Isaija 28:1-29

28  Gwaj għall-​kuruna prominenti tas-​sakranazzi t’Efrajm.+ Din il-​girlanda sabiħa hi biss fjura li qed tidbiel, milbusa mill-​belt li tinsab ’il fuq mill-​wied fertili fejn jgħixu dawk li jiħodhom l-​inbid! 2  Ara! Ġeħova għandu lil xi ħadd b’saħħtu u mimli enerġija.+ Bħal maltempata bir-​ragħad u s-​silġ,+ maltempata qerrieda, bħal maltempata bir-​ragħad u ilmijiet qawwijin li jgħarrqu,+ hu se jsabbatha maʼ l-​art bil-​forza. 3  Il-kuruni prominenti tas-​sakranazzi t’Efrajm se jitgħaffġu+ taħt is-​saqajn. 4  U l-​fjura li qed tidbiel+ tal-​girlanda sabiħa, milbusa mill-​belt li tinsab ’il fuq mill-​wied fertili, trid issir bħat-​tina bikrija+ qabel is-​sajf, li, meta wieħed jaraha, lanqas tkun laħqet ġiet f’idu li ma jiblagħhiex. 5  F’dak il-​jum Ġeħova taʼ l-​armati se jsir bħal kuruna mżejna+ u bħal girlanda sabiħa+ għal dawk li jifdal+ mill-​poplu tiegħu, 6  u bħal spirtu taʼ ġustizzja għal dak li joqgħod bil-​qiegħda biex jiġġudika,+ u bħal setgħa għal dawk li qed ibiegħdu l-​battalja mill-​bieb.+ 7  U dawn ukoll—minħabba l-​inbid żvijaw u minħabba x-​xorb li jsakkar iġġerrew ’l hemm u ’l hawn. Il-​qassis u l-​profeta+ żvijaw minħabba x-​xorb li jsakkar, tħawdu bl-​inbid, iġġerrew+ ’l hemm u ’l hawn bix-​xorb li jsakkar; żvijaw u ma baqgħux jaraw viżjonijiet, ixxenglu huma u jieħdu d-​deċiżjonijiet. 8  Għax l-​imwejjed imtlew bil-​vomtu moqżież+—m’hemm ebda post mingħajru. 9  “Lil min se jgħallem fl-​għarfien,+ u lil min se jfiehem dak li nstemaʼ?+ Lil dawk li qatgħu l-​ħalib, lil dawk imwarrbin minn sider ommhom?+ 10  Għax ‘kmand fuq kmand, kmand fuq kmand, ħabel tal-​kejl fuq ħabel tal-​kejl, ħabel tal-​kejl fuq ħabel tal-​kejl, ftit hawnhekk, ftit hemmhekk.’”*+ 11  Għax ikellem lil dan il-​poplu+ permezz taʼ nies li jtemtmu b’xofftejhom+ u li għandhom ilsien differenti,+ 12  lill-poplu li qallu: “Dan hu l-​post taʼ mistrieħ. Serraħ lill-​għajjien. U dan hu l-​post taʼ serħan,” imma li ma kienx lest jismaʼ.+ 13  U għalihom il-​kelma taʼ Ġeħova ċertament li se ssir “kmand fuq kmand, kmand fuq kmand, ħabel tal-​kejl fuq ħabel tal-​kejl, ħabel tal-​kejl fuq ħabel tal-​kejl,+ ftit hawnhekk, ftit hemmhekk,” sabiex imorru u jaqgħu b’lura u jitkissru u jidħlu f’nassa u jinqabdu.+ 14  Għalhekk, isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova, ja fanfaruni, ħakkiema+ taʼ dan il-​poplu li qegħdin f’Ġerusalemm: 15  Talli għedtu: “Għamilna patt mal-​Mewt;+ u mal-​Qabar* kellna viżjoni;+ id-​dilluvju kbir, jekk jgħaddi minn hawn, ma jiġix għalina, għax stkennejna+ f’gidba u fil-​qerq inħbejna”;+ 16  għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, qed inqiegħed bħala pedament f’Sijon+ ġebla,+ ġebla provata,+ il-​ġebla tax-​xewka prezzjuża+ taʼ pedament fiż-​żgur.