Isaija 32:1-20

32  Ara! Sultan+ se jsaltan għas-​sewwa;+ u prinċpijiet+ se jaħkmu għall-​ġustizzja.  U kull wieħed ikun bħal post taʼ kenn mir-​riħ u lqugħ mill-​maltempata tax-​xita,+ bħal nixxigħat taʼ l-​ilma f’art bla ilma,+ bħad-​dell taʼ blata kbira f’art niexfa.+  U għajnejn dawk li jaraw m’humiex se jkunu mwaħħlin flimkien, u widnejn dawk li qed jisimgħu se joqogħdu attenti.+  U qalb dawk li jgħaġġlu żżejjed se tikkunsidra l-​għarfien,+ u saħansitra lsien dawk li jtemtmu se jkun ħafif biex jitkellem affarijiet ċari.+  Il-bniedem bla sens mhux se jissejjaħ iktar ġeneruż; u l-​bniedem taʼ bla prinċipji mhux se jissejjaħ nobbli;+  għax min hu bla sens se jitkellem affarijiet bla sens,+ u qalbu tfassal il-​ħsara,+ biex jipprattika l-​apostasija+ u biex jgħid il-​gideb kontra Ġeħova, biex iħalli ruħ min hu bil-​ġuħ vojta,+ u ma jagħtix x’jixrob lil min hu bil-​għatx.  U inkwantu għal dak li m’għandux prinċipji, il-​metodi tiegħu huma ħżiena;+ hu ta parir favur atti taʼ kondotta laxka,+ biex ikisser lil dawk li qed isofru minħabba kliem falz,+ saħansitra meta xi ħadd fqir ikun qed jgħid dak li hu sewwa.  Imma l-​ġeneruż ta parir favur il-​ġenerożità; u se jibqaʼ jkun favur il-​ġenerożità.+  “Intom in-​nisa b’moħħkom mistrieħ, qumu, isimgħu minn leħni!+ Intom il-​bniet li ma tinkwetaw fuq xejn, agħtu widen għal dak li qed ngħid! 10  Fi żmien sena u ftit jiem intom li ma tinkwetaw fuq xejn se tinkwetaw,+ għax il-​ġbir taʼ l-​għeneb se jkun spiċċa imma ma jkun daħal l-​ebda frott miġbur.+ 11  Triegħdu, ja nisa b’moħħkom mistrieħ! Inkwetaw, intom li ma tinkwetaw fuq xejn! Inżgħu u nkixfu, u ħażżmu ġenbejkom bl-​ilbies taʼ l-​ixkora.+ 12  Ħabbtu fuq sidirkom b’tinwiħ+ għall-​għelieqi sbieħ,+ għad-​dielja li tagħti l-​frott. 13  Fuq l-​art tal-​poplu tiegħi hemm biss xewk, telgħu siġar iniggżu,+ għax dawn telgħu mad-​djar kollha li darba kienu mimlijin ferħ, iva, il-​belt ferħana ferm.+ 14  Għax it-​torri li kien mgħammar tħalla vojt,+ l-​għagħa tal-​belt ġiet abbandunata. Għofel+ u t-​torri taʼ l-​għassa saru rabaʼ għeri, għal żmien indefinit post li jifirħu bih iż-​żebri, il-​mergħa taʼ l-​imrieħel; 15  sakemm jitferraʼ fuqna l-​ispirtu mill-​għoli,+ u x-​xagħri jkun sar ġnien tal-​frott, u l-​ġnien tal-​frott jitqies bħala foresta vera.+ 16  “U fix-​xagħri se tgħammar il-​ġustizzja, u fil-​ġnien tal-​frott joqgħod is-​sewwa.+ 17  U x-​xogħol tas-​sewwa veru jkun paċi;+ u s-​servizz tas-​sewwa veru, kwiet u sigurtà għal żmien indefinit.+ 18  U l-​poplu tiegħi jgħammar f’postijiet taʼ paċi u f’residenzi mimlijin sigurtà u f’postijiet taʼ mistrieħ bla xkiel.+ 19  U meta taqaʼ l-​foresta jinżel is-​silġ+ u l-​belt titbaxxa għalkollox.+ 20  “Henjin intom li qed tiżirgħu ż-​żerriegħa ħdejn l-​ilmijiet kollha,+ u li titilqu saqajn il-​barri u l-​ħmar.”+

Noti taʼ taħt