Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 19

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Huma Kristjani Veri?

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Huma Kristjani Veri?

Bħala Xhieda taʼ Ġeħova nemmnu li aħna Kristjani veri. Għala? Ikkunsidra dawn il-​mistoqsijiet: It-​tagħlim tagħna minn fejn ġej? Għala għandna l-​isem Xhieda taʼ Ġeħova? U kif nuru li nħobbu lil xulxin?

1. Minn fejn ġej it-​tagħlim tax-​Xhieda taʼ Ġeħova?

Ġesù qal: ‘Il-​Kelma t’Alla hi l-​verità.’ (Ġwanni 17:17) Bħal Ġesù, dak kollu li jemmnu x-​Xhieda taʼ Ġeħova ġej mill-​Kelma t’Alla. Ara l-​eżempju tax-​Xhieda taʼ Ġeħova tal-​bidu, li kienu jgħidulhom Studenti tal-​Bibbja. Madwar l-​1870, grupp taʼ nies riedu jkunu jafu eżatt x’tgħid il-​Bibbja. Allura bdew jistudjawha flimkien. Huma emmnu dak li tgħid il-​Bibbja, anki meta kien differenti minn dak li tgħid il-​knisja. Imbagħad bdew jgħidu lil oħrajn b’dak li bdew jitgħallmu. a

2. Għala għandna l-​isem Xhieda taʼ Ġeħova?

Minħabba li l-​qaddejja taʼ Ġeħova jgħidu l-​verità dwaru, hu jqishom ix-​xhieda tiegħu. (Ebrej 11:​4-​40; 12:1) Pereżempju, fi żmien l-​Iżraelin tal-​Bibbja, Alla qalilhom: “Intom ix-​xhieda tiegħi.” (Aqra Isaija 43:10.) Ġesù għandu t-​titlu “x-​Xhud Leali.” (Rivelazzjoni 1:5) Għalhekk, fl-​1931, aħna ħadna l-​isem ix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Aħna ferħanin ħafna li għandna dan l-​isem.

3. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova kif juru mħabba bħalma għamel Ġesù?

Ġesù tant kien iħobb lid-​dixxipli tiegħu li għalih kienu qishom il-​familja tiegħu. (Aqra Marku 3:35.) Bl-​istess mod, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova huma familja waħda magħquda madwar id-​dinja. Għalhekk, aħna nirreferu għal xulxin bħala aħwa. (Filemon 1, 2) Aħna nobdu l-​kmand: “Min iħobb lil Alla għandu jħobb lil ħuh ukoll.” (1 Ġwanni 4:21) Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova juru din l-​imħabba b’ħafna modi. Mod wieħed hu billi ngħinu lil ħutna madwar id-​dinja meta jkunu fil-​bżonn.

TGĦALLEM IŻJED

Tgħallem dwar l-​istorja tax-​Xhieda taʼ Ġeħova u sir af iżjed għala aħna Kristjani veri.

Dak li jemmnu l-​Kristjani veri ġej mill-​Bibbja u huma jitkellmu m’oħrajn dwaru

4. Dak li nemmnu ġej mill-​Bibbja

Ġeħova qal li fl-​aħħar jiem aħna se nkunu nistgħu nifhmu l-​Bibbja iżjed. Aqra Danjel 12:​4, u mbagħad iddiskuti:

  • In-​nies t’Alla x’kienu se jsibu meta ‘jfittxu bir-​reqqa,’ jiġifieri jistudjaw sew il-​Bibbja?

Ara kif grupp taʼ studenti tal-​Bibbja, li magħhom kien hemm Charles Russell, studjaw il-​Kelma t’Alla. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

  • Fil-​vidjow, kif studjaw il-​Bibbja Charles Russell u sħabu?

Kont taf?