+ Ħadd minn dawk li jeżerċitaw il-​fidi fiha ma se jaħkmu l-​paniku.+ 17  U se nagħmel il-​ġustizzja l-​ħabel tal-​kejl+ u s-​sewwa+ l-​invell; u s-​silġ+ irid jiknes il-​kenn tal-​gidba,+ u l-​ilmijiet se jgħarrqu l-​moħba.+ 18  U l-​patt tagħkom mal-​Mewt se jdub,+ u dik il-​viżjoni li kellkom mal-​Qabar ma treġix.+ Id-​dilluvju kbir, meta jgħaddi,+ se jgħaffiġkom.+ 19  Kull darba li jgħaddi, se jiħodkom miegħu,+ għax se jgħaddi kull fil-​għodu, bi nhar u bil-​lejl; u dan ikun biss biex jikkaġuna l-​biżaʼ+ ħalli l-​oħrajn jifhmu dak li nstemaʼ.” 20  Għax is-​sodda hi qasira wisq biex wieħed joqgħod mimdud fuqha, u l-​liżar minsuġ hu dejjaq wisq biex wieħed jitkebbeb fih. 21  Għax Ġeħova se jqum bħal fuq il-​Muntanja Perasim,+ se jitqanqal bħal fil-​pjanura l-​baxxa qrib Gibegħon,+ biex jagħmel għemilu—għemilu huwa stramb—u biex jagħmel ix-​xogħol tiegħu—xogħlu m’huwiex tas-​soltu.+ 22  U issa twaqqgħux kollox għaċ-​ċajt,+ sabiex l-​irbit tagħkom ma jissaħħaħx, għax għall-​art+ kollha hemm qerda totali, iva, xi ħaġa deċiża, li jien smajt dwarha mingħand il-​Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-​armati. 23  Agħtu widen, u isimgħu leħni; oqogħdu attenti u isimgħu x’qed ngħid. 24  Jaqaw min jaħrat jibqaʼ jaħrat il-​jum kollu+ sabiex jiżraʼ ż-​żerriegħa, u jikser u jwitti l-​ħamrija taʼ l-​art tiegħu?+ 25  Meta jkun wittielha l-​wiċċ, ma jxerridx hu l-​kemmun iswed u jraxxax il-​kemmun,+ u ma jridx hu jitfaʼ l-​qamħ, il-​millieġ,+ u x-​xgħir fil-​post magħżul tagħhom,+ u l-​ispelta*+ fit-​trufijiet taʼ l-​art tiegħu?+ 26  U jiġi koreġut+ skond dak li hu sewwa. Alla tiegħu stess jistruwih.+ 27  Għax il-​kemmun iswed ma jinsaħaqx b’għodda tad-​dris;+ u fuq il-​kemmun ma tgħaddi ebda rota taʼ karru. Għax il-​kemmun iswed ġeneralment jindires b’ħatar,+ u l-​kemmun b’bastun. 28  Jaqaw il-​qmuħ li minnhom jagħmlu l-​ħobż ġeneralment jiġu misħuqin? Għax wieħed qatt ma jibqaʼ jgħaffiġhom+ bla heda.+ U jmexxi r-​romblu tal-​karru tiegħu, u ż-​żwiemel tiegħu, imma ma jisħaqhomx.+ 29  Dan ukoll ġie minn Ġeħova taʼ l-​armati,+ li għandu skop taʼ l-​għaġeb, li ħadem b’mod effettiv ħafna.+

Noti taʼ taħt

^ Imitazzjoni taʼ kif kien jinstemaʼ d-​diskors tal-​profeta. Bl-​Ebrajk, ki saw lasaw saw lasaw, kaw lakaw kaw lakaw, żer sam żer sam.
^ Bl-Ebrajk, “Xeol.” F’vers 18 ukoll.
^ Ara Eżo 9:32, in-​nota taʼ taħt.