Isaija 43:1-28

43  U issa hekk qal Ġeħova, il-​Ħallieq tiegħek,+ O Ġakobb, u Dak li sawrek,+ O Israel: “Tibżax, għax jien xtrajtek mill-​ġdid.+ Sejjaħtlek b’ismek.+ Int tiegħi.+ 2  Jekk tgħaddi mill-​ilmijiet,+ jien inkun miegħek;+ u mix-​xmajjar, dawn ma jgħarrqukx.+ Jekk ikollok tgħaddi min-​nar, ma tinħaraqx, u l-​fjamma ma xxawtekx.+ 3  Għax jien Ġeħova Alla tiegħek, il-​Qaddis taʼ Israel is-​Salvatur tiegħek.+ Jien tajt l-​Eġittu b’fidwa għalik,+ l-​Etjopja+ u Seba minflokok. 4  Peress li int kont prezzjuż f’għajnejja,+ qistek onorabbli, u ħabbejtek.+ U nagħti bnedmin minflokok, u ġnus minflok ruħek.+ 5  “Tibżax, għax jien miegħek.+ Minn tlugħ ix-​xemx inġib lil nislek, u minn inżul ix-​xemx niġbrok flimkien.+ 6  Se ngħid lit-​tramuntana,+ ‘Ċedi!’ u lin-​nofsinhar, ‘Iżżommhomx lura. Ġib lil uliedi s-​subien mill-​bogħod, u lil uliedi l-​bniet minn tarf l-​art,+ 7  lil kulmin jissejjaħ b’ismi+ u li jien ħlaqt għall-​glorja tiegħi,+ li jien sawwart, iva, li jien għamilt.’+ 8  “Oħroġ lil poplu agħma għalkemm għandu għajnejn, u lil dawk torox għalkemm għandhom widnejn.+ 9  Ħa jinġabru flimkien il-​ġnus kollha f’post wieħed, u ħalli l-​popli jinġemgħu flimkien.+ Min hemm fosthom li jistaʼ jgħid dan?+ Jew jistgħu jsemmgħulna l-​affarijiet li se jiġru l-​ewwel?+ Ħa jġibu x-​xhieda tagħhom,+ sabiex jiġu dikjarati ġusti, jew ħa jisimgħu u jgħidu, ‘Din hi l-​verità!’”+ 10  “Intom ix-​xhieda tiegħi,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “iva, il-​qaddej tiegħi li jien għażilt,+ sabiex tkunu tafu+ u jkollkom il-​fidi fija,+ u sabiex tifhmu li jien l-​istess Wieħed.+ Qabli ma ssawwar ebda Alla,+ u warajja baqaʼ ma kien hemm ħadd.+ 11  Jien—jien Ġeħova,+ u m’hemm ebda salvatur ħliefi.”+ 12  “Jien tkellimt u salvajt u semmajt,+ meta ma kien hemm fostkom ebda alla barrani.+ Għalhekk, intom ix-​xhieda tiegħi,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “u jien Alla.+ 13  Barra minn hekk, dan iż-​żmien kollu jien bqajt l-​istess Wieħed;+ u m’hemm ħadd li jistaʼ jipprovdi ħelsien minn idi.+ Se nieħu azzjoni,+ u min jistaʼ jreġġagħha lura?”+ 14  Hekk qal Ġeħova, Dak li xtrakom lura,+ il-​Qaddis taʼ Israel:+ “Minħabba fikom se nibgħathom lejn Babilonja u nniżżel l-​istaneg tal-​ħabsijiet+ u lill-​Kaldin fuq il-​bastimenti, u huma se jixhru.+ 15  Jien Ġeħova l-​Qaddis tagħkom,+ il-​Ħallieq taʼ Israel,+ is-​Sultan tagħkom.”+ 16  Hekk qal Ġeħova, li għamel triq fil-​baħar u mogħdija f’nofs ilmijiet qawwijin,+ 17  Dak li ħareġ il-​karru tal-​gwerra u ż-​żiemel, il-​qawwa militari u l-​irġiel b’saħħithom fl-​istess ħin:+ “Se jimteddu.+ Ma jqumux.+ Żgur jintfew.+ Bħal ftila tal-​kittien se jintfew.”+ 18  “Tiftakrux l-​ewwel affarijiet, u toqogħdux tqisu l-​affarijiet taʼ qabel. 19  Ara! Qed nagħmel xi ħaġa ġdida.+ Issa se tfiġġ. Se tkunu tafuha, hux hekk?+ Tabilħaqq, minn ġox-​xagħri se nagħmel triq,+ xmajjar minn ġod-​deżert.+ 20  Il-bhima salvaġġa tar-​rabaʼ se tigglorifikani,+ ix-​xakalli u n-​ngħam;+ għax jien se nkun ġibt l-​ilma fix-​xagħri, ix-​xmajjar fid-​deżert,+ biex nagħti jixrob lill-​poplu tiegħi, il-​magħżul tiegħi,+ 21  il-poplu li sawwart għalija, sabiex jirrakkonta dwari affarijiet li jistħoqqilhom tifħir.+ 22  “Imma int ma sejjaħtlix, O Ġakobb,+ għax xbajt minni, O Israel.+ 23  Ma ġibtlix in-​nagħaġ taʼ l-​offerti sħaħ tal-​ħruq, u bis-​sagrifiċċji tiegħek ma gglorifikajtnix.+ Ma ġegħeltekx taqdini b’għotja, jew m’għejjejtekx bl-​inċens abjad.+ 24  Ma xtrajtlix bi flusek qasba aromatika;+ u ma xebbajtnix bix-​xaħam tas-​sagrifiċċji tiegħek.+ Fil-​fatt, int ġegħelt lili naqdi minħabba dnubietek; jien għejejt bl-​iżbalji tiegħek.+ 25  “Jien—jien li qed inħassar+ il-​ksur tal-​liġi tiegħek+ għan-​nom tiegħi stess,+ u dnubietek m’iniex se niftakarhom.+ 26  Fakkarni; ħa nidħlu f’ġudizzju flimkien;+ irrakkonta n-​naħa tiegħek sabiex tieħu r-​raġun.+ 27  Missierek stess, l-​ewwel wieħed, dineb,+ u l-​kelliema tiegħek kisru l-​liġi tiegħi.+ 28  Għalhekk, se nkasbar il-​prinċpijiet tal-​post qaddis, u se nagħti lil Ġakobb bħala raġel dedikat għall-​qerda* u lil Israel biex jiġi mgħajjar.+

Noti taʼ taħt

^ Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.