Isaija 48:1-22

48  Isimgħu dan, O dar Ġakobb, intom li qed tissejħu bl-​isem taʼ Israel+ u li ħriġtu mill-​ilmijiet taʼ Ġuda,+ intom li taħilfu bl-​isem taʼ Ġeħova+ u li ssemmu lill-​Alla taʼ Israel,+ mhux bil-​verità u mhux bis-​sewwa.+ 2  Għax sejħu lilhom infushom nies mill-​belt qaddisa,+ u serrħu fuq l-​Alla taʼ Israel,+ li Ġeħova taʼ l-​armati huwa ismu.+ 3  “L-​ewwel affarijiet għedthom minn dak iż-​żmien, u ħarġu minn fommi, u bqajt insemmagħhom.+ F’daqqa waħda aġixxejt, u l-​affarijiet seħħew.+ 4  Billi naf li int iebes+ u li n-​nervituri t’għonqok huma tal-​ħadid+ u ġbinek tar-​ram aħmar,+ 5  bqajt ngħidlek sa minn dak iż-​żmien. Qabel dawn seħħew, semmajthomlok,+ biex ma tgħidx, ‘L-​idolu tiegħi wettaqhom, u x-​xbieha skolpita tiegħi u x-​xbieha tiegħi magħmula minn metall imdewweb ikkmandawhom.’+ 6  Int smajt.+ Ħares lejn dan kollu.+ U intom m’intomx se tħabbruh?+ Qed insemmgħek affarijiet ġodda minn dan iż-​żmien, iva, affarijiet li żammejt merfugħin, li ma kontx tafhom.+ 7  Issa se jinħolqu, u mhux f’dak iż-​żmien, l-​affarijiet li qabel illum ma kontx smajthom, sabiex ma tgħidx, ‘Ara! Diġà kont naf bihom.’+ 8  “Iktar minn hekk, int ma smajtx,+ lanqas ma kont taf, u minn dak iż-​żmien ’il quddiem widnejk ma nfetħux. Għax jien naf sew li int assolutament bqajt taġixxi bi tradiment,+ u sejħulek ‘wieħed li ilu jikser il-​liġi sa miż-​żaqq.’+ 9  Minħabba ismi se nżomm ir-​rabja tiegħi,+ u għat-​tifħir tiegħi se nitrażżan miegħek sabiex ma tinqeridx.+ 10  Ara! Jien irfinajtek, imma mhux bħall-​fidda.+ Għażiltek fil-​forn tas-​sofferenza.+ 11  Minħabba fija stess, minħabba fija stess se naġixxi,+ għax kif jistaʼ wieħed iħalli lilu nnifsu jiġi mkasbar?+ U l-​glorja tiegħi ma nagħtiha lil ħadd iktar.+ 12  “Ismagħni, O Ġakobb, u int O Israel l-​imsejjaħ tiegħi. Jien l-​istess Wieħed.+ Jien l-​ewwel.+ Iktar minn hekk, jien l-​aħħar.+ 13  Iktar minn hekk, idi qiegħdet is-​sisien taʼ l-​art,+ u leminti firxet is-​smewwiet.+ Jien qed insejħilhom, sabiex jippreżentaw lilhom infushom flimkien.+ 14  “Inġabru flimkien, intom ilkoll, u isimgħu.+ Min fosthom qalilkom dawn l-​affarijiet? Ġeħova ħabbu.+ Hu se jagħmel kif jogħġbu maʼ Babilonja,+ u driegħu se jkun fuq il-​Kaldin.+ 15  Jien—jien tkellimt. U jien sejjaħtlu.+ Jien ġibtu, u triqtu se jkollha suċċess.+ 16  “Ersqu lejja. Isimgħu dan. Mill-​bidu ma tkellimtx fil-​moħbi.+ Meta seħħ, jien hemmhekk kont.” U issa l-​Mulej Sovran Ġeħova bagħatni, anki l-​ispirtu tiegħu.+ 17  Hekk qal Ġeħova, Dak li xtrak lura,+ il-​Qaddis taʼ Israel:+ “Jien, Ġeħova, jien Alla tiegħek, li ngħallmek għall-​ġid tiegħek,+ li mmexxik fit-​triq li għandek timxi.+ 18  O li kieku fil-​fatt tagħti kas il-​kmandamenti tiegħi!+ Imbagħad il-​paċi tiegħek tkun bħal xmara,+ u s-​sewwa tiegħek bħall-​mewġ tal-​baħar.+ 19  U nislek ikun bħar-​ramel, u d-​dixxendenti mill-​ġewwieni tiegħek ikunu bħall-​frak tar-​ramel.+ Ismu ma jinqatax u ma jinqeridx għalkollox minn quddiemi.”+ 20  Oħorġu minn Babilonja!+ Aħarbu mill-​Kaldin.+ Għidu dan bil-​ħoss t’għajat ferrieħi, semmgħuh.+ Wassluh sa tarf l-​art.+ Għidu: “Ġeħova xtara lura lill-​qaddej tiegħu Ġakobb.+ 21  U ma qabadhomx l-​għatx+ meta mexxiehom minn postijiet imħarbtin.+ Ġiegħel l-​ilma jgelgel mill-​blata għalihom, u qasam blata sabiex inixxi l-​ilma.”+ 22  “M’hemmx paċi,” qal Ġeħova, “għall-​ħżiena.”+

Noti taʼ taħt