem fil-​fond.+ Huwa għalhekk li Dak li għamlu m’hu se jurih ebda ħniena, u Dak li sawru mhux se jurih qalb tajba.+ 12  U jrid iseħħ f’dak il-​jum li Ġeħova se jfarfar il-​frott,+ mill-​ilma ġieri tax-​Xmara+ sal-​wied* taʼ l-​Eġittu,+ u hekk intom infuskom se tinġabru wieħed wieħed,+ O wlied Israel. 13  U jrid iseħħ f’dak il-​jum li jindaqq qarn kbir,+ u dawk li qed jgħibu fl-​art taʼ l-​Assirja+ u dawk li huma mxerrdin fl-​art taʼ l-​Eġittu+ jiġu u jmilu+ quddiem Ġeħova fuq il-​muntanja qaddisa f’Ġerusalemm.+

Noti taʼ taħt

^ Possibbilment “kukkudrill” jew “mostru tal-​baħar.”
^ Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.