Isaija 12:1-6

12  U f’dak il-​jum+ int żgur tgħid: “Nirringrazzjak, O Ġeħova, għax għalkemm għadabt għalija, ir-​rabja tiegħek bil-​mod il-​mod reġgħet lura,+ u bdejt tfarraġni.+ 2  Ara! Alla hu s-​salvazzjoni tiegħi.+ Jien se nafda fih u ma nitkexkixx;+ għax Jah* Ġeħova hu s-​saħħa+ u s-​setgħa tiegħi,+ u hu sar is-​salvazzjoni tiegħi.”+ 3  B’ferħ kbir intom se ttellgħu l-​ilma min-​nixxigħat tas-​salvazzjoni.+ 4  U f’dak il-​jum se tgħidu: “Irringrazzjaw lil Ġeħova!+ Sejħu ismu.+ Għarrfu l-​għemejjel tiegħu fost il-​popli.+ Xandru li ismu qiegħed fl-​għoli.+ 5  Għannu lil Ġeħova,+ għax hu għamel affarijiet straordinarji.+ Dan qed jiġi mgħarraf fl-​art kollha. 6  “Infexx werżaq u għajjat bil-​ferħ, O abitanta taʼ Sijon, għax kbir f’nofsok hu l-​Qaddis taʼ Israel.”+

Noti taʼ taħt

^ Qabbel Eżo 15:2, in-​nota taʼ taħt.