Kultant, aħna x-​Xhieda taʼ Ġeħova, kellna nirranġaw dak li nemmnu. Għala? Bil-​mod il-​mod, Alla jgħinna nifhmu l-​Bibbja iżjed. L-​istess bħal meta titlaʼ x-​xemx, jiżdied id-​dawl u tara iżjed affarijiet. (Aqra Proverbji 4:18.) Il-​Bibbja ma tinbidilx. Imma meta nifhmuha aħjar, aħna nirranġaw dak li ngħallmu.

5. Aħna nagħtu xhieda dwar Ġeħova

Għala għandna l-​isem Xhieda taʼ Ġeħova? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

  • Għala jagħmel sens l-​isem Xhieda taʼ Ġeħova?

Ġeħova għala għażel nies biex ikunu xhieda tiegħu? Peress li hawn ħafna gideb dwaru, hu ried li x-​Xhieda tiegħu juru li hu l-​Alla l-​veru. Ejja naraw tnejn minn dan il-​gideb.

Ħafna reliġjonijiet jgħallmu li Alla jridhom jużaw l-​istatwi biex iqimuh. Imma hekk għandna nqimu lil Alla? Aqra Levitiku 26:​1, u mbagħad iddiskuti:

  • X’verità juri dan il-​vers? Ġeħova kif iħossu dwar l-​istatwi?

Ħafna reliġjonijiet jgħallmu li Ġesù hu Alla. Imma dan veru? Aqra Ġwanni 20:​17, u mbagħad iddiskuti:

  • X’verità juri dan il-​vers? Ġesù u Alla l-​istess?

  • Ġeħova għandu x-​Xhieda tiegħu jgħallmu l-​verità dwaru u dwar Ibnu. Kif tħossok li tgħallimt dan?

6. Aħna nħobbu lil xulxin

Il-​Bibbja tqabbel lill-​Kristjani maʼ partijiet differenti tal-​ġisem għax għandhom ikunu magħqudin. Aqra l-1 Korintin 12:​25, 26, u mbagħad iddiskuti:

  • X’għandhom jagħmlu l-​Kristjani meta Kristjani oħra jbatu?

  • Int x’rajt li juri l-​imħabba li għandhom ix-​Xhieda taʼ Ġeħova?

Meta x-​Xhieda taʼ Ġeħova f’pajjiż ikunu qed ibatu, l-​aħwa madwar id-​dinja kollha mill-​ewwel jipprovaw jgħinuhom. Ara l-​VIDJOW biex tara eżempju taʼ dan, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

  • X’għamlu x-​Xhieda taʼ Ġeħova biex juru li jħobbu lil xulxin?

Il-​Kristjani veri juru li jħobbu lil dawk fil-​bżonn

ĦAFNA JGĦIDU: “Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova m’ilhomx jeżistu.”

  • Ġeħova kemm ilu jirreferi għall-​qaddejja tiegħu bħala xhieda?

XI DDISKUTEJNA?

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova huma Kristjani veri. Aħna naqdu lil Alla bħala familja mad-​dinja kollha. Dak li nemmnu kollu ġej mill-​Bibbja u aħna ngħidu lin-​nies il-​verità dwar Ġeħova.

X’Tgħallimt

  • Għala għandna l-​isem Xhieda taʼ Ġeħova?

  • Kif nuru li nħobbu lil xulxin?

  • Int taħseb li x-​Xhieda taʼ Ġeħova huma Kristjani veri?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara kif ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jgħallmu l-​verità.

Il-​poplu t’Alla jigglorifikaw lil ismu (7:​08)

Sib it-​tweġibiet għall-​mistoqsijiet li jistaʼ jkollok dwar ix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

“Mistoqsijiet komuni dwar ix-​Xhieda taʼ Ġeħova” (Artikli fuq jw.org)

Stephen kien jiġġieled ħafna maʼ nies li kienu differenti minnu. Ara x’ġiegħlu jinbidel.

“Ħajti Kienet Sejra mill-​Ħażin għall-​Agħar” (Artiklu minn Torri tal-​Għassa)

a Ilna nippubblikaw It-​Torri tal-​Għassa mill-​1879 u dan il-​magazine dejjem spjega dak li tgħid il-​Bibbja